Cookies

Cookies

Biex dan is-sit web jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ dejta fuq l-apparat tiegħek, magħrufin bħala cookies. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta' test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Din tippermetti lis-sit web li jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn) matul perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa’ żżur is-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

Kif nużaw il-cookies?

Uħud mill-paġni tagħna jużaw il-cookies biex jiftakru l-preferenzi tad-dehra tiegħek bħall-lingwa li għażilt u d-dejta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tal-funzjonalità tal-forom dinamiċi. Huma kollha cookies tas-sessjoni tal-ewwel parti.

L-attivazzjoni ta' dawn il-cookies mhix strettament meħtieġa biex is-sit jaħdem iżda jipprovduk b'esperjenza ta' bbrawżjar aħjar. Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost.

Il-cookies ma jinżammux minn Europa Analytics, is-servizz korporattiv li jqis l-effettività u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq EUROPA.

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna nikkontrollaw it-tqassim tad-dejta. Dawn il-cookies ma jintużaw għall-ebda għanijiet oħrajn għajr dawk deskritti hawnhekk.

Kif tikkontrolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara AllAboutCookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex jimblukkawhom milli jiġu maħżuna. Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqgħod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.

L-aħħar aġġornament: 03/02/2017

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.