Titolu eżekuttiv ewropew

Polonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Polonja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Polonja

Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ordni ta' Infurzar Ewropew


*input mandatarju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

- Proċeduri għar-rettifika: rettifika konformi mal-Artikolu 350 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, meta jinqara flimkien mal-Artikolu 361 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 350(1). Il-qorti tista' tirrettifika ex officio kull ineżattezza, żball klerikali jew ta' kalkolu, jew kull żball manifesti ieħor fis-sentenza.

(2) Il-qorti tista' tiddeċiedi dwar ir-rettifika f'sessjoni magħluqa; għandha ssir nota dwar ir-rettifika mas-sentenza oriġinali, u, wara talba mill-partijiet, fuq l-estratti mogħtija lill-partijiet ukoll. Kull kopja u estratt sussegwenti għandu jqis id-deċiżjoni tar-rettifika.

(3) Jekk il-każ ikun pendenti quddiem qorti tat-tieni istanza, din il-qorti tista' tirrettifika wkoll sentenza tal-ewwel istanza ex officio.

L-Artikolu 361. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sentenzi għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet, sakemm il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma jistipulax mod ieħor."

L-Artikolu 13(2). Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti kontenzjużi għandhom japplikaw mutatis mutandis, għal tipi oħra ta' proċedimenti rregolati mill-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.

Iċ-ċertifikati tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar jinħarġu fil-forma ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, b’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 7951 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

- Proċedura ta' rtirar konformi mal-Artikolu 7954 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

“L-Artikolu 7954 (1). Jekk jidher li jkun hemm raġunijiet biex iċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar jiġi rtirat skont dispożizzjonijiet separati, il-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat għandha tirtirah malli ssir it-talba mid-debitur.

(2) It-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien xahar minn meta d-debitur jirċievi d-deċiżjoni li jinħareġ iċ-ċertifikat.

(3) Jekk it-talba ma tinkitibx bil-forma speċifikata fid-dispożizzjonijiet separati, hija trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-eċċezzjonijiet bil-miktub u tindika r-raġunijiet għat-talba.

(4) Qabel ma tirtira d-deċiżjoni, il-qorti għandha tisma' l-kreditur.

(5) Id-deċiżjonijiet dwar l-irtirar ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma suġġetti għal appell.”

It-talbiet għall-irtirar ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma suġġetti għall-ħlas ta’ PLN 50.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Proċeduri ta' rieżami: estensjoni għat-terminu biex jiġi ppreżentat appell skont l-Artikoli 168-172 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

"L-Artikolu 168(1). Jekk il-parti tonqos milli tieħu azzjoni fit-terminu preskritt mingħajr ma jkollha ħtija, il-qorti għandha testendi t-terminu wara talba minn dik il-parti. Din id-deċiżjoni tista' ttieħed f'sessjoni magħluqa.

(2). L-estensjoni ma tistax tingħata jekk in-nuqqas li jiġi rispettat it-terminu ma jkollu l-ebda effetti proċedurali avversi għall-parti.

L-Artikolu 169(1). It-talbiet għal estensjoni ta' terminu jridu jiġu ppreżentati fil-qorti li kellha tisma’ l-kawża fi żmien ġimgħa mill-mument li fih ir-raġunijiet biex jinqabeż it-terminu jkunu waqfu japplikaw.

L-Artikolu 169(2). It-talba trid tissustanzja ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawha.

L-Artikolu 169(3). Il-parti trid tieħu azzjoni fl-istess ħin li tippreżenta t-talba.

L-Artikolu 169(4). Jekk ikun għadda iktar minn sena minn meta nqabeż it-terminu, dan ikun jista' jiġi estiż biss f'każijiet eċċezzjonali.

L-Artikolu 169(5). Id-deċiżjoni dwar talba għal estensjoni tat-terminu tista' ttieħed f'sessjoni magħluqa.

L-Artikolu 172. Il-preżentazzjoni ta' talba għal estensjoni ta' terminu ma tirriżultax fis-sospensjoni tal-proċedimenti jew fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Madankollu, jekk ikun xieraq, il-qorti tista’ tissospendi l-proċedimenti jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Din id-deċiżjoni tista' ttieħed f'sessjoni magħluqa. Fil-każ li t-talba tintlaqa', il-qorti tkun tista' teżamina l-każ minnufih."

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi aċċettati skont l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament: il-Pollakk.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament: il-qrati distrettwali (sądy rejonowe); il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali li l-istrument awtentiku kien imfassal fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.