Każistika nazzjonali

Italja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Taljana, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti u links għalihom.

Il-kontenut ipprovdut minn
Italja

Ġurisprudenza onlajn

Is-sistema ġudizzjarja Taljana tipprovdi informazzjoni dwar il-ġurisprudenza fuq diversi siti web.

Il-Corte di Cassazione (Qorti tal-Kassazzjoni), hija l-ogħla qorti fis-sistema ġudizzjarja Taljana. Is-sit tal-internet tagħha għandu ħafna kontenut. Hemm żewġ taqsimiet ewlenin:

l-ewwel waħda, iddedikata għal proċedimenti ċivili u penali pendenti, hija aċċessibbli għall-avukati identifikati u awtorizzati biex jipparteċipaw f'każijiet speċifiċi, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Taljana dwar il-protezzjoni tad-data.  L-aċċess isir permezz ta' ċertifikat diġitali validu anness ma' smart card.

It-tieni taqsima, iddedikata għas-sistema Italgiure DB, hija aċċessibbli permezz tal-istess portal u tikkontjeni miljuni ta' dokumenti (ġeneralment sentenzi) dwar proċessi ċivili u penali diġà konklużi. L-operaturi tas-sistema ġudizzjarja (imħallfin, prosekuturi pubbliċi, amministraturi tal-qorti) jistgħu jaċċedu b'xejn għal din id-data, filwaqt li l-avukati, l-universitajiet u interessati oħrajn iridu jkollhom abbonament ta' ħlas modest.

L-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qrati, kif ukoll reġistri ta' ġurisprudenza u dokumenti diġitali fil-fajliet informatiċi dwar proċedimenti ċivili, tista' tinstab onlajn fil-qrati u l-qrati tal-appell kollha.

L-aċċess jingħata lill-avukati u esperti maħtura mill-qorti permezz ta' awtentikazzjoni b'saħħitha (smart card kompatibbli mal-Carta Nazionale dei Servizi) fuq il-Portale dei Servizi Telematici (portal tas-servizzi elettroniċi).

Bl-istess mod huwa possibbli li wieħed jikkonsulta onlajn l-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qorti tal-Kummissarju għall-Ġustizzja (giudice di pace).

L-informazzjoni anonima dwar ir-reġistri tal-qorti tista' tiġi kkonsultata permezz tal-Portal imsemmi iktar 'il fuq mingħajr ma ssir awtentikazzjoni.

Presentazzjoni tad-deċiżjonijiet/Dettalji

Il-proċedimenti pendenti dwar suġġetti awtorizzati huma kklassifikati abbażi tal-ismijiet tal-partijiet u n-numru tal-każ, kif elenkat fir-reġistru ġenerali tal-Qorti tal-Kassazzjoni jew il-qorti kkonċernata.

Jista' jsir tiftix tal-ġurisprudenza dwar il-proċedimenti konklużi bl-użu ta' tiftix ta' kliem, jew bit-tiftix ta' suġġett jew dettalji speċifiċi (id-data tar-rikors, l-isem ta' parti).

Format

Id-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-ġurisprudenza huma disponibbli fil-format PDF u html.

Qrati

Qorti tal-Kassazzjoni

Għal informazzjoni kkonsulta s-sit web tal-Qorti tal-Kassazzjoni.

Qrati ordinarji

Il-lista aġġornata tal-ħoloq għall-qrati ordinarji tinstab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Proċedimenti ulterjuri

Qorti tal-Kassazzjoni

Qrati oħra

Informazzjoni disponibbli

dwar jekk każ għadux pendenti

Iva

Iva

dwar ir-riżultat tal-appelli

Iva

Le

dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni

Iva

Iva

Meta qorti individwali jew qorti tal-appell għandha sit web, din spiss tipprovdi informazzjoni dwar kif tittieħed azzjoni legali, kif isir rikors jew isir appell minn deċiżjoni.

Bażijiet ta' dejta ġuridika

  1. Is-sistema Italgiure DB tipprovdi aċċess għal bażi ta' dejta li tikkontjeni dettalji ta' numru ta' deċiżjonijiet tal-qorti, b'mod partikolari tal-Qorti tal-Kassazzjoni. Is-sit web jikkontjeni aktar minn 35 miljun dokument (inkluż liġijiet u regolamenti, kif ukoll referenzi għad-dottrina).

Kif spjegat iktar 'il fuq, l-access huwa limitat.

  1. Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-appell u tal-qrati l-oħra hija disponibbli fuq il-Portale dei Servizi Telematici, kif spjegat iktar 'il fuq.
L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.