Talbiet żgħar

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Malta

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

It-Tribunal kompetenti li jagħti deċiżjoni fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa t-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Malta) u t-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Għawdex).

Dettalji tat-Tribunal huma s-segwenti:

Tribunal għal Talbiet Żgħar (Malta)

Numru tat-telefon: 00356 25902000

Email: courts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Republika, Valletta, VLT2000, Malta

Tribunal għal Talbiet Żgħar (Għawdex)

Numru tat-telefon: 00356 22156650

Email: gozocourts@mgoz@gov.mt

Indirizz: Qrati u Tribunali Għawdex, Cathedral Square, Victoria VCT1821, Gozo

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi ta' komunikazzjoni aċċettati huma s-segwenti: direttament fir-Reġistru tat-Tribunal, bil-posta, bil-fax u bl-email

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

F'każ li t-talba ssir minn konsumatur kontra persuna li teżerċita attivita' kummerċjali l-awtorita' li tipprovdi assistenza prattika hija ECC-Net Malta - European Consumer Centre Malta.  L-Indirizz ta' ECC-Net Malta huwa Consumer House, 47A, South Street, Valletta VLT1101 Malta. L-email huwa ecc.malta@gov.mt.

F'każ li t-talba ssir minn persuna li teżerċita attivita' kummerċjali kontra persuna oħra li teżerċita attivita' kummerċjali, il-Malta Enterprise tipprovdi din l-assistenza prattika.  L-Indirizz tal-Malta Enterprise huiwa Malta Enterprise Corporation, Gwardamangia Hill, Pieta', MEC0001, Malta.  L-email huwa info@maltaenterprise.com.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Il-liġijiet proċedurali Maltin ma jipprovdux għal mezzi elettroniċi bħala mezz ta' notifika.  L-użu ta' mezzi elettroniċi għal skop ta' notifika la jista' jiġi provdut u lanqas huwa ammissibbli.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

L-ebda persuna jew professjonist m'għandu dan l-obbligu

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

It-tariffi huma dawn: Ewro 40 għall-preżentata ta' Form A u Ewro 7.20 għal kull notifika lill-konvenuti.  F'każ ta' Form C it-tariffa hi ta' Ewro 25 u Ewro 7.20 għal kull notifika.  F'każ tal-Artikolu 15a, il-metodu ta' ħlas huwa ta' bank transfer.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Appell jista' jsir quddiem il-Qorti tal-Appell, Ġurisdizzjoni Inferjuri, ta' Malta f'każ ta' appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għal Tabiet Żgħar (Malta) u f'każ ta' deċiżjoni mit-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Għawdex), quddiem il-Qorti tal-Appell Ġurisdizzjoni Inferjuri Għawdex.

Skont l-Artikolu 8 tal-Kapitolu 380 tal-Liġijiet ta' Malta, appell jista' jsir permezz ta' rikors fi żmien għoxrin ġurnata mid-data tad-deċiżjoni.  L-Artikolu 8(2) jgħid li indipendentement mill-ammont tat-talba appell jista' jsir f'dawn il-każijiet li ġejjin:

(a) dwar kull kwistjoni relatata mal-ġurisdizzjoni tat-Tribunal

(b) dwar kull kwistjoni ta' preskrizzjoni

(ċ) ksur tal-Artikolu 7(2) tal-Kapitolu 380.  Dan l-Artikolu jgħid li t-Tribunal għandu jissospendi l-proċedimenti tiegħu jekk il-parti tattakka t-talba bil-mezz ta' eċċezzjoni, li tinvolvi kwistjoni li taqa' barra mill-ġurisdizzjoni tat-Tribunal u/jew ikun hemm pendenti quddiem qorti kompetenti azzjoni, li l-eżitu tagħha jkun jolqot it-talba li t-Tribunal ikollu quddiemu

(d) fejn it-Tribunal aġixxa kontra r-regoli ta' imparzjalita' u ekwita' u din l-azzjoni ippreġudikat id-drittijiet tal-appellant.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Talba għal rieżami magħmula skont l-Artikolu 18 tar-Regolament issir quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar Malta jew Għawdex.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata hija l-Malti

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni huma l-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) skond ir-residenza tal-persuna li kontriha qed issir l-eżekuzzjoni.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.