Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Każistika nazzjonali

Skozja

Din it-taqsima tipprovdik b’deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Iskozja. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza li hija disponibbli f’bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

Ġurisprudenza disponibbli fl-Iskozja

Il-parti l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-ġurisdizzjoni tal-Iskozja fir-Renju Unit hija disponibbi għall-pubbliku.

Qrati ċivili

Il-ġurisprudenza hija pubblikata għall-Court of Session u l-Appellate Committee of the House of Lords, li fl-1 ta’ Ottubru 2009 se jiġi sostitwit mill-Qorti Suprema (Supreme Court) tar-Renju Unit. Jiġu ppubblikati wkoll sentenzi ta’ interess partikolari mill-Qrati tax-Sheriff.

Qrati Kriminali

Il-ġurisprudenza hija pubblikata għall-Qrati tax-Sheriff u l-High Court of Justiciary, li hija l-Qorti Kriminali Suprema għall-Iskozja.

Id-deċiżjonijiet dwar xi kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkun anonomi.

Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppubblikata mill-1998. Ladarba tingħata sentenza, il-ġurisprudenza normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara.

Bażijiet tad-dejta legali

Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi ppubblika s-sentenzi tal-Qrati tax-Sheriff, tal-Court of Session u tal-High Court of Justiciary fuq is-sit elettroniku tiegħu minn Settembru 1998. Hemm żewġ tiftixiet separati disponibbli, li jkopru l-Court of Session u l-High Court of Justiciary u l-Qrati tax-Sheriff. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.

Is-sentenzi huma disponibbli mill-Appellate Committee of the House of Lords mill-14 ta’ Novembru 1996 sat-30 ta’ Lulju 2009. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.

Hemm ukoll għadd ta’ repożitorji legali nazzjonali u bażijiet tad-dejta legali disponibbli.

Il-bażi tad-dejta ‘Bailii’ (British and Irish Legal Information Institute - Istitut tal-Informazzjoni Legali Britannika u Irlandiża) fiha deċiżjonijiet mill-Court of Session mill-1879, mill-High Court of Justiciary mill-1914, mill-Qorti tax-Sheriff mill-1998 u mill-House of Lords mill-1838. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.

Is-sit elettroniku tal-Bailii fih ukoll dettalji ta’ deċiżjonijiet minn bosta tribunali tar-Renju Unit:

  • Tribunal Superjuri (Kamra tal-Appelli Amministrattivi) – (Upper Tribunal)(Administrative Appeals Chamber)
  • Tribunal Superjuri (Finanzi u Taxxi)
  • Tribunal Superjuri (Kamra tal-Artijiet)
  • Tribunal tal-Ewwel Grad (First-tier Tribunal) (Kamra dwar l-Edukazzjoni, is-Saħħa u l-Kura Soċjali)
  • Tribunal tal-Ewwel Grad (Taxxa)
  • Tribunal tal-Appelli dwar il-Kompetizzjoni tar-Renju Unit  
  • Servizz tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Nominet UK
  • Kummissjoni tal-Appelli Speċjali dwar l-Immigrazzjonijiet
  • It-Tribunal tal-Appelli tar-Renju Unit dwar l-Impjiegi
  • Deċiżjonijiet tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar Servizzi Finanzjarji u tas-Swieq
  • It-Tribunal tar-Renju Unit dwar l-Ażil u l-Immigrazzjoni
  • It-Tribunal tar-Renju Unit dwar Informazzjoni inkluż il-Bord tal-Appelli dwar is-Sigurtà Nazzjonali
  • Id-Deċiżonijiet tal-Kummissarji Speċjali tar-Renju Unit dwar it-Taxxa fuq Dħul
  • Id-Deċiżjonijiet  tal-Kummissjarji tar-Renju Unit dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Appoġġ għat-tfal
  • Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju
    1. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Dwana)
    2. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Sisa)
    3. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Taxxa fuq il-Primja tal-Assikurazzjoni)
    4. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Taxxa fuq il-Landfills))

Links relatati

Bailii, House of Lords, Sit Elettroniku tal-Bailii, House of Lords, Servizz tal-Qrati Skoċċiżi, Court of Session u l-High Court of Justiciary, Qrati tax-Sheriff

L-aħħar aġġornament: 06/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.