Avviż legali

1. Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà

1.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-pożizzjonijiet espressi fuq is-sit web huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux neċessarjament l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li dan is-sit web huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea, ir-responsabbiltà għall-kontenut tiegħu hija maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja transfruntiera u tkabbar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Aħna nippruvaw inżommu din l-informazzjoni kurrenti u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni li hemm xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom.

Is-servizzi interattivi (elettroniċi) kollha huma pprovduti "kif inhuma" u fuq bażi "tal-aħjar li jista' jsir". Il-Kummissjoni Ewropea u l-fornituri tad-dejta/tas-servizz li qegħdin jipparteċipaw jiċħdu kull responsabbiltà, kemm espliċita kif ukoll taċita. B'mod partikolari, aħna ma nistgħux niggarantixxu qagħda aġġornata tad-dejta, il-korrettezza tagħha jew niżguraw id-disponibbiltà ta' servizz ininterrott jew id-disponibbiltà ta' kull sit estern illinkjat.

Għal uħud mill-funzjonalitajiet tiegħu l-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja juża dejta minn GeoNames fuq il-bażi ta' liċenzja CC BY 3.0. Ma ssir l-ebda bidla għad-dejta.

Il-Kummissjoni tiċħad kull responsabbiltà fir-rigward ta' kull dannu mġarrab minħabba korruzzjoni tad-dejta, telf tad-dejta jew kull tip ieħor ta' effett avvers ikkawżat minħabba tħaddim intenzjonat jew mhux intenzjonat tas-sistema. Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni bi ksur ta' kull rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi. Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti f'każ ta' tilwima.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirrevedi d-Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà u l-Patti u l-kundizzjonijiet indikati aktar 'l isfel f'kull ħin mingħajr avviż minn qabel u għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni kurrenti ta' dan it-test kif ippubblikat fis-sit web.

1.2 Aspetti relatati mal-paġni tal-kontenut

Il-paġni tal-kontenut huma jew "Ewropej" fin-natura tagħhom jew paġni tal-"Istati Membri", fejn kull Stat Membru tal-UE (permezz tal-awtoritajiet varji tiegħu) huwa responsabbli għall-kontenut u għar-referenzi fuq l-istess paġni tiegħu. Din l-informazzjoni:

  • hija ta' natura ġenerali biss u hija maħsuba biss biex tindirizza ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull individwu jew entità partikolari;
  • mhijiex neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;
  • hija xi drabi marbuta ma' siti esterni li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;
  • mhijiex parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Kull referenza fil-paġni ta' kontenut għal persuna ta' sess maskil titqies ukoll bħala li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta' sess femminil, u viċi versa, sakemm il-kuntest ma jindikax ċarament mod ieħor.

Xi wħud mill-paġni ta' kontenut saru bi traduzzjoni awtomatizzata. Innota li traduzzjonijiet awtomatizzati jkunu pprovduti temporanjament u għal għanijiet kuntestwali biss. Il-proprjetarji ta' dawn il-paġni ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-kwalità ta' testijiet tradotti b'mod awtomatizzat.

Innota li ma jistax jiġi żgurat li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun ġiet ippubblikata fl-edizzjonijiet stampati ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Lulju 2013 u l-verżjonijiet elettroniċi tagħha ppubblikati wara l-1 ta' Lulju 2013 biss għandhom valur legali. Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw l-interruzzjonijiet ikkawżati minn inċidenti tekniċi. Madankollu, xi dejta jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun maħluqa jew strutturata f'fajls jew formati li mhumiex bla żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew affettwat b'mod ieħor minn problemi bħal dawn.

1.3 Aspetti relatati ma' servizzi interattivi

Għas-servizzi interattivi kollha japplikaw il-patti u kundizzjonijiet segwenti:

Meta tuża dawn is-servizzi, int taqbel li tużahom esklużivament għall-iskop maħsub tagħhom. Ma għandekx tuża s-servizzi, jew kull dejta personali mogħtija mis-servizzi, b'xi ħsieb jew intenzjoni oħra u b'mod partikolari dik id-dejta ma għandhiex tintuża fir-rigward ta' attivitajiet kummerċjali, pubbliċitarji jew ta' reklamar.

Mhuwiex permess li tikkopja fi kwantitajiet kbar b'mod awtomatizzat (ħsad), u/jew tiddistribwixxi d-dejta rċevuta permezz tas-servizzi pprovduti b'kull mezz.

Għandek il-permess tillinkja l-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u l-paġni tiegħu.

Aspetti speċifiċi dwar is-servizzi:

1.3.1 Interkonnessjoni tar-Reġistri ta' Insolvenza

Dan is-servizz jippermettilek issib informazzjoni dwar proċedimenti ta' insolvenza fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. M'hemm l-ebda reġistru ta' insolvenza ċentralizzat tal-UE. It-talba tiegħek tintbagħat lir-reġistri nazzjonali u r-risposta tintbagħat lura fi ftit sekondi. Għalissa s-servizz huwa pprovdut fuq bażi "tal-aħjar li jista' jsir".

1.3.2 Sib Avukat

"Sib Avukat" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea u l-kmamar nazzjonali tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti.

1.3.3 Sib Nutar

"Sib Nutar" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE) u kmamar tan-nutara oħra parteċipanti.

1.3.4 ECLI

L-interfaċċa ta' tiftix tal-ECLI huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ġurisprudenza parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE li jillokalizzaw faċilment il-ġurisprudenza li tinkludi identifikatur tal-ECLI.

1.3.5 Tiftix ta' qorti/awtorità kompetenti

L-interfaċċa ta' tiftix ta' qorti/awtorità kompetenti hija servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jew korpi kompetenti oħra parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE jillokalizzaw faċilment il-qorti nazzjonali kompetenti. Innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali dwar id-determinazzjoni ta' kompetenza li ma jkunux neċessarjament koperti.

1.3.6 Sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX)

Is-sottomissjoni elettronika tat-talba tiegħek bl-użu tat-teknoloġija e-CODEX (Ordni ta' Ħlas Ewropea, Talbiet Żgħar Ewropej) hija pprovduta permezz tal-interkonnessjoni ta' għadd kbir ta' sistemi tal-IT operati kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. It-talba tiegħek tista' eċċezzjonalment ma tilħaqx il-qorti indikata. Il-prova ta' trażmissjoni (jew ta' nuqqas ta' trażmissjoni) tiġi pprovduta lilek sa kemm ikun possibbli, iżda kun avżat li f'xi Stati Membri din il-prova hija limitata għall-konsenja tat-talba tiegħek lis-sistema nazzjonali ċentrali tal-IT stabbilita għal din il-fini. Ma jkunx dejjem possibbli li tingħata konferma tal-irċevuta lill-qorti kkonċernata.

In-notifiki kollha dwar il-prova ta' trażmissjoni jew l-irċevuta tar-risposti mill-qorti jintbagħtu lill-indirizz tal-posta elettronika assoċjat mal-kont tas-servizz ta' awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login) li tkun illoggjajt bih.

Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konsenja tat-talba tiegħek jew għal nuqqas ta' tressiq ta' provi tat-trażmissjoni tagħha (jew ta' nuqqas ta' trażmissjoni tagħha). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konsenja ta' komunikazzjoni dwar it-talba tiegħek mill-qorti lura lilek jew ta' notifika ta' rċevuta ta' tali komunikazzjoni.

Sakemm ma titlobx li titħassar, il-komunikazzjoni tiegħek mal-qorti u mingħand il-qorti – ħlief f'ċirkustanzi ta' forza maġġuri – tibqa' disponibbli għall-konsultazzjoni tiegħek fil-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja għal perjodu ta' tal-inqas sena. Nagħtuk parir tissejvja l-kopja tiegħek stess tal-komunikazzjoni kollha li tixtieq taċċedi għaliha wara dan il-perjodu. Il-Kummissjoni Ewropea ma tista' tinżamm responsabbli għal ebda dannu li tista' iġġarrab minħabba l-indisponibbiltà temporanja jew permanenti tal-komunikazzjoni bejnek u l-qorti jew talli tkun naqset milli tinnotifikak bil-quddiem bit-tħassir ta' din il-komunikazzjoni.

1.3.7 Firma elettronika

It-talbiet sottomessi elettronikament (e-CODEX) iridu jiġu ffirmati b'mod elettroniku qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu permezz tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja. Dan il-Portal jipprovdi strument biex jgħinek f'dan il-proċess, iżda ma jimponix l-użu ta' dan l-istrument: għandek il-possibbiltà li tiffirma t-talba tiegħek elettronikament billi tuża l-mezzi tiegħek stess u ttellagħha fil-Portal. Il-Kummissjoni ma tista' tinżamm responsabbli għal ebda dannu li tista' ġġarrab minħabba ċaħda, mill-qorti jew minn kwalunkwe parti oħra, ta' firma elettronika maħluqa bl-istrument pprovdut mill-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja.

1.3.8 Sib kumpanija / Interkonnessjoni tar-reġistru tan-negozju

Dan is-servizz jippermettilek tfittex u tikseb informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati fir-reġistri tan-negozju fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja. Huwa parti mis-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri tan-Negozju (BRIS), imwaqqfa b'konformità mad-dritt tal-UE. Is-sistema toħloq konnessjoni bejn ir-reġistri tan-negozju nazzjonali li jagħtu aċċess għall-informazzjoni tal-kumpaniji.

1.3.9 Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ (ETP)

Dan is-servizz huwa għodda ta’ tiftix. L-ETP tippermetti lill-professjonisti tal-ġustizzja (imħallfin, prosekuturi, persunal tal-qorti, avukati, nutara, bailiffs, esperti tal-qorti, tradutturi u interpreti tal-qorti, persunal tal-ħabs, uffiċjali tal-probazzjoni...) biex isibu informazzjoni dwar korsijiet ta’ taħriġ dwar il-liġi tal-UE u materjal ta’ taħriġ għall-awtotagħlim dwar il-liġi tal-UE.

Il-fornituri tat-taħriġ għall-professjonisti tal-ġustizzja jinfurmaw lill-apprendisti potenzjali dwar l-attivitajiet ta’ taħriġ li jorganizzaw dwar il-liġi tal-UE fl-Unjoni Ewropea f’lingwi differenti. Il-Kummissjoni Ewropea tikkontribwixxi għall-pjattaforma b’materjali ta’ taħriġ lesti għall-użu jew manwali prodotti b’mod partikolari bis-saħħa tal-appoġġ finanzjarju tal-UE.

Kontenut xieraq tal-ETP jikkonsisti f’deskrizzjonijiet ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u materjal ta’ taħriġ. L-utenti tal-ETP huma responsabbli biex jieħdu prekawzjonijiet kif meħtieġ biex jipproteġu lilhom infushom u s-sistemi tal-kompjuter tagħhom minn viruses, worms, trojan horses, u kontenut ieħor ta’ ħsara jew distruttiv. Il-Kummissjoni Ewropea tiċħad kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara li tirriżulta mill-użu mill-utenti tas-servizz jew minn kwalunkwe tniżżil minn dawk il-persuni ta’ kontenut disponibbli hemmhekk.

Il-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda kontroll fuq dawk is-siti web u l-paġni web li mhumiex tal-ETP u mhijiex responsabbli għall-kontenut tagħhom jew l-użu tagħhom. Meta tillinkja ma’ sit web jew paġna web mhux tal-ETP, il-Kummissjoni Ewropea ma tirrappreżentax u ma timplikax li tapprova tali sit web jew paġna web. Il-Kummissjoni Ewropea tiċħad kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara li tirriżulta mill-użu ta’ siti web u paġni web mhux tal-ETP.

Ir-reġistrazzjoni biex wieħed jieħu sehem f’korsijiet tiġi ttrattata mill-fornituri tat-taħriġ infushom skont il-links tal-internet indikati fid-deskrizzjoni tal-kors. Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għall-kanċellazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u materjal, għall-kontenut, il-preċiżjoni, il-legalità u l-kwalità perċepita tagħhom.

Bħalma l-Kummissjoni Ewropea titlob lil oħrajn biex jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħha, hija tirrispetta d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ oħrajn. Jekk utent jemmen li l-materjal li jinsab fuq stħarriġ jew marbut ma’ stħarriġ jikser id-drittijiet tal-awtur, l-utent huwa mħeġġeġ jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea se twieġeb għal dawn l-avviżi kollha, inkluż kif meħtieġ jew xieraq billi tneħħi l-materjal li jikser il-liġi jew tiddiżattiva l-links kollha għall-materjal li jikser il-liġi. Il-Kummissjoni Ewropea se ttemm l-aċċess tal-utent għall-applikazzjoni u l-użu tagħha jekk, taħt ċirkostanzi xierqa, l-utent jiġi ddeterminat li jkun trażgressur reċidiv tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali tal-Kummissjoni Ewropea jew oħrajn.

La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas il-fornituri u l-liċenzjaturi tagħha ma jagħtu garanzija li l-ETP se tkun mingħajr żbalji jew li l-aċċess għaliha se jkun kontinwu jew mhux interrott.

2. Avviż tad-dritt tal-awtur

© L-Unjoni Ewropea (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni jew f'isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) huwa suġġett għall-kundizzjonijiet determinati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 (2011/833/UE, Euratom) dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tal-Kummissjoni. L-użu mill-ġdid ta' dokumenti huwa bla ħlas.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Renju tal-Belġju (2021)

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni li tinsab fil-paġni Belġjani nazzjonali ta' dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Belġjana fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati. Dan ifisser li sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor l-użu mill-ġdid ta' dik l-informazzjoni jeħtieġ il-permess minn qabel tad-detenturi tad-dritt tal-awtur. B'konformità mal-Artikolu 8(2) tal-istess liġi, l-atti uffiċjali ta' awtorità pubblika ma jwasslux għal dritt tal-awtur. Atti uffiċjali ta' awtorità pubblika huma dawk li għandhom effett legali (liġijiet, proċeduri parlamentari, deċiżjonijiet tal-qrati u t-tribunali, eċċ.). L-Artikolu 21(1) jiddikjara li "l-kwotazzjonijiet meħuda minn xogħol ippubblikat skont il-liġi għal skopijiet ta’ kritika, kontroversja, reviżjoni jew tagħlim, jew biex jiddaħħal f’xogħol akkademiku, skont il-prassi ġusta tal-professjoni u sa dak il-punt iġġustifikat mill-iskop intenzjonat, ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur. Kwotazzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom ikunu akkumpanjati minn referenzi għas-sors u għal isem l-awtur, sakemm dan ma jkunx impossibbli".

Il-paġni tal-internet li l-paġni Belġjani nazzjonali tal-portal tal-e-Ġustizzja jirreferu għalihom huma suġġetti għall-klawżoli tad-dritt tal-awtur tagħhom stess. Il-qrati Belġjani għandhom il-ġuriżdizzjoni jisimgħu kull rikors dwar id-drittijiet tal-awtur b'rabta mad-dejta li jkun hemm referenza għaliha fil-paġni Belġjani nazzjonali.

© Ir-Repubblika tal-Bulgarija (2021)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija hija pubblika. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni Bulgari tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja hija disponibbli b'xejn u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f'kull edizzjoni, forma u midja għal skopijiet mhux kummerċjali bl-eċċezzjoni ta' materjali li fihom hija prevista klawżola espliċita ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew li għalihom jeħtieġ kunsens minn qabel tad-detentur tad-dritt tal-awtur.

© Ir-Repubblika Ċeka (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tar-Repubblika Ċeka jew minn entitajiet terzi f'ismu li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut dwar il-paġni Ċeki hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr meta jiġi stipulat mod ieħor u jista' biss jiġi riprodott għal raġunijiet mhux kummerċjali.

Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Renju tad-Danimarka (2021)

L-informazzjoni dwar il-Portal tal-e-Ġustizzja pprovduta mill-Gvern Daniż mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (2021)

L-użu mill-ġdid minn terzi persuni, ta' dokumenti li jidhru fuq dan is-sit web u li huma miżmuma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, huwa protett bir-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti skont il-liġi Ġermaniża, l-Unjoni Ewropea u l-konvenzjonijiet internazzjonali. Ma nassumu l-ebda responsabbiltà għall-kompletezza, żbalji editorjali u tekniċi, ommissjonijiet jew l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web.

B’mod partikolari ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni ta’ informazzjoni miksuba permezz ta’ ħoloq għas-siti web esterni.

L-operaturi tas-siti web huma responsabbli għall-kontenut li jagħmlu disponibbli għall-użu fuq is-siti web tagħhom stess, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ġenerali. Dan il-“kontenut proprju” għandu jiġi distint minn ħoloq għal kontenut ipprovdut minn operaturi ta’ siti web esterni.

Il-ħoloq għall-kontenut ta’ siti web esterni huma pprovduti biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-responsabbiltà għall-kontenut ta’ siti web esterni taqa’ unikament fuq il-fornitur ta' dak il-kontenut. Is-siti web esterni jiġu miflija bir-reqqa u ċċekkjati bl-aħjar mod possibbli għalina qabel ma tiddaħħal ħolqa għalihom. Madankollu, ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinkiseb minn ħoloq esterni. Il-kontenut ta’ siti web esterni jistgħu jinbidlu f'kull ħin mingħajr l-għarfien tal-gvern Ġermaniż.

Fir-rigward tal-ħoloq kollha pprovduti f'dan is-sit web, aħna niddikjaraw b'mod espliċitu li m'għandna l-ebda kontroll fuq id-disinn u l-kontenut tas-siti web esterni li wieħed jista' jaċċedi għalihom permezz tal-ħoloq fuq dan is-sit web; barra minn hekk, dawn il-ħoloq ma jimplikawx approvazzjoni tas-siti web illinkjati jew tal-kontenut tagħhom. Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-paġni kollha fuq dan is-sit web u għall-ħoloq kollha li jinsabu hemmhekk.

Jekk jogħġbok informa lill-punt ta' kuntatt Ġermaniż fuq redaktion@justiz.de jekk ikun hemm xi ħoloq li jwasslu għal siti web li jkollhom kontenut oġġezzjonabbli.

L-istaff editorjali onlajn tal-paġni nazzjonali Ġermaniżi jirreżerva d-dritt, mingħajr avviż minn qabel, li jbiddel, jissupplimenta jew ineħħi l-informazzjoni pprovduta fuq dan is-sit web.

Għal iktar informazzjoni żur din il-ħolqa.

© Ir-Repubblika tal-Estonja (2021)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Estonja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja, madankollu, hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f'kull edizzjoni, forma u midja għal raġunijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali sakemm is-sors tal-materjal ikun identifikat u l-istatus tagħha dwar id-drittijiet tal-awtur tiġi rikonoxxuta. Il-kontenut użat mill-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jrid jiġi riprodott b'mod preċiż u ma jridx jintuża f'kuntest qarrieqi.

© L-Irlanda (2021)

Il-materjal li jidher fuq dan is-sit riprodott mill-Irlanda huwa suġġett għad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda, skont l-Atti tal-2000 dwar id-Dritt tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati. Il-materjal jista' jitniżżel għall-iffajljar u l-istampar għal użu personali biss. Meta dan jinħareġ lil oħrajn għandhom jiġu rrikonoxxuti s-sors u l-istatus tad-drittijiet tal-awtur.

Il-permess li jiġi riprodott il-materjal tad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda ma jestendix għal kull materjal f'dan is-sit li jista' jkun il-proprjetà ta' terzi. Il-permess ta' riproduzzjoni ta' dan il-tali materjal irid jinkiseb mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.

© Ir-Repubblika Ellenika (2021)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja pprovduta mill-Gvern tal-Greċja mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. Ċerti ħoloq esterni, madankollu, jistgħu jkunu suġġetti għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Il-Ministeru tal-Ġustizzja Spanjol (2021)

L-aċċess għall-kontenut u l-użu tal-kontenut ipprovdut minn Spanja fil-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja, l-informazzjoni li hemm fih u l-ħoloq mehmuża u s-servizzi huma l-prerogattiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew il-korpi li jikkollaboraw miegħu u huma protetti mid-drittijiet xierqa tal-awtur u tal-proprjetà industrijali. L-użu, ir-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku jew it-trasformazzjoni ta' dan il-kontenut jew kull attività simili oħra huma pprojbiti mingħajr il-permess espliċitu mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-liċenzja tal-utent li juża kull kontenut minn dan il-portal hija limitata għat-tniżżil u l-użu privat ta’ dak il-kontenut, sakemm jibqa’ bla mittiefes.

© Ir-Repubblika Franċiża (2021)

ID-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Il-kontenut ta' dan is-sit web huwa l-proprjetà esklussiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Libertajiet u/jew tal-awturi jew tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, u huwa protett bil-leġiżlazzjoni Franċiża u internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet ta' proprjetà u, b'mod partikolari, bid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Dan japplika fost affarijiet oħrajn għall-karatteristiċi editorjali tas-sit web, għall-preżentazzjoni tal-iskrins u għas-softwer meħtieġ għall-użu ta' dan is-sit, u għal-logos, l-istampi, ir-ritratti u l-grafiċi ta' kull tip.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Libertajiet jawtorizza lill-utenti biex jaraw il-kontenut biss; dan jeskludi, b'mod partikolari, l-użu mill-ġdid tal-kontenut kollu jew parti minnu fis-sit għal kull skop.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata biss f'forma diġitali, fuq il-kompjuter użat li jintuża għall-aċċess tas-sit, għall-fini tal-ivviżwalizzar tal-paġni kkonsultati mis-softwer ta' navigazzjoni tal-utent.

Kull rappreżentazzjoni totali jew parzjali tas-sit web minn kwalunkwe kumpanija mingħajr il-permess espliċitu tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tadl-Libertajiet hija pprojbita, u tikkostitwixxi falsifikazzjoni fis-sens tal-Artikoli L.335-2 et seq. tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-ħolqa għall-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-kapitolu tal-Kodiċi dwar is-sanzjonijiet penali jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk.

© Ir-Repubblika Taljana (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u minn istituzzjonijiet pubbliċi oħra jew f'isimhom minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut tal-paġni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u ta' istituzzjonijiet pubbliċi oħra hija awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors, salv fejn dikjarat mod ieħor.

Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika ta' Ċipru (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma minn Ċipru jew f'ismu minn entitajiet terzi msemmija f'dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Ċiprijotti hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jegħleb il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika tal-Latvja (2021)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tal-Latvja hija pubblika u mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Latvjani tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

© Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (2021)

L-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Litwanja hija mħarsa mil-Liġi Litwana dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u tkun tista' tintuża b'mod ħieles sakemm jiġi rikonoxxut is-sors.

© Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (2021)

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut u l-informazzjoni ppreżentati fil-paġni tal-Lussemburgu u li huma miżmuma mill-Istat tal-Lussemburgu jew minn partijiet oħra, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, huma suġġetti għal-liġi tal-Lussemburgu.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, ir-riproduzzjoni tal-informazzjoni li fihom il-paġni Lussemburgiżi hija awtorizzata għal skopijiet mhux kummerċjali sakemm is-sors ikun ċitat espliċitament.

Meta jeħtieġ il-permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġni, softwer, eċċ.), dik l-istipulazzjoni tikkanċella l-permess ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, tindika kull restrizzjoni għall-użu.

L-Istat tal-Lussemburgu jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni misjuba fil-paġni tal-Lussemburgu. Għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni ppubblikata f'dawn il-paġni mhijiex neċessarjament kompluta, eżawrjenti, eżatta jew aġġornata. Fil-każ li jkun hemm diskrepanzi bejn it-testi ppubblikati f'dawn il-paġni u fid-dokumenti oriġinali, ikunu applikabbli d-dokumenti oriġinali kif ippubblikati fil-Mémorial.

Xi kultant il-paġni tal-Istat tal-Lussemburgu jirreferu għal paġni li jkunu f'idejn partijiet oħrajn li l-Istat tal-Lussemburgu ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u li fir-rigward tagħhom huwa jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kull ħsara kkawżata fuq il-faċilità tal-kompjuter tal-utent mill-paġni li jieħu ħsiebhom l-Istat tal-Lussemburgu jew oħrajn.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fil-każ li s-servizz mogħti minn dawn il-paġni jiġi sospiż, anke temporanjament.

Mhuwiex l-iskop ta' dawn id-dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà li jitwarrbu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli, jew li tiġi eskluża r-responsabbiltà f'każijiet fejn din ma tistax tiġi eskluża f'konformità mal-leġiżlazzjoni li ssemmiet qabel.

© L-Ungerija (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ungerija jew f'isimha minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni privata u uffiċjali tal-kontenut fuq il-paġni Ungeriżi hija awtorizzata, dment li jissemma s-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Kull użu ieħor jirrikjedi l-permess minn qabel tad-detentur tad-dritt.

© Ir-Repubblika ta' Malta (2021)

Id-Dritt tal-Awtur/Il-Permess ta' Riproduzzjoni

Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tas-siti web, jagħmlu kull sforz biex iżommu l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web imma ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni li tidher fuq xi siti web tagħhom jew ta’ ħoloq esterni tkun kompluta, attwali u korretta u għalhekk jisħqu li l-informazzjoni li tinstab hemm ma għandhiex titqies bħala informazzjoni korretta u kompluta fuq kull suġġett. Lanqas ma tista’ tiġi assigurata l-kwalità u l-aċċessibiltà kontinwa jew li ma jkunx hemm interruzzjonijiet minħabba raġunijiet tekniċi. Għalhekk, ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kull preġudizzju, telf jew ħsara li tista' sseħħ mill-użu tal-informazzjoni, billi l-informazzjoni murija hija intiża unikament bħala gwida ġenerali. Il-Gvern ta’ Malta jirriżerva d-dritt li jbiddel, iżid jew ineħħi partijiet jew paġni sħaħ, mingħajr ma javża speċifikatament dwar dan, għal perjodu temporanju.

Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tas-siti web, ma jipprovdux kontroll ta' kwalità ta' ħoloq esterni. L-inklużjoni tal-isem ta' kull kumpanija jew negozjant fil-paġni ma għandhiex tinftiehem bħala rakkomandazzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi ta' dik il-kumpanija jew ta' dak in-negozjant.

Dawn il-paġni mhumiex intenzjonati li jagħtu pariri legali. Din tibqa’ l-prerogattiva tal-professjoni legali.

Jekk tidentifika xi informazzjoni fuq dan is-sit li tkun inkorretta jew qarrieqa, ibgħat ittra elettronika lill-webmaster dwarha, jew uża l-formola ta' rispons.

Il-materjal fuq dan is-sit web huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, tal-Liġijiet ta' Malta, tal-politiki u tar-regolamenti u ta' kull ftehim internazzjonali li jsemmi l-Gvern ta' Malta. L-informazzjoni f'dan is-sit web hija disponibbli għal użu personali u għal użu pubbliku mhux kummerċjali. Għal dawn iż-żewġ skopijiet, tista' tiġi riprodotta mingħajr ħlas jew permess ieħor mill-Gvern ta' Malta sakemm il-materjal riprodott ikun kopja vera tal-oriġinal u l-Gvern ta' Malta ikun identifikat bħala s-sors tiegħu. Il-materjal riprodott ma jista' bl-ebda mod jiġi rrappreżentat bħala l-verżjoni uffiċjali, lanqas bħala prodott flimkien ma' jew bil-kunsens tal-Gvern ta' Malta.

© Ir-Renju tan-Netherlands (2021)

Informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku u li tkun ingħatat mill-Gvern tan-Netherlands mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur sakemm dan ma jiġix iddikjarat. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Netherlandiżi tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla / riprodotta / tradotta / adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għajr meta fl-informazzjoni / f'xi parti mill-informazzjoni pprovduta tiġi inkluża klawżola tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika tal-Awstrija (2021)

L-artikli kollha ppubblikati fuq dan is-sit web huma protetti bid-drittijiet tal-awtur, bid-drittijiet kollha riżervati.

L-informazzjoni ppreżentata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja hija kkunsidrata informazzjoni pubblika u tista' tiġi distribwita jew ikkupjata, sakemm din ma tiġix użata għal raġunijiet kummerċjali u s-sors jiġi indikat.

Filwaqt li l-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (BMJ) jagħmel sforzi raġonevoli biex jinkludi informazzjoni preċiża u aġġornata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja, il-Ministeru ma jieħu l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-preċiżjoni, it-tempestività jew il-kompletezza ta' dik l-informazzjoni jew għal informazzjoni fuq siti web oħra li jkun forna xi ħoloq għalihom. L-iskoperta ta' żbalji eventwali tagħti lok għal korrezzjoni mill-aktar fis possibbli.

L-informazzjoni fornuta permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja hija ta' karattru ġenerali u mhijiex, għalhekk, adattata għar-rekwiżiti individwali speċifiċi ta' persuni, entitajiet jew orgnaizzazzjonijiet; mhijiex neċessarjament preċiża, kompluta jew aġġornata; hija parzjalment konnessa ma' siti web oħra li la huma influwenzati minn u lanqas fiż-żona ta' responsabbiltà tal-BMJ. Din l-informazzjoni m'għandhiex l-għan li tissostitwixxi s-servizz ta' konsulenza (legali) professjonali. Jekk qiegħed tfittex konsulenza personali, ikkuntattja l-ewwel u qabel kollox espert fil-qasam tal-kwistjoni rispettiva. Jekk għandek mistoqsijiet dwar il-proċedimenti tiegħek fil-qorti, ikkuntattja l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni. Ir-rikjesti quddiem qorti jew awtorità kompetenti għandhom isiru l-ewwel f'kull każ fir-rigward ta' mozzjonijiet jew rikorsi li jridu jsiru f'terminu partikolari.

Aħna ma niggarantux li dokument li huwa aċċessibbli permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jikkorrispondi eżattament mat-test adottat uffiċjalment. Huma biss l-atti tar-Repubblika tal-Awstrija li huma ppubblikati bil-mod preskritt mil-liġi fil-"Gazzetta dwar il-Liġi Federali tar-Repubblika tal-Awstrija" (Bundesgesetzblatt der Republik Österreich) li huma legalment vinkolanti.

Xi dokumenti li wieħed jista' jaċċedi għalihom mill-paġni Awstrijaċi tas-sit tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jirreferu għal informazzjoni fornuta minn organizzazzjonijiet oħra. Il-BMJ, madanakollu, ma jagħti l-ebda garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività jew il-korettezza tad-dejta pprovduta.

© Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Polonja (2021)

Il-kontenut ta' din is-sit web huwa għal skopijiet ta' informazzjoni ġenerali biss u ma jikkostitwix parir. Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jagħti l-ebda assikurazzjoni jew garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività, jew l-applikabbiltà ta' kull parti tal-kontenuti.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jassumi l-ebda responsabbiltà għall-informazzjoni f'dan is-sit web u ma jassumi l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' tali informazzjoni. Jistgħu japplikaw dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew avviżi tad-drittijiet tal-awtur speċifiċi flimkien ma' ċerti kontenuti jew partijiet tas-sit web. L-informazzjoni fil-paġni Polakki li mhijiex suġġetta għal dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew avviżi tad-drittijiet tal-awtur speċifiċi hija disponibbli b'xejn u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, il-forom u l-midja kollha għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà u jeskludi kull responsabbiltà marbuta mat-tfittxija fis-sit web, l-użu tal-informazzjoni jew it-tniżżil ta' kull materjal minnu, inkluża iżda mhux limitata għal kull responsabbiltà għal żbalji, ineżattezzi, omissjonijiet, jew dikjarazzjonijiet qarrieqa jew difamatorji. L-informazzjoni fuq dan is-sit web tista' tinkludi opinjonijiet jew perspettivi li, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat mod ieħor, mhumiex neċessarjament dawk tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Dan is-sit web jinkludi ħoloq għal siti esterni li s-servizzi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ma għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li l-Ministeru tal-Ġustizzja ma jerfa' l-ebda responsabbiltà dwarhom.

© Ir-Repubblika Portugiża (2021)

L-użu mill-ġdid, minn terzi ta' dokumenti li jinsabu f'dan il-portal u li huma proprjetà tal-Portugall huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u bid-drittijiet ta' proprjetà industrijali skont il-Liġi Portugiża, id-dritt tal-UE u l-ftehimiet internazzjonali applikabbli. L-informazzjoni li tinsab f'dan il-portal hija pubblika u, sakemm ma jiġix iddikjarat espressament mod ieħor, tista' tiġi riprodotta u użata mill-ġdid sakemm jiġi rikonoxxut is-sors. Meta tkun tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' test jew informazzjoni multimedjatika (ħoss, stampi, programmi tal-kompjuter, eċċ.), il-permess ġeneriku msemmi hawn fuq mhuwiex applikabbli. Jista' jingħata permess speċifiku fuq talba għall-użu mill-ġdid u r-riproduzzjoni ta' dokumenti b'informazzjoni li, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti, ma tistax tintuża mill-ġdid liberament. Permess speċifiku jistabbilixxi b'mod ċar ir-restrizzjonijiet li japplikaw għall-użu tad-dokumenti koperti minnu.

© Ir-Rumanija (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mir-Rumanija jew f'isimha minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Rumeni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika tas-Slovenja (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tas-Slovenja jew minn entitajiet terzi f'isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut dwar il-paġni Sloveni hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr meta jiġi pprovdut mod ieħor u jista' jiġi riprodott biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali.

Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika Slovakka (2021)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mir-Repubblika Slovakka jew minn entitajiet terzi f'isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli Slovakki dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Il-limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u mad-dritt tad-database sui generis huma permessi biss f'każijiet speċjali stipulati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur Nru 618/2003 Coll. kif emendat. L-użu jew it-tneħħija tas-suġġett skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur ma jridux ikunu b'kunflitt mal-isfruttar maħsub normali u ma jridux jippreġudikaw b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. Fil-każijiet l-oħra għandu jinkiseb permess minn qabel għall-użu ta' suġġett (liċenzja).

Għal aktar informazzjoni dwar il-liġi Slovakka dwar id-drittijiet tal-awtur irreferi għall-ħoloq li ġejjin: bl-Ingliż bis-Slovakk.

© Ir-Repubblika tal-Finlandja (2021)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja pprovduta mill-Gvern Finlandiż hija pubblika u mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Renju tal-Iżvezja (2021)

Il-materjal ippubblikat fil-paġni tal-Iżvezja tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jista' jiġi riprodott mingħajr ħlas. Is-sors għandu jiġi rikonoxxut fejn dan ikun mitlub speċifikatament.

© Id-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna (2021)

L-informazzjoni prodotta mill-Gvern tar-Renju Unit hija protetta mid-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna. Il-kontenut kollu huwa disponibbli taħt il-Liċenzja tal-Gvern Miftuħa v3.0, għajr fejn indikat mod ieħor.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.