Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’joffri r-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?
Ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza jikkonsisti fi tliet partijiet:
- Il-lista tar-riċevituri - aċċessibbli permezz tas-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Bulgaru.
- Il-bullettin tal-bejgħ u tal-irkantijiet - li huwa kompletament aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Ministeru Bulgaru tal-Ekonomija.
- Ir-reġistru tal-proċedimenti ta’ insolvenza - miżmum f’bażi tad-data ċentralizzata.
L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?
L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.
Kif nista’ nfittex fir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?
Tista’ tfittex għal riċevitur bl-isem fuq is-sit web.
Kif tagħmel tiftixa skont il-bejgħ
Il-bullettin tal-bejgħ jista’ jinsab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ekonomija.
L-istorja tar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza
Is-sistema ġiet stabbilita fl-2009 bħala parti mill-proġett intitolat “Trasparenza u effiċjenza ta’ proċedimenti ta’ insolvenza”, subprijorità 1.5 “Sistema ġudizzjarja trasparenti u effiċjenti” tal-Programm Operazzjonali “Kapaċità Amministrattiva” (OPAC) implimentat skont il-ftehim ta’ għotja Nru K09–15–5-C/9.10.2009. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u l-baġit tal-istat tar-Repubblika tal-Bulgarija.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.