Każistika nazzjonali

Awstrija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Awstrijaka u l-bażijiet tad-data legali rilevanti.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

Bażijiet tad-data tal-ġurisprudenza online

Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-sistema ta’ informazzjoni legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq http://www.ris.bka.gv.at/. Is-sentenzi tal-qrati superjuri u tal-qrati amministrattivi jiġu ppubblikati sħaħ; dawk tal-qrati l-oħra jiġu ppubblikati biss f’xi każijiet individwali.

Is-sistema ta’ informazzjoni legali (Rechtsinformationssystem – RIS) hija bażi tad-data elettronika mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. L-għan ewlieni tagħha huwa li tħabbar leġiżlazzjoni ppubblikata fil-gazzetta tal-liġi federali Awstrijaka (Bundesgesetzblatt) u li tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.

Ir-RIS toffri aċċessibbiltà tajba għall-web (WAI-AA f’konformità ma’ WCAG 2.0).

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/tal-intestaturi

Qrati Supremi

Qrati oħra

Ġurisprudenza ppreżentata b’intestatura

Iva

Parzjalment

Eżempji ta’ intestatura/i:

Numru tas-serje RS0127077

Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w

Data tas-sentenza 25.8.2011

Test tal-intestatura

Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: numru tad-diviżjoni: 11, referenza tat-tip ta’ proċedura: Os, numru kurrenti: 87, u s-sena: 11. Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: 25.8.2011.

Identifikatur Ewropew tal-Każistika (European Case Law identifier, ECLI)

L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Dan huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.

Formati

Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.

Qrati u istituzzjonijiet oħrajn ikkonċernati

Qrati Supremi

  • Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)
  • Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)
  • Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof)

Qrati u istituzzjonijiet oħrajn

  • Qrati reġjonali għoljin (Oberlandesgerichte) u qrati oħrajn (kawżi ċivili u kriminali)
  • Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht)
  • Qrati Amministrattivi Reġjonali (Landesverwaltungsgerichte)
  • Qorti Federali tal-Finanzi (Bundesfinanzgericht, esterna)
  • Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzbehörde) (qabel l-2014: il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzkommission))
  • Kummissjonijiet Dixxiplinarji (Disziplinarkommissionen), Kummissjoni Dixxiplinarja Suprema (Disziplinaroberkommission), Tribunal tal-Appelli (Berufungskommission)
  • Awtorità Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungsaufsichtsbehörde) (qabel l-2014: Kummissjoni Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungs-Aufsichtskommission)
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2014
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2008 (estern)
  • Tribunali Amministrattivi Indipendenti (unabhängige Verwaltungssenate) – għażla ta’ deċiżjonijiet mill-1991 sal-2013, imbagħad il-Qrati Amministrattivi Reġjonali
  • Dokumentazzjoni finanzjarja, it-Tribunal Indipendenti tal-Finanzi (unabhängiger Finanzsenat) (estern; deċiżjonijiet sal-2013, imbagħad il-Qorti Federali tal-Finanzi)
  • Tribunal għall-Ażil Federali Indipendenti (unabhängiger Bundesasylsenat) (għażla ta’ deċiżjonijiet mill-1998 sal-2008)
  • Tribunal tal-Ażil (Asylgerichtshof) (sentenzi minn Lulju 2008 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Tribunal tal-Ambjent (Umweltsenat) (għażla ta’ deċiżjonijiet mill-1994 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Il-Bord tal-Komunikazzjonijiet Federali (Bundeskommunikationsenat) (għażla ta’ deċiżjonijiet mill-2001 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Awtoritajiet għar-Rieżami tal-Akkwist Pubbliku (għażla ta’ deċiżjonijiet sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)

Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq

Proċedimenti ulterjuri

Qrati Supremi

Qrati oħra

Teżisti informazzjoni dwar:

  • appelli?

Le

Le

  • jekk kawża għadhiex pendenti?

Le

Le

  • l-eżitu tal-appelli?

Le

Iva, dment li d-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri jiġu ppubblikati

  • l-irrevokabbiltà tas-sentenza?

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

  • Proċedimenti ulterjuri quddiem:
  • qorti nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)?
  • il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?
  • il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?
  • Sommarji speċjali tas-sentenzi tal-Qorti Suprema jindikaw li hemm proċedimenti pendenti quddiem Qorti suprema nazzjonali jew internazzjonali oħra.

Iva

Iva

Iva

Le

Le

Le

Regoli tal-Pubblikazzjoni

Fuq livell nazzjonali?

Fuq livell tal-qrati?

Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi?

Iva

Iva

L-Artikoli 15 u 15a tal-Att dwar il-Qorti Suprema (l-Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja (GOG), l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Qorti Federali tal-Finanzi (BFGG), l-Artikolu 20 l-Att dwar il-Qorti Amministrattiva Federali (BVwGG)

Qrati Supremi

Qrati oħra

Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew uħud minnhom biss?

Bi ftit eċċezzjonijiet

Għażla żgħira biss fil-qasam tal-qrati ordinarji; b’mod estensiv fil-każ tal-qrati amministrattivi

Jekk issir għażla, liema kriterji jiġu applikati?

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati.

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.