Rati tal-imgħax

Belġju
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa l-perċentwali użat biex jiġi kkalkulat l-ammont addizzjonali li jrid jitħallas mid-debitur li ma jkunx ħallas lill-kreditur fil-ħin.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax statutorju fil-kawżi ċivili (bejn individwi jew bejn individwu u kummerċjant) jiġi kalkolat biż-żieda ta' 2% mar-rata ta' tnax-il xahar ta' EURIBOR (Rata Interbankarja Offruta f’Euro).s

It-tranżazzjonijiet kummerċjali (pereżempju t-tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti u/jew l-impriżi) huma regolati mil-Liġi tat-2 ta' Awwissu 2002 dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti li jsiru tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali ((Wet van 2/08/2002 betreffende de bestrijding van de betalingsachterstand bij handelstransacties). Dik ir-rata ta' imgħax tiġi applikata sakemm il-partijiet għat-tranżazzjoni ma jkunux ftiehmu mod ieħor (interess kuntrattwali).

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-aġġustament kull sitt xhur tar-rata ta' interess għat-tranżazzjonijiet kummerċjali jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Belġju (sit elettroniku Belgisch staatsblad - Moniteur belge: http://www.ejustice.just.fgov.be)

Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija (https://economie.fgov.be)

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Għal aktar informazzjoni mingħajr ħlas ara s-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija (https://economie.fgov.be)

L-aħħar aġġornament: 10/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.