Medjaturi

Malta

Din it-taqsima tal-Portal għandha tgħinek issib medjatur f’Malta.

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Kif issib medjatur f’Malta

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jipprovdi lill-partijiet b’lista ta’ medjaturi debitament akkreditati miċ-Ċentru. Irrispettivament minn jekk ikunx każ ta’ medjazzjoni volontarja jew wieħed li ġie riferut liċ-Ċentru, mill-qorti jew bil-liġi, medjatur jingħażel mill-partijiet għat-tilwima mil-lista ta’ medjaturi akkreditati, sakemm il-persuna magħżula tkun aċċettabbli għall-partijiet kollha għat-tilwima. Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar l-għażla ta’ medjatur li jkun aċċettabbli għalihom ilkoll, iċ-Ċentru għandu jaħtar bħala medjatur lill-persuna li isimha jkun imiss fil-lista ta’ medjaturi approvati.

Fil-medjazzjoni familjari, il-partijiet jistgħu, bil-kunsens tagħhom it-tnejn, jagħżlu medjatur huma mill-lista ta’ persuni maħtura għal dan l-iskop mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja u jbatu huma l-ispiża ta’ dan, jew inkella jiġi assenjat lilhom mill-Qorti medjatur, fuq bażi ta’ rotazzjoni, minn lista ta’ persuni maħtura mill-istess Ministru bħala persuni li jistgħu jagħmluha ta’ medjaturi maħtura mill-qorti u f’dan il-kas id-drittijiet dovuti lill-medjaturi jitħallsu mir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali.

Għalissa, għad m’hemmx reġistru elettroniku. Madankollu, jekk tkun trid iktar informazzjoni, tista taċċessa l-paġna relevanti tal-website taċ-Ċentru (https://justice.gov.mt/en/mmc/Pages/Mediators/Civil.aspx ) jew tikkuntattja liċ-Ċentru permezz tar-Reġistratur fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta, 158, Triq il-Merkanti, Valletta VLT1176.

Biex tikkkuntattja lir-Reġistratur tista’ ċċempel fuq dan in-numru: +356 23279220 jew tuża l-posta elettronika (email): info@mediation.mt

L-aħħar aġġornament: 04/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.