Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Malta

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri


*input mandatarju

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skond l-Artikolu 53:

The Chief Executive Officer, Social Care Standards Authority

Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity

Social Care Standards Authority

469 Bugeja Institute

St Joseph High Road

Sta Venera SVR 1012

MALTA

Telefon: +356 25494000

Fax: +356 25494355

Email: feedback-scsa@gov.mt

Website: https://scsa.gov.mt/

L-Artikolu 67 (b)

L-ilsna aċċettati għall-komunikazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 57(2): Malti, Ingliż.

L-Artikolu 67 (c)

Għal Ċertifikat dwar drittijiet ta’ l-aċċess u r-ritorn ta’ wild – artikolu 45 (2): Malti, Ingliż.

L-Artikoli 21 u 29

L-applikazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 21 u 29 għandhom jitressqu quddiem il-qrati li ġejjin:

F’Malta, Fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) u f'Għawdex fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni Familja) (Ġurisdizzjoni Superjuri)

 

L-Artikolu 33

L-appelli mniżżla fl-Artikolu 33 għandhom jiddaħħlu fil-qrati mniżżla hawn taħt:

- f’Malta u Għawdex, fil-Qorti tal-Appell [Qorti tal-Appell], skond il-proċedura stabbilita għall-appelli fil-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap 12.

L-Artikolu 34

L-appelli mniżżla fl-Artikolu 34 jistgħu jinġiebu biss: ma jeżistix fil-liġi nazzjonali.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 25/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.