Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Jekk kont vittma ta’ reat, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali, qabel, matul u wara l-proċedimenti tal-qorti (proċess). Tista’ tibbenifika wkoll minn diversi forom ta’ assistenza u tkun tista’ titlob kumpens għad-danni kkawżati mir-reat.

Il-proċedimenti kriminali fl-Irlanda ta’ Fuq jibdew b’investigazzjoni, fejn il-pulizija jiġbru l-evidenza. Ladarba l-pulizija jkunu temmew l-investigazzjoni tagħhom, il-każ jgħaddi għand is-servizz tal-prosekuzzjoni. Il-prosekutur pubbliku jeżamina jekk hemmx biżżejjed evidenza kontra l-persuna suspettata għal prospett raġonevoli ta’ kundanna u jekk huwiex fl-interess pubbliku li ssir prosekuzzjoni. Jekk il-prosekutur jiddeċiedi li ma għandux jipproċedi bi prosekuzzjoni, il-każ jingħalaq. Inkella, il-prosekutur iħejji l-każ għas-smigħ u jipproċedi għall-prosekuzzjoni fil-qorti. Fi kwalunkwe sitwazzjoni, tiġi nnotifikat(a) bid-deċiżjoni tal-prosekuzzjoni u, jekk il-każ imur fil-qorti, tiġi kkuntattjat(a) dwar id-data tas-smigħ.

Il-kawżi għal reati inqas serji jinstemgħu fil-qrati tal-maġistrati. Il-kawżi għal reati aktar serji (bħal stupru jew serq) jinstemgħu fil-Crown Court minn imħallef u ġurija. Il-ġurija tkun magħmula minn 12-il persuna magħżula b’mod aleatorju mir-reġistru elettorali, li jisimgħu x-xhieda ppreżentata matul il-proċess u jiddeċiedu jekk il-konvenut huwiex ħati tar-reat. L-imħallef jiddeċiedi dwar punti ta’ liġi matul il-proċess, bħal jekk il-preżentazzjoni ta’ ċerta evidenza hijiex permessa. Fi tmiem il-proċess, jekk il-ġurija ssib lill-konvenut ħati, l-imħallef jiddeċiedi s-sentenza għar-reat skont il-liġi.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

4 - Kumpens

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.