Każistika nazzjonali

Bulgarija

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Bulgara kif ukoll id-deskrizzjonijiet tal-bażijiet tad-data rilevanti tal-ġurisprudenza u l-links għalihom.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

Il-ġustizzja hija amministrata mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, mill-Qorti Amministrattiva Suprema, mill-qrati tal-appell, mill-qrati reġjonali, mill-qrati militari u mill-qrati distrettwali. Il-kundanni u d-deċiżjonijiet jinħażnu fil-bażijiet tad-data tal-informazzjoni tal-qrati rilevanti, kemm fuq il-karta kif ukoll f’forma elettronika.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-ogħla Qorti ġudizzjarja f’kawżi kriminali, kummerċjali u ċivili. Skont l-Artikolu 124 tal-Kostituzzjoni tal-Bulgarija, il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati kollha. Il-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-Bulgarija kollha.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati amministrattivi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni fuq:

  1. il-kontestazzjonijiet għar-regolamenti statutorji, esklużi dawk maħruġa mill-kunsilli muniċipali;
  2. il-kontestazzjonijiet għall-atti tal-Kunsill tal-Ministri, tal-Prim Ministru, tad-Deputati Prim Ministri u tal-Ministri maħruġa fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ tmexxija u governanza kostituzzjonali tagħhom; fil-każijiet previsti mil-liġi u fejn dawk l-awtoritajiet ikunu ddelegaw is-setgħat tagħhom lill-uffiċjali kkonċernati, l-atti amministrattivi maħruġa minnhom jiġu kkontestati quddiem il-qorti amministrattiva rilevanti;
  3. il-kontestazzjonijiet għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem;
  4. il-kontestazzjonijiet għall-atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru u l-korpi tiegħu;
  5. l-appelli fil-kassazzjoni u l-appelli kontra deċiżjonijiet maħruġa fl-ewwel istanza;
  6. l-appelli mill-partijiet fil-proċedimenti kontra deċiżjonijiet u digrieti;
  7. ir-rikorsi għal deċiżjonijiet ġudizzjarji finali f’kawżi amministrattivi li għandhom jiġu rrevokati;
  8. il-kontestazzjonijiet għal atti oħra speċifikati mil-liġi.

Ġurisprudenza disponibbli fis-sit web

Il-Qorti Amministrattiva Suprema kellha sit web sa mill-bidu tal-2002. Is-sit inħoloq biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni fiżiċi, tal-persuni ġuridiċi u tal-korpi amministrattivi li jirrikjedu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar l-attività ġudizzjarja tal-Qorti.

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa soġġett għal reġistrazzjoni standard miftuħa għal kulħadd (username u password).

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għandha sit web li jipprovdi aċċess dirett għall-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema.

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli

Il-Qorti Amministrattiva Suprema

Ma hemm l-ebda titolu/intestatura fuq l-internet li jillinkjaw ma’ deċiżjonijiet jew attivitajiet oħra tal-Qorti Amministrattiva Suprema. L-atti jiġu ppubblikati flimkien man-numru tagħhom, id-data tal-ħruġ u n-numru tal-kawża li huma relatati miegħu, pereżempju:

Id-Deċiżjoni Nru 5908 tat-23.06.2005 fil-Kawża Nru 4242/2005

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Id-deċiżjonijiet jinħarġu fuq karta u jiġu ppubblikati fil-Bullettin, fil-Ktieb Annwali u fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija.

Tista’ tfittex skont: il-Qorti u l-ismijiet tal-partijiet fil-kawża; in-numru tal-kawża rreġistrat mal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni; in-numru tal-kawża fit-taqsima tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.

It-test sħiħ tad-deċiżjonijiet maħruġa mill-1 ta’ Ottubru 2008 (bid-data personali mħassra) huwa disponibbli permezz ta’ link fil-qiegħ tal-paġna “riżultat tat-tfittxija”.

L-aħbarijiet u l-istqarrijiet għall-istampa mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija jiġu ppubblikati regolarment fit-taqsima tal-istqarrijiet għall-istampa tas-sit web tal-Qorti Suprema. Id-deċiżjonijiet f’kawżi ta’ interess pubbliku kbir huma ppubblikati f’din it-taqsima kif ukoll fil-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.

Format

Il-Qorti Amministrattiva Suprema

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Amministrattiva Suprema fil-format HTML.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni fil-format PDF.

Il-Qrati

Proċedimenti ulterjuri


Il-Qrati Supremi - il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Qrati oħra

Hemm informazzjoni disponibbli wkoll dwar:

  • appelli?

Iva

Iva

  • jekk każ għadux pendenti?

Iva

Iva

  • ir-riżultati tal-appelli?

Iva

Iva

  • l-irrevokabilità tad-deċiżjonijiet?

Iva

Iva

  • proċedimenti oħra quddiem:

qrati nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)

il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli


Regoli tal-pubblikazzjoni


Fil-livell nazzjonali

Fil-livell tal-qorti

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva - l-Artikolu 64(1) tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja

Iva



Il-Qrati Supremi

Qrati oħra

Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa jew għażla minnha?

Il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni - ġurisprudenza sħiħa

Il-ġurisprudenza sħiħa / għażla biss minnha

Liema kriterji jintużaw biex issir l-għażla?

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 20/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.