Rati tal-imgħax

Lussemburgu
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-rata ta’ imgħax legali hija r-rata tal-imgħax stabbilita kull sena mil-liġi u li hija applikata f’każ ta’ dewmien fil-ħlas ta’ somma dovuta, jekk l-ebda rata oħra ma tkun ġiet iffissata minn qabel mill-partijiet.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Mindu għaddiet il-liġi tat- 18 ta’ April 2004, li tittrasponi d-Direttiva 200/35/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000, ir-rata ta’ mgħax tard għal tranżazzjonijiet kummerċjali (jiġifieri tranżazzjonijiet bejn l-intrapriżi jew bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jwasslu għall-forniment ta’ oġġetti jew servizzi [għal] remunerazzjoni) hija stabbilita b’mod separat b’referenza għal rata marġinali li tirriżulta minn proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid imwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur. Fil-każ ta’ ħlas tard, din ir-rata tiżdied minħabba l-marġini, (ħlief jekk ikun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji fil-kuntratt, skont l-Artikolu 3 tal-liġi emendata tat-18 ta’ April 2004 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ perjodi ta’ ħlas u dewmien fil-ħlas tar-rati tal-imgħax.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

/

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

LEGILUX

Ministère de la Justice

L-aħħar aġġornament: 08/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.