Politika ta’ privatezza

1. Stqarrija ta' privatezza

PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek

Operazzjoni ta’ pproċessar: Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja

Il-Kontrollur tad-Data: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi (DĠ JUST), Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju

Referenzi tar-rekord: DPR-EC-01506, DPR-EC-01507, DPR-EC-01508, DPR-EC-01509, DPR-EC-01510, DPR- EC-03328, DPR-EC-08846

1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tiżgura l-privatezza tiegħek tiġi rispettata. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif dik l-informazzjoni tintuża u liema drittijiet għandek fir-rigward tad-data personali tiegħek. Hija tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek miegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Din l-informazzjoni t’hawnhekk tappartjeni lill-operazzzjonijiet tal-ipproċessar tad-data li ġejjin:

Il-portal Ewropew tal-e-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem “il-Portal tal-e-Ġustizzja”) ġie stabbilit bil-għan li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali b’aċċess għal informazzjoni, bażijiet tad-data nazzjonali interkonnessi, servizzi interattivi li jippermettu lill-utenti jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet xierqa fi Stat Membru ieħor, u li jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali kompetenti ta’ kuntatt. Għalhekk, il-Portal tal-e-Ġustizzja jiġbor data għall-iskop speċifiku ħafna ta’ kombinazzjoni u allinjament ta’ data minn bażijiet tad-data nazzjonali differenti. Il-portal jipproċessa wkoll id-data personali fil-kuntest tal-komunikazzjoni bl-email bejn il-Kummissjoni, iċ-ċittadini, l-amministraturi tal-kontenut responsabbli u l-punti ta’ kuntatt (Rekord tad-data: DPR-EC-01506).

Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data speċifiċi jseħħu fil-kuntest ta’ wħud mis-servizzi pprovduti mill-Portal tal-e-Ġustizzja, eż. fil-kuntest tal-għodod “Sib Avukat”, “Sib Nutar” u “Sib kumpanija”, l-Magna tat-Tiftix tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika, l-għodda ta’ komunikazzjoni e-CODEX, il-Bażi tad-Data tal-Qorti Kompetenti (CDB), l-Għodda Interattiva għad-Drittijiet Fundamentali (FRIT) u s-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Artijiet (LRI).

Jekk jogħġbok innota li huwa f’idejn l-Istati Membri u korpi oħra bħal assoċjazzjonijiet professjonali u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw il-bażijiet tad-data pubbliċi li jipprovdu servizzi permezz tal-Portal. Id-data tinġabar minn tali entitajiet għall-fini ta’ konformità mal-liġi nazzjonali u biex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa fil-livell nazzjonali. Dawn il-bażijiet tad-data huma interkonnessi permezz tal-Portal b’tali mod li l-informazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali tkun tista’ tiġi aċċessata permezz tal-Portal. Huwa f’idejn l-Istati Membri u korpi oħra bħall-assoċjazzjonijiet professjonali u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali fil-bażijiet tad-data tagħhom.

Il-Kummissjoni tipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interkonnessjoni mal-entitajiet imsemmija hawn fuq. Il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet imsemmija hawn fuq u l-Kummissjoni hija żgurata fuq bażi volontarja (bl-eċċezzjoni tal-BRIS u l-IRI 2.0 li huma interkonnessjonijiet obbligatorji skont il-liġi applikabbli[1]). Għalhekk, tali kooperazzjoni mhijiex regolata minn xi arranġament formali, bħal kuntratt. Il-Kummissjoni tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali strettament fl-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħha bħala kontrollur tad-data fil-Portal tal-e-Ġustizzja.

Dawn l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data jitwettqu DGDĠ JUST, Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju kif elaborat aktar hawn taħt.

2. Għalfejn u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar

Id-DĠ JUST, Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju jipproċessa data personali għall-iskop ewlieni li jipprovdi “punt uniku ta’ servizz (elettroniku)” għal informazzjoni dwar il-ġustizzja u aċċess għal proċeduri ġudizzjarji Ewropej pjattaforma ewlenija tal-Portal tal-e-Ġustizzja - DPR-EC-01506).

Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta’ pproċessar separati jseħħu fil-kuntest tad-diversi funzjonalitajiet addizzjonali offruti mill-Portal tal-e-Ġustizzja:

Sib avukat – Sib nutar

“Sib Avukat” u “Sib Nutar” huma żewġ servizzi pprovduti lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni f’kollaborazzjoni mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali rilevanti tal-professjonisti legali (Rekord tal-protezzjoni tad-data: DPR-EC-01507). Dawn l-assoċjazzjonijiet huma responsabbli għall-ġbir inizjali tad-dettalji ta’ kuntatt skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)). Il-Kummissjoni tipprovdi għodda ta’ tiftix li tippermetti tiftix transfruntier għal data maħżuna skont l-assoċjazzjonijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni la taħżen dawn id-dettalji ta’ kuntatt u lanqas ir-riżultati tat-tiftix.

Il-magna tat-tiftix ECLI

Il-Magna tat-Tiftix tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) (Rekord tal-protezzjoni tad-data DPR-EC-01508) hija servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ġurisprudenza parteċipanti, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-każistika Ewropea u nazzjonali (Rekord tal-protezzjoni tad-data: DPR-EC-01508). L-Istati Membri u l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom huma responsabbli għall-pubblikazzjoni tal-każistika nazzjonali. Il-Kummissjoni tipprovdi għodda ta’ tiftix li tippermetti tiftix transfruntier għal tali każistika, li jista’ jkun fiha ċerta data personali. Il-Kummissjoni la taħżen il-każistika u lanqas ir-riżultati tat-tiftix.

e-CODEX

Il-portal tal-e-Ġustizzja jipprovdi wkoll servizz li jippermetti skambju elettroniku ta’ formoli uffiċjali skont ċerti strumenti legali transfruntieri Ewropej. Dan jinkiseb fil-qafas ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni sigura sottostanti magħrufa bħala e-CODEX (Rekord tal-protezzjoni tad-data: DPR-EC-01509). E-CODEX huwa sett ta’ prodotti ta’ software li jippermetti skambju dirett sigur ta’ messaġġi elettroniċi transfruntieri fil-qasam ġudizzjarju. Huwa bbażat fuq arkitettura deċentralizzata, imfassal biex tgħaqqad is-sistemi eżistenti tal-IT fil-livell nazzjonali.

e-CODEX jiffaċilita l-iskambju ta’ formoli skont strumenti legali Ewropej speċifiċi. Minbarra d-data personali meħtieġa għall-iskambju ta’ formoli validi, l-ipproċessar tad-data personali qed isir ukoll fil-kuntest tal-firma elettronika. Tali pproċessar isir ukoll fil-kuntest tal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti f’dawk il-każijiet meta tali funzjonijiet jitwettqu minn individwi. Barra minn hekk, il-metadata, li jista’ jkun fiha data personali, hija lloggjata għal skopijiet ta’ individwazzjoni ta’ problemi (Rekord tal-protezzjoni tad-data DPR-EC-01509).

Bażi tad-Data tal-Qorti – Għodda Interattiva dwar id-Drittijiet Fundamentali

Il-bażi tad-Data tal-Qorti Kompetenti (CDB) u l-Għodda Interattiva għad-Drittijiet Fundamentali (FRIT) huma żewġ servizzi pprovduti lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jippermettu lill-utenti jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti għal ċerti strumenti legali transfruntieri Ewropej u l-infurzar tad-drittijiet fundamentali tagħhom (Rekord tal-protezzjoni tad-data DPR-EC-01510). L-Istati Membri jipprovdu d-dettalji rilevanti ta’ kuntatt rilevanti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija responsabbli biss għall-pubblikazzjoni ta’ tali data.

Dawn l-għodod qed jipproċessaw id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti (inkluż għall-infurzar tad-drittijiet fundamentali); F’ċerti każijiet id-dettalji ta’ kuntatt jistgħu jirreferu għal persuna individwali.

Sib kumpanija – Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali

Is-servizz Sib kumpanija/Interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali jippermettilek tfittex u tikseb informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati f’reġistri kummerċjali fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja. Huwa parti mis-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri tan-Negozju (BRIS), imwaqqfa b'konformità mad-dritt tal-UE. Is-sistema tgħaqqad ir-reġistri kummerċjali nazzjonali li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni tal-kumpanija (Rekord tal-protezzjoni tad-data DPR- EC-03328). Filwaqt li l-biċċa l-kbira tad-data dwar il-kumpaniji fir-reġistri kummerċjali mhijiex personali, xi wħud mid-dokumenti miksuba eż. l-ismijiet tad-diretturi, ir-rappreżentanti legali, l-azzjonisti, eċċ.

Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Artijiet

Id-DĠ JUST A1 jiġbor u juża l-informazzjoni personali tiegħek biex jiffaċilita l-funzjonament tas-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Artijiet (LRI).

Is-servizzi ewlenin tal-LRI pprovduti mir-reġistri kollha huma li jirreġistraw, jeżaminaw u jaħżnu informazzjoni dwar l-art u l-proprjetà, bħall-post u s-sjieda, u li jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u għall-klijenti professjonali.

Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali huma responsabbli għall-ġbir inizjali tal-informazzjoni rilevanti f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)). L-għanijiet tal-ipproċessar tad-data personali huma definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali rispettivi. Il-Kummissjoni mhix responsabbli għad-definizzjoni ta’ għanijiet għal dan l-ipproċessar fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni la taħżen dettalji ta’ kuntatt ipprovduti u lanqas ir-riżultati tat-tfittxija miksuba.

Ipproċessar ieħor ta’ data fil-Portal tal-e-Ġustizzja

Il-portal tal-e-Ġustizzja jipproċessa d-data personali tal-utenti għall-finijiet ta’ notifika bl-email, kif ukoll data personali tal-amministraturi responsabbli għall-ġestjoni tal-funzjonalitajiet speċifiċi tal-Portal u tas-sistemi tiegħu.

Il-portal tal-e-Ġustizzja jawtentika l-utenti rreġistrati tiegħu permezz tas-servizz tal-EU Login tal-Kummissjoni. Stqarrija ta' privatezza separata tispjega n-natura tal-ipproċessar tad-data personali mill-EU Login.

L-ebda waħda mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali ma tintuża għat-teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil ta’ profili (l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1725).

3. Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, għax l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni (l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament). Xi forom tal-ipproċessar tad-data huma wkoll ibbażati fuq il-kunsens (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament). Il-portal tal-e-Ġustizzja, u d-diversi karatteristiċi u servizzi tiegħu, huwa pprovdut skont l-Artikolu 81u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tas-servizz Sib kumpanija/Interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali jitwettaq ukoll abbażi tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament. Dan l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex jiġu pprovduti dokumenti tal-kumpanija (li jista’ jkun fihom data personali) lill-utenti tal-paġna “Sib kumpanija” tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja, kif meħtieġ mid-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi tal-kumpaniji.

L-ipproċessar tad-data personali huwa rregolat ukoll mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-protezzjoni tad-data personali fil-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja” tal-5 ta’ Ġunju 2014.

4. X’data personali niġbru u nipproċessaw ulterjorment?

Il-pjattaforma ewlenija tal-Portal tal-e-Ġustizzja

Fil-kuntest tal-funzjonament ġenerali tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja, id-DĠ JUST, l-Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju jipproċessaw il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

  • Data personali tal-amministraturi tal-kontenut tal-Portal tal-e-Ġustizzja, data personali pprovduta mill-utenti meta jużaw il-Portal tal-e-Ġustizzja, inkluż fil-kuntest ta’ kuntatti mal-mailbox ta’ appoġġ (pjattaforma ewlenija tal-Portal tal-e-Ġustizzja - DPR-EC-01506).

Barra minn hekk, sabiex jitwettqu dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, id-DĠ JUST, Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju jiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

  • Data personali miġbura fil-kuntest tal-EU login (isem u indirizz tal-email). Aħna niksbu din id-data personali mis-servizz tal-EU login.
  • Data personali tal-amministraturi (isem u email). Ksibna data personali bħal din mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

L-għoti ta’ tali data personali mhux obbligatorju.

Data personali pproċessata fil-kuntest tas-servizzi tal-Portal

  • Ismijiet u dettalji ta’ kuntatt (bħal, pereżempju, indirizz tal-email, numru tat-telefown) ta’ avukati u nutara (Sib avukat / Sib nutar - DPR-EC-01507).
  • Data personali inkluża fil-każistika Ewropea u nazzjonali, magħmula disponibbli skont il-leġiżlazzjoni Ewropea jew nazzjonali applikabbli (Magna tat-tiftix tal-ECLI - DPR-EC-01508).
  • Data personali meħtieġa għall-iskambju elettroniku ta’ formoli skont l-istrumenti legali Ewropej appoġġjati; Data personali fil-kuntest tal-użu ta’ firem elettroniċi, data personali miżmuma bħala metadata meħtieġa għal finijiet ta’ individwazzjoni ta’ problemi (e-CODEX - DPR-EC-01509).
  • Ismijiet u dettalji ta’ kuntatt (bħal, pereżempju, indirizz tal-email, numru tat-telefown) ta’ individwi li jistgħu jkunu kompetenti fil-kuntest ta’ proċeduri tal-liġi ċivili u/jew għall-infurzar tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini (Bażi tad-Data tal-Qorti – Għodda Interattiva tad-Drittijiet Fundamentali - DPR-EC-015010).
  • Id-dokumenti pubbliċi disponibbli permezz tal-paġna “Sib kumpanija” tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja (eż. strument ta’ kostituzzjoni, statuti, dokumenti tal-kontabbiltà eċċ.) jista’ jkun fihom data personali relatata ma’ kumpanija (eż. diretturi, rappreżentanti legali, azzjonisti eċċ.). Il-kategoriji jistgħu jvarjaw skont ir-reġistru nazzjonali tan-negozju tal-provenjenza, u jistgħu jinkludu informazzjoni bħal: sess (Sur/Sinjura), isem, kunjom(ijiet), ismijiet tal-ġenituri, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità/passaport, data tal-ħruġ u data ta’ skadenza, numru tat-taxxa jew numri ta’ identifikazzjoni nazzjonali oħra, indirizz u firma (DPR-EC-03328)
  • L-ismijiet tas-sidien tal-art, l-indirizz tagħhom, id-data tat-twelid, l-istat ċivili, il-firem, l-ismijiet tas-suċċessuri eċċ. u kwalunkwe kategorija oħra ta’ data personali ddeterminata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru rispettiv għall-fini tal-funzjonament tas-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistru tal-Artijiet (DPR-EC-08846)

Fil-kuntest ta’ servizzi li jiddependu fuq data pprovduta minn partijiet terzi, il-Portal tal-e-Ġustizzja jxerred id-data personali msemmija hawn fuq f’każ li diġà tkun qed tiġi żvelata minn kontrolluri oħra tad-data. Il-ġbir inizjali ta’ tali data jista’ jkun obbligatorju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

5. Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?

Id-DĠ JUST, Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju jżommu biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri għal:

  • Data tal-amministraturi tal-kontenut u tal-persuni ta’ kuntatt tinħażen sakemm il-persuna timla l-funzjonijiet tagħha; il-validità tad-data tiġi vverifikata fil-kuntest ta’ aġġornament annwali tal-kontenut tal-Portal tal-e-Ġustizzja; Ir-rettifiki jitwettqu wkoll fuq talba (DPR-EC-01506, DPR-EC-01507, DPR-EC-01508, DPR-EC-01509 u DPR-EC-01510).
  • Id-data personali tinkiseb mill-bażijiet tad-data tal-assoċjazzjonijiet tal-avukatura u tas-soċjetajiet tal-liġi parteċipanti. Dawn ma jinħażnux mill-Portal tal-e-Ġustizzja, u jintwerew biss għat-tul tal-viżwalizzazzjoni tar-riżultati tat-tiftix (Sib avukat / Sib nutar - DPR-EC-01507).
  • Id-data personali tista’ tiġi inkluża fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji pprovduti mis-sħab Ewropej u nazzjonali li jippubblikaw il-każistika (“fornituri tal-ECLI”). Il-portal tal-e-Ġustizzja jaħżen din id-data bħala parti mill-metadata u l-indiċi tat-tiftix ta’ kull deċiżjoni, sakemm l-entità provditur ma taġġornax jew tneħħi d-deċiżjoni ġudizzjarja rispettiva (Magna tat-tiftix tal-ECLI - DPR-EC-01508).
  • Fir-rigward tal-Portal tal-e-Ġustizzja, id-data personali qed tinħażen biss matul it-tħejjija tal-formola rilevanti mill-applikant. Madankollu, id-data personali tinħażen fil-“kaxxi postali” tal-utenti fuq il-komponent eTrustEx tal-e-CODEX. Il-perjodu massimu ta’ żamma huwa ta’ 10 snin. Il-perjodu massimu ta’ żamma għal data relatata ma’ skopijiet ta’ individwazzjoni ta’ problemi huwa ta’ 5 snin (e-CODEX - DPR-EC-01509).
  • Id-data personali miksuba permezz tal-funzjonalità Sib kumpanija tinħażen fuq il-pjattaforma għal 6 ijiem mill-mument li l-fajl ikun disponibbli għad-downloading (DPR-EC-03328)
  • Id-data personali miġbura għas-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Artijiet tiġi pproċessata għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri kif definit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru rispettiv. Id-data personali tinħażen sakemm ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfatti l-obbligi legali u fiskali kollha (DPR-EC-08846).

6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet applowdjati ta’ data, eċċ.) jinħażnu fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta’ data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

Fir-rigward tad-data disponibbli fuq il-komponent li jħares lejn il-pubbliku tal-Portal tal-e-Ġustizzja, l-aċċess għad-data personali huwa pprovdut lill-pubbliku ġenerali. Id-data personali pproċessata għad-determinazzjoni tal-punti ta’ kuntatt tekniċi responsabbli u pproċessata għal skopijiet ta’ appoġġ u ta’ individwazzjoni ta’ problemi (inkluża data personali miksuba mis-sistema tal-EU Login) hija aċċessibbli biss mill-istaff awtorizzat tal-Kummissjoni skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali staff jimxi skont ftehimiet statutorji, u fejn ikun meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Jekk tikkuntattjana billi tuża l-għodda “Il-Feedback tiegħek” tal-Portal tal-e-Ġustizzja, l-istaff awtorizzat se jipproċessa d-data personali tiegħek. Soġġett għall-kunsens tiegħek, nistgħu wkoll nibgħatu l-messaġġ tiegħek (inkluża d-data personali li tinsab fih) lil istituzzjonijiet Ewropej jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra.

Data personali tiġi pproċessata fil-kuntest tal-ġbir tal-istatistika tat-traffiku tal-web. Dan isir mis-sistema Europa Analytics tal-Kummissjoni. Tista’ ssir taf aktar dwar xiex u kif id-data personali tiġi pproċessata minn Europa Analytics hawnhekk.

8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Għandek drittijiet speċifiċi bħala suġġett tad-data skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa d-data personali tiegħek u li tirranġaha f’każ li d-data personali tiegħek ma tkunx eżatta jew ma tkunx kompluta. Fejn ikun applikabbli, għandek id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek, li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li toġġezzjona għall-ipproċessar u d-dritt għall-portabbiltà tad-data.

F’każijiet fejn il-Portal tal-e-Ġustizzja jagħmel disponibbli data personali inizjalment miġbura minn partijiet terzi (eż. reġistri u bażijiet tad-data tal-Istati Membri, aħna se nittrasferixxu talbiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data lill-kontrolluri tad-data xierqa.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a), għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek.

Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt, lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab fl-Intestatura 9 hawn taħt.

Meta tkun tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat hawn) fit-talba tiegħek.

9. Informazzjoni ta’ kuntatt:

Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data responsabbli: DĠ JUST Unità A1 Tranżizzjoni diġitali u taħriġ ġudizzjarju (JUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu)

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri, tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data personali kollha mill-Kummissjoni, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz ta’ dan il-link: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Dawn l-attivitajiet ta’ pproċessar speċifiċi ġew inklużi fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-referenzi li ġejjin: DPR-EC-01506, DPR-EC-01507, DPR-EC-01508, DPR-EC-01509 u DPR-EC-01510.



[1] BRIS - Jekk jogħġbok ara l-Artiklu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji. IRI.2.0 - Jekk jogħġbok ara l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.

2. Regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il-"protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità" hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018.

Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, bid-dominju .eu.

Għalkemm tista' tibbrawżja f’ħafna minn dawn is-Siti Web mingħajr ma tagħti l-ebda informazzjoni dwarek innifsek, f’xi każijiet, tkun meħtieġ tagħti informazzjoni personali biex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li tkun qed titlob.

Is-Siti Web li jirrikjedu informazzjoni ta' dan it-tip jittrattawha skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-dejta tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika tal-privatezza.

F'dan ir-rigward:

  • Għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali u jiżgura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika tal-privatezza;
  • F'kull istituzzjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom (ara l-Art. 43-45 tar-Regolament);
  • Għall-istituzzjonijiet kollha, l-Uffiċjal Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jaġixxi bħala awtorità superviżorja indipendenti (ara l-Art. 52 sa 60 tar-Regolament).
  • Il-familja ta' Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, bid-dominju .eu, jipprovdu ħoloq għal siti terzi. Peress li ma nikkontrollawhomx, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.

X’inhu servizz elettroniku?

Servizz elettroniku fuq EUROPA huwa servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-internet biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn naħa u l-Istituzzjonijiet Ewropej min-naħa l-oħra.

Tliet tipi ta’ servizzi elettroniċi huma jew se jkunu offruti mill-EUROPA:

  1. Is-servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, il-midja, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet b’aċċess ħafif u effettiv għall-informazzjoni, b’tali mod li jiżdiedu t-trasparenza u l-ftehim tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;
  2. Is-servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-atturi pubbliċi b'tali mod li jiffaċilitaw konsultazzjonijiet politiċi, u mekkaniżmi ta’ rispons, sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politiki, l-attivitajiet u s-servizzi tal-UE;
  3. Is-servizzi ta' tranżazzjonijiet li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta' tranżazzjonijiet mal-UE, eż. akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni għal avveniment, akkwist jew xiri ta’ dokumenti, eċċ.

Informazzjoni fi stqarrija speċifika ta’ privatezza.

Stqarrija speċifika tal-politika ta’ privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-dejta tiegħek:

  • X'informazzjoni tinġabar, għal-liema skop u b’liema mezzi tekniċi l-UE tiġbor informazzjoni personali esklużivament sa fejn ikun hemm bżonn biex jintlaħaq skop speċifiku. L-informazzjoni ma tintużax għal skop inkompatibbli;
  • Lil min tiġi żvelata l-informazzjoni tiegħek. L-UE tiżvela biss l-informazzjoni lil terzi persuni jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq/jintlaħqu l-iskop(ijiet) identifikat(i) hawn fuq u lir-riċevituri (jew kategoriji ta’ riċevituri) imsemmija. L-UE ma tiżvelax id-dejta personali tiegħek għal skopijiet ta' kummerċ dirett;
  • Kif tista' taċċedi l-informazzjoni tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tikkoreġiha. Bħala suġġett ta’ dejta int għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi konvinċenti barra meta jiġi miġbur biex jitwettaq obbligu legali, jew ikun hemm bżonnha għat-twettiq ta' kuntratt li inti parti fih, jew tkun se tintuża għal għan li inti tajt il-kunsens anambigwu tiegħek għalih;
  • Kemm iddum tinżamm id-dejta tiegħek. L-UE żżomm biss dejta għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew tkomplija tal-ipproċessar;
  • X’inhuma l-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex it-tagħrif tiegħek jiġi ssalvagwardjat mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;
  • Lil min għandek tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti.

Europa Analytics

Europa Analytics huwa s-servizz korporattiv li jkejjel l-effikaċja u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq EUROPA.

B'mod awtomatiku, il-viżitaturi tas-sit ikunu rintraċċati bl-użu ta' cookies persistenti tal-ewwel parti minn Europa. Tista' tagħżel li ma tiġix rintraċċat minn Piwik (esklużjoni fakultattiva). Jekk tibdel fehmtek, tista' terġa' tagħżel li tkun rintraċċat minn Piwik (inklużjoni fakultattiva).

Biex tara l-istatus attwali tiegħu u tagħmel l-għażla tiegħek, immarka l-kaxxa korrispondenti fit-test li jidher taħt.

L-għażla li ma tkunx rintraċċat minn Piwik ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fis-siti Europa.

Iktar informazzjoni dwar Europa Analytics

X'nagħmlu bl-ittra elettronika li tibagħtulna?

Il-paġni web għandhom ħolqa għar-"Rispons tiegħek", li tippermettilek tibgħat il-kummenti tiegħek f'kaxxa elettronika funzjonali speċifika. Meta tibgħat messaġġ ta' dan it-tip, id-dejta personali tinġabar mingħand id-destinatarju biss sal-punt li jkollu bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa elettronika ma jkunx jista' jwieġbek, jgħaddi l-ittra elettronika tiegħek lil xi servizz ieħor. Tiġi infurmat, permezz ta' ittra elettronika, dwar liem servizz ikun ingħaddietlu d-domanda tiegħek. Is-sit web ma jżommx rekord tal-iskambji bil-posta elettronika li jkunu seħħew permezz ta’ din il-funzjonalità.

Jekk ikollok xi domandi dwar l-ipproċessar tal-ittra elettronika tiegħek u d-dejta personali relatata magħha, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 23/03/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.