Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Qrati nazzjonali u korpi mhux ġudizzjarji oħrajn

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Il-Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L­Ombudsman

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Il-Qrati Nazzjonali

1. Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qrati u t-tribunali kriminali, ċivili u tal-familja fl-Ingilterra u Wales u tribunali mhux devoluti fl-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq. Dan jipprovdi sistema ġudizzjarja ġusta, effiċjenti u effikaċi permezz ta' ġudikatura indipendenti.

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha għandu l-għan li jiżgura li ċ-ċittadini kollha jirċievu aċċess f'waqtu skont il-bżonnijiet differenti tagħhom, ikunux vittmi jew xhieda ta' delitti, akkużati ta' delitti, konsumaturi midjunin, tfal fir-riskju li jsirilhom xi deni, negozji involuti f'tilwim kummerċjali jew individwi li jasserixxu d-drittijiet tal-impjiegi tagħhom jew jisfidaw id-deċiżjonijiet tal-entitajiet governattivi.

Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lill-qrati żur: http://www.justice.gov.uk/global/contacts/hmcts/courts/index.htm

Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lit-tribunali żur: http://www.justice.gov.uk/global/contacts/hmcts/tribunals/index.htm

2. Is-Servizz ta’ Qrati u Tribunali fl-Irlanda ta’ Fuq

Is-Servizz ta’ Qrati u Tribunali fl-Irlanda ta’ Fuq (NICTS) huwa aġenzija tad-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Irlanda ta’ Fuq. Huwa jipprovdi appoġġ amministrattiv lill-qrati tal-Irlanda ta’ Fuq, jiġifieri l-Qorti tal-Appell, il-Qorti Superjuri (High Court), il-Qorti tal-Kuruna (Crown Court), il-Qrati tal-Kontej, il-Qrati tal-Maġistrati u l-Qrati tal-Koroner (coroner’s court). Huwa jipprovdi wkoll appoġġ amministrattiv għal tribunali, jinforza s-sentenzi tal-qorti ċivili permezz tal-Uffiċċju tal-Infurzar ta' Sentenzi.

Sit Web: https://www.justice-ni.gov.uk/topics/courts-and-tribunals

Dettalji ta' kuntatt: http://www.courtsni.gov.uk/en-GB/ContactDetails/

Informazzjoni addizzjonali

Proċedimenti ċivili

Il-proċedimenti fl-Irlanda ta’ Fuq huma simili għal dawk fl-Ingilterra u Wales. Il-proċedimenti fil-qorti superjuri jinbdew b’ċitazzjoni u proċedimenti fil-qorti tal-kontea jinbdew b’notifika ċivili jew rikors għal talbiet żgħar. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-konvenut, li se jkollu d-dritt għal difiża kontra l-azzjoni. Is-sentenzi tal-qrati ċivili huma infurzabbli permezz ta’ proċedura ċentralizzata amministrata mill-Uffiċċju tal-Infurzar ta’ Sentenzi.

Għajnuna Legali

  1. Fit-tliet ġuriżdizzjonijiet tar-Renju Unit hemm sistema komprensiva fejn persuna li tkun tinħtieġ parir legali jew rappreżentanza fil-qorti tista' tirċievi għajnuna finanzjarja mill-fondi pubbliċi. Dawn l-iskemi jissejħu "Għajnuna Legali" u huma fundamentali għat-twettiq tad-drittijiet legali ta' kull individwu. L-għajnuna legali hija mmirata lejn min għandu dħul baxx jew modest u jista' jingħata mingħajr ħlas, jew suġġett għal kontribut finanzjarju mill-individwu. Jekk tingħata l-għajnuna legali, il-kawża tinstema' b'mod normali, ħlief li ma jingħaddew l-ebda flejjes mill-individwu għall-solicitor tiegħu: il-pagamenti kollha jsiru permezz tal-fond ta' għajnuna legali.
  2. Fl-Irlanda ta’ Fuq, il-proviżjoni tal-għajnuna legali hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq. L-eliġibbiltà għal għajnuna legali fil-biċċa l-kbira ta’ kwistjonijiet ċivili jew kriminali tiġi mfassla permezz ta' test tal-mezzi u l-merti.
  3. Jekk persuna tħoss li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tkun beħsiebha ttella' l-kawża tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hemm għadd ta' skemi disponibbli biex tiġi pprovduta b'parir u għajnuna legali. Fl-iskema tal-għajnuna legali, persuna tkun tista' tiġi megħjuna minn solicitor ta' esperjenza jew konsulent legali fl-istadji preliminari tar-rikors tagħhom. Jekk il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu tiddikjara rikors bħala ammissibbli, ir-rikorrent ikun jista' jieħu għajnuna finanzjarja direttament minn Strasburgu. L-eliġibilità hija stabbilita fuq il-bażi ta' jekk ir-rikorrent jistax jew le jkun eliġibbli għall-għajnuna legali domestika.
  4. F'għadd ta' żoni urbani, iċ-ċentri legali jipprovdu pariri legali u rappreżentanza li tista' tkun b'xejn skont il-mezzi. Iċ-ċentri legali, li jkunu ffinanzjati minn bosta sorsi, spiss jinkludu lill-awtoritajiet governattivi lokali, li normalment jimpjegaw avukati b'salarji full-time; imma ħafna għandhom ukoll ħaddiema soċjali. Ħafna minn ħinhom ikun iddedikat għal problemi tad-djar, l-impjiegi, is-sigurtà soċjali u l-immigrazzjoni. Jingħataw pariri b'xejn ukoll mill-Uffiċċju tal-Pariri liċ-Ċittadini, miċ-ċentri tal-pariri dwar id-djar u tal-konsumaturi u miċ-ċentri ta' pariri speċjalisti mmexxija minn bosta għaqdiet volontarji. Iċ-Ċentru Legali għar-Refuġjati u s-Servizz tal-Pariri dwar l-Immigrazzjoni, li t-tnejn li huma jirċievu fondi mill-gvern, jipprovdu parir b'xejn u għajnuna lil min ifittex l-ażil, u s-Servizz tal-Pariri dwar l-Immigrazzjoni jipprovdi wkoll pariri b'xejn u għajnuna lil nies li jkollhom id-dritt tal-appell dwar l-immigrazzjoni.

Vittmi tal-kriminalità

  1. Il-qrati jistgħu jordnaw lit-trasgressur, wara li jkun instab ħati, iħallas kumpens lill-vittma għall-feriment, telf jew dannu personali li jirriżulta mir-reat. Fl-Ingilterra u f'Wales, il-qrati huma obbligati jikkunsidraw kumpens f'kull kawża xierqa u li jagħtu r-raġunijiet fejn ma jingħata l-ebda kumpens. Kumpens lill-vittma għandu jiġi qabel multa jekk il-qorti tqis li tagħtihom it-tnejn, u l-irkupru tal-ammonti mogħtija f'kumpens irid jiġi qabel l-irkupru tal-multi.
  2. Meta s-Servizz ta' Prosekuzzjoni tal-Kuruna jonqos milli jipproċedi, il-vittmi jistgħu jipproċedu huma privatament fl-Ingilterra u Wales, imma fil-prattika din l-għażla rarament tittieħed. Il-vittmi jistgħu wkoll ifittxu lill-akkużat għad-danni fil-qrati ċivili. Il-proċedura tal-qorti ġiet issimplifikata biex nies li ma jkollhomx għarfien legali jkunu jistgħu jressqu talbiet żgħar ta' telf jew danni.
  3. Il-vittmi ta' kwalunkwe nazzjonalità li jkorru b'riżultat ta' delitt vjolenti fl-Ingilterra, Wales jew l-Iskozja jkunu jistgħu jitolbu għall-kumpens mill-fondi pubbliċi taħt l-Iskema ta' Kumpens għal Korrimenti Kriminali. Il-kumpens huwa bbażat fuq tariffa ta’ premijiet, u l-pagamenti jvarjaw minn £1,000 għal £500,000 għall-vittma l-aktar serjament imweġġa'.
  4. Fl-Irlanda ta' Fuq jeżistu arranġamenti separati fejn il-kumpens jista' f'ċerti ċirkostanzi jitħallas mill-fondi pubbliċi għall-korrimenti kriminali u għal dannu malizjuż lill-proprjetà, inkluż it-telf mill-profitti li jirriżulta.
  5. Fir-Renju Unit hemm tliet għaqdiet li jipprovdu appoġġ ġeneriku għall-vittmi tal-kriminalità: Victim Support – li jkopri l-Ingilterra u Wales – Victim Support Scotland u Victim Support Northern Ireland. Dawn jirċievu fondi mill-gvern.
  6. F'Ġunju 1996, il-Gvern ippubblika Karta għall-Vittmi ġdida li sussegwentement saret rekwiżit statutorju permezz tal-Kodiċi ta' Prassi tal-Vittmi f'April 2006. Il-vittmi issa għandhom id-dritt legali għal servizz ta' kwalità għolja mill-aġenziji tal-ġustizzja kriminali. Il-kodiċi tgħid lill-vittmi wkoll kif jilmentaw jekk ma jirċevux servizz ta' kwalità għolja. L-introduzzjoni tal-Karta għax-Xhieda tat lix-xhieda sett ta' standards tas-servizz simili imma mhux statutorju. Fl-Irlanda ta' Fuq ġiet ippubblikata Kodiċi ta' Prassi separata għall-vittmi tal-kriminalità, li tistabbilixxi l-istandards tas-servizz li għandhom jirċievu l-vittmi matul il-kuntatt tagħhom mas-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-Irlanda ta' Fuq u dwar kif tista' tressaq ilment. Il-vittmi kollha tad-delitti rrappurtati jingħataw fuljett imsejjaħ "Victims of crime" (Vittmi tal-kriminalità) li jagħti pariri prattiċi dwar x'tagħmel wara delitt. Huwa jispjega sempliċement il-proċessi tal-pulizija u tal-qorti, kif tapplika għal kumpens u x'aktar għajnuna hemm disponibbli.

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta’ Fuq (Il-NIHRC) hija istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b’akkreditazzjoni ta’ status A min-Nazzjonijiet Uniti (NU). Il-NIHRC hija ffinanzjata mill-Gvern tar-Renju Unit, iżda hija korp pubbliku indipendenti li topera f’konformità sħiħa mal-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU.

Ix-xogħol tagħna huwa li niżguraw li gvern u korpi pubbliċi oħrajn jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem ta’ kull persuna fl-Irlanda ta’ Fuq. Aħna wkoll ngħinu lin-nies jifhmu dak li huma d-drittijiet tal-bniedem tagħhom u x’jistgħu jagħmlu jekk id-drittijiet tagħhom jiġu miċħuda jew miksura.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Temple Court
39 North Street
Belfast
Northern Ireland
BT1 1NA
Telefon: +44 (0)28 9024 3987
Posta elettronika: information@nihrc.org
Sit Web: http://www.nihrc.org/

L­Ombudsman

L-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa

Dan l-ombudsman ġie mwaqqaf mill-Parlament biex jgħin kemm l-individwi privati kif ukoll pubbliċi.

Ir-rwol tagħna huwa li ninvestigaw l-ilmenti li l-individwi li ġew ittrattati inġustament jew irċevew servizz fqir minn dipartimenti tal-gvern u organizzazzjonijiet oħra pubbliċi u l-NHS (is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa) fl-Ingilterra. Is-setgħat tagħna huma stabbiliti fil-liġi u s-servizz tagħna huwa bla ħlas għal kulħadd.

Dettalji ta' Kuntatt

The Parliamentary and Health Service Ombudsman
Millbank Tower
Millbank
London
SW1P 4QP
Sit Web: https://www.ombudsman.org.uk/

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Ombudsperson għad-drittijiet tat-tfal

Il-Kummissarju għat-Tfal u ż-Żgħażagħ tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-Kummissarju għat-Tfal u ż-Żgħażagħ huwa Korp Pubbliku Mhux-Dipartimentali (NDPB) li ġie stabbilit f’Ottubru 2003.

Il-Kummissarju attwali hija Koulla Yiasouma u r-rwol tagħha hija li tissalvagwardja u tipproteġi d-drittijiet u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-Kummissarju għandu jqis ukoll kwalunkwe dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Id-Dipartment li qed jagħti l-isponser huwa d-Dipartiment għall-Komunitajiet

Id-dettalji ta’ kuntatt:

NICCY
Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
Northern Ireland BT2 7DP
Telefon: 028 9031 1616
Posta elettronika: info@niccy.org
Sit Web: http://www.niccy.org/

Il-Kummissarju għall-Persuni Anzjani

Il-Kummissarju għall-Persuni Anzjani huwa Korp Pubbliku Mhux-Dipartimentali (NDPB) li ġie stabbilit f’Novembru 2011. Il-Kummissarju attwali huwa Eddie Lynch u r-rwol tiegħu huwa li jissalvagwardja u jipproteġi d-drittijiet u l-benesseri tal-Persuni Anzjani fl-Irlanda ta’ Fuq.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

COPNI
Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
Northern Ireland BT2 7DP
Telefon: 028 9089 0892
Posta elettronika: info@copni.org
Sit Web: http://www.copni.org/

Korp ta’ Ugwaljanza — JH korretta

Il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza għall-Irlanda ta' Fuq

Dettalji ta' kuntatt:

Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
Northern Ireland BT 2 7DP
Telefon: 028 90 500 600
Posta elettronika: information@equalityni.org
Sit Web:http://www.equalityni.org/

Il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza għall-Irlanda ta’ Fuq hija korp pubbliku mhux dipartimentali stabbilita skont l-Att tal-Irlanda ta' Fuq tal-1998. Is-setgħat tagħha u d-doveri huma derivati minn għadd ta’ liġijiet li ġew adottati matul dawn l-aħħar deċennji, li jipprovdu protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, id-diżabbiltà, ir-razza, ir-reliġjon jew l-opinjoni politika, is-sess u l-orjentazzjoni sesswali. Għandna wkoll responsabiltajiet li jitnisslu mill-Att tal-Irlanda ta’ Fuq tal-1998 f’dak li għandu x’jaqsam mal-ugwaljanza statutorji u r-relazzjonijiet tajba li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi.

L-isponser tagħna tad-Dipartiment huwa l-Uffiċċju Eżekuttiv.

Entità dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

1. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa l-awtorità indipendenti tar-Renju Unit stabbilit biex iħares id-drittijiet tal-informazzjoni fl-interess pubbliku, jippromwovi t-trasparenza fl-entitajiet pubbliċi u l-privatezza tad-dejta għall-individwi

Dettalji ta' Kuntatt

Information Commissioner's Office
Wycliffe House
Water Lane
Wilmslow
Cheshire SK9 5AF
Telefon: 0303 123 1113 (jew 01625 545745 jekk inti tippreferi li ma ċċempilx numru biż-‘03’, jew + 44 1625 545745 jekk qed iċċempel minn barra l-pajjiż)
Sit Web: https://ico.org.uk/

2. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni - l-Uffiċċju Reġjonali

L-Irlanda ta' Fuq

Information Commissioner's Office – Northern Ireland
3rd floor, 14 Cromac Place
Belfast,
Northern Ireland BT7 2JB
Telefon: 028 9026 9380
Posta elettronika: ni@ico.org.uk

Oħrajn

1. IS-SIT WEB - Directgov

Is-sit web Uffiċjali tal-Gvern tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

Sit Web: http://www.gov.uk/

2. Is-Servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini

Is-servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini jgħin lin-nies isolvu l-problemi legali, finanzjarji u oħrajn billi jipprovdi pariri indipendenti, kunfidenzjali u b'xejn, u billi jinfluwenza lil min ifassal il-politika.

Sit Web: http://www.citizensadvice.org.uk/

3. Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq (iktar ’il quddiem il-“kummissjoni”) hija Korp Pubbliku Ġenerali mhux Dipartimentali tad-Dipartiment tal-Ġustizzja (DOJ) stabbilita skont id-Direttiva dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja (l-Irlanda ta’ Fuq) Ordni 2003. Il-Ministru tal-Ġustizzja, David Ford, indika l-intenzjoni tiegħu li jittrasferixxi r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għal aġenzija eżekuttiva fi ħdan id-Dipartiment fil-Ħarifa tal-2014. L-organizzazzjoni l-ġdida se tissejjaħ l-Legal Services Agency Northern Ireland (Aġenzija tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq). Dan it-trasferiment mhux se jbiddel fundamentalment il-provvista globali ta’ servizzi, iżda se jwassal firxa importanti ta’ titjib fil-governanza u ffrankar fl-effiċjenza.

Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tamministra l-provvista ta’ servizzi legali ffinanzjati pubblikament f’konformità statutorja ta’ skemi ta’ għajnuna legali. Aħna napplikaw testijiet statutorji biex jiġi stabbilit jekk individwu għandux jirċievi għajnuna legali ċivili u nħallsu jekk eliġibbli, l-avukati u l-konsulenti legali, is-solicitors jew barristers rremunerati għas-servizzi legali inkwistjoni. Filwaqt li l-ġudikatura hija responsabbli għall-għoti ta’ għajnuna legali kriminali, il-Kummissjoni wkoll tħallas għal servizzi legali korrispondenti. Barra l-amministrazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna legali, nipprovdu wkoll input ta’ appoġġ lil DOJ fil-programm tagħha ta’ ħidma għar-riforma tal-għajnuna legali.

Dettalji ta' kuntatt:

The Northern Ireland Legal Services Commission
2nd Floor,
Waterfront Plaza,
8 Laganbank Road,
Mays Meadow,
Belfast,
Northern Ireland BT1 3BN
Telefon: +44 (0)28 9040 8888
Sit Web:http://www.nilsc.org.uk/

Il-missjoni tagħha hija li tippromwovi aċċess ġust u ugwali għall-ġustizzja fl-Irlanda ta’ Fuq fl-għoti tagħha ta’ servizzi legali ffinanzjati pubblikament.

L-għan tagħha huwa li tipprovdi servizzi ta' kwalità għolja, iffukati lejn il-konsumatur li għandhom fil-mira lil dawk li l-iktar għandhom bżonn u li juru valur għall-flus.

L-avukati u fornituri oħra ta’ pariri:

  • biex tgħin lin-nies li huma eliġibbli għall-għajnuna legali biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom fi kwistjonijiet ċivili
  • biex tgħin lin-nies li huma taħt investigazzjoni, jew li qed jaffaċċjaw akkużi kriminali

4. Il-Kummissarju għall-Vittmi

Baroness Newlove of Warrington,
Victims' Commissioner for England & Wales
The Tower, 9th Floor,
102 Petty France,
London, SW1H 9AJ
Posta elettronika: victims.commissioner@victimscommissioner.gsi.gov.uk
Sit Web: http://victimscommissioner.org.uk/

Ir-rwol tal-Kummissarju għall-Vittmi huwa li jippromwovi l-interessi tal-vittmi u x-xhieda, iħeġġeġ l-użu tal-aqwa prassi fit-trattament tagħhom, u jirrevedi regolarment il-Kodiċi ta' Prassi għall-Vittmi li jistabbilixxi s-servizzi li l-vittmi jistgħu jistennew li jirċievu.

Il-Kummissarju qiegħed hawn biex jisma’ l-opinjonijiet tal-vittmi u tax-xhieda, jifhem is-sistema tal-ġustizzja kriminali mill-perspettiva tagħhom u jipprova jgħin itejjeb is-servizzi u l-appoġġ disponibbli.

Jekk jogħġbok innota li bil-liġi, il-Kummissarju mhuwiex permess li jintervjeni f’każijiet speċifiċi. Madankollu, aħna se nistinkaw biex nipprovdu direzzjoni dwar minn fejn tista’ tikseb l-aqwa pariri u appoġġ.

5. Appoġġ għal Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Central Office
Victim Support NI
Annsgate House
3rd Floor
70/74 Ann Street
Belfast
Northern Ireland BT 1 4EH
Telefon: 028 9024 3133
Posta elettronika: belfast@victimsupportni.org.uk

L-appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq hija karità li tgħin lill-persuni affettwati minn kwalunkwe tip ta’ delitt. Tipprovdi appoġġ emozzjonali, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali għal vittmi, xhieda u oħrajn affettwati minn reati.

L-Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq hija l-akbar karità ta’ appoġġ għal persuni affettwati minn delitt. Aħna noffru servizz bla ħlas u kunfidenzjali, kemm jekk delitt ikun ġie rrapportat jew le. Aħna organizzazzjoni indipendenti - mhux parti mill-pulizija, il-qrati jew xi aġenzija oħra ta’ ġustizzja kriminali.

Kull sena l-Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq (Victim Support NI) joffri għajnuna għal kważi 30,000 persuna li ġew affettwati minn delitti.

6. L-Ombudsman tal-Priġunier għall-Irlanda ta' Fuq

Unit 2
Walled Garden
Stormont Estate
Belfast
Northern Ireland BT4 3SH
Telefon: 028 90 44 3982
Telefown bla ħlas: 0800 7836317
Posta elettronika: pa@prisonerombudsman.x.gsi.gov.uk
Sit Web: http://www.niprisonerombudsman.gov.uk/

L-Ombudsman tal-Priġunieri jinħatar mill-Ministru tal-Ġustizzja għall-Irlanda ta’ Fuq u huwa kompletament indipendenti mis-Servizz tal-Ħabsijiet tal-Irlanda ta’ Fuq (NIPS).

L-Ombudsman tal-Priġunieri jinvestiga:

  • ilmenti minn priġunieri miżmuma fl-Irlanda ta’ Fuq
  • viżitaturi lil priġunieri miżmuma fl-Irlanda ta’ Fuq
  • imwiet f’kustodja mis-Servizz tal-Ħabsijiet tal-Irlanda ta’ Fuq

L-Ombudsman attwali huwa Tom McGonigle, kif ukoll grupp ta’ investigaturi u persunal ieħor li jappoġġah.

7. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni

Id-dettalji ta’ kuntatt:

5th Floor
21 Bloomsbury Street
London
WC1B 3HF
Telefon: 020 7211 1500

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni (OISC) huwa korp pubbliku indipendenti u mhux dipartimentali stabbilit mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-1999.

L-Att tal-Immigrazzjoni u tal-Ażil tal-1999 u l-Att dwar in-Nazzjonalità, l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-2002 tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni jagħti poteri varji inklużi:

  • li jirrifjuta d-dħul lil konsulent għall-iskema regolatorja
  • id-deregulazzjoni ta’ konsulent regolat
  • livelli limitati jew differenti ta’ konsulenti li jistgħu jwettqu xogħol
  • it-tqegħid ta’ pagament dixxiplinari kontra konsulent regolat
  • it-talba għal Ordnijiet għat-Trażżin jew inġunzjoni
  • il-prosekuzzjoni għall-għoti b’mod illegali ta’ pariri dwar l-immigrazzjoni u / jew servizzi
  • Il-prosekuzzjoni għal reklamar illegali għall-għoti ta’ pariri dwar l-immigrazzjoni u / jew servizzi
  • dħul fil-bini ta’ konsulent
  • il-qbid tar-rekords ta’ konsulent

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.oisc.gov.uk/

8. Il-Kummissjoni għall-Vittmi u s-Superstiti

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Commission for Victims and Survivors
Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
BT2 7DP
Telefon: 028 9031 1000
Faks: 028 9060 7424

Il-Kummissjoni għall-Vittmi u s-Superstiti għall-Irlanda ta’ Fuq temmen bil-qawwa kollha fil-ħidma tagħha u fid-drittijiet tal-vittmi kollha u li s-superstiti jinstemgħu, jiġu rispettati u biex ikollhom aċċess għal servizzi li huma l-aħjar li jistgħu jkunu. Il-Kummissjoni għall-Vittmi u s-Superstiti timmira li ttejjeb il-ħajja ta’ vittmi u superstiti ta’ Kunflitti.

Il-missjoni tagħha hija li tindirizza l-bżonnijiet kollha ta’ vittmi u superstiti billi jiġi żgurat forniment ta’ servizz eċċellenti, li tirrikonoxxi l-wirt tal-imgħoddi u l-bini ta’ futur aħjar. Il-ħidma tagħha hija appoġġata minn għadd ta’ valuri ewlenin li jużaw fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Huma jfittxu riżultati bbażati fuq it-twettiq ta’ dawn il-valuri. Dawn il-valuri huma kif ġej:

  • Iffokar fuq il-vittmi — vittmi u superstiti huma fil-qofol ta’ dak kollu li tagħmel il-Kummissjoni u tħeġġeġ u jagħtu valur kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom.
  • Miftuħa u trasparenti — il-Kummissjoni hija miftuħa, onesta, responsabbli u reattiva f’xogħolha.
  • Ugwaljanza u d-Diversità — il-Kummissjoni tittratta lil kulħadd bl-istess mod u tiġġieled kontra l-inugwaljanza b’imparzjalità, indipendenza u integrità.
  • Rispett — il-Kummissjoni se tkun rispetabbli u professjonali fl-istrateġija tagħha fir-rigward ta’ kull min jagħmel kuntatt.
  • Imparzjalità — il-Kummissjoni se tiddefendi l-indipendenza tagħhom u żżommm distanza kritika biex tisfida lill-Gvern u lill-awtoritajiet rilevanti.
  • Għoti ta’ Kwalità — il-Kummissjoni se tirsisti biex twettaq il-programmi tagħhom bi standard għoli.

Għal aktar informazzjoni ara http://www.cvsni.org/

L-aħħar aġġornament: 10/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.