Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Titolu eżekuttiv ewropew

L-Ingilterra u Wales

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

L-Ingilterra u Wales

Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ordni ta' Infurzar Ewropew


*input mandatarju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Ir-Regoli tal-Qorti għall-Ingilterra u Wales (Rules of Court for England and Wales) magħmula taħt l-Att tal-1997 dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Act 1997) ser jintużaw biex jagħtu effett lil dan ir-Regolament. Dawn ir-Regoli tal-Qorti huma magħrufa bħala r-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules- CPR) u huma magħmula permezz ta’ strument statutorju.

Il-Parti 74.27 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) u l-Gwida għall-Prattika li takkumpanjaha, Practice Direction 74B fihom dispożizzjonijiet għall-Ordni Ewropew ta’ Infurzar fl-Ingilterra u Wales inklużi proċeduri għar-rettifika u għall-irtirar.

L-Artikolu 10 jirreferi għad-dritt li wieħed jippreżenta rikors quddiem il-qorti biex din tirrettifika ċertifikat (jekk ikun ivarja mis-sentenza) jew tirtirah (jekk ikun ivarja mir-Regolament). Il-proċedura li hemm fis-seħħ biex tittratta dawn is-sitwazzjonijiet hija s-CPR Parti 23 li fiha r-regoli biex isiru rikorsi quddiem il-qorti. Rikors taħt l-Artikolu 10 għandu jsir quddiem il-qorti li ħarġet l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar permezz tal-proċedura fil-Parti 23.

Ir-rikors isir fuq avviż ta’ rikors magħruf bħala l-Formola(*) N244. L-avviż ta’ rikors irid jiddikjara liema ordni qed jitlob ir-rikorrent (jiġifieri ordni għar-rettifika jew għall-irtirar) u għaliex ir-rikorrent qed jitlob l-ordni (pereżempju, minħabba li hemm diskrepanza fiċ-ċertifikat).

(*) Ir-Renju Unit jikkonferma li se jintużaw il-formoli standard fir-Regolament. L-Annessi I-V tar-Regolament huma l-formoli li permezz tagħhom il-qorti toħroġ iċ-ċertifikati. Il-kredituri jużaw il-formoli rilevanti tal-qrati tar-Renju Unit biex jippreżentaw ir-rikorsi meħtieġa u ċ-ċertifikat jinħareġ fil-forma prevista mir-Regolament. Huwa previst li rikors taħt l-Artikolu 10(3) jista’ jsir permezz tal-formola standard tar-rikors tar-Renju Unit jew il-formola fl-Anness VI għar-Regolament.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Ir-Regoli tal-Qorti għall-Ingilterra u Wales magħmula taħt l-Att dwar il-Proċedura Ċivili tal-1997 għandhom jintużaw biex jagħtu effett lil dan ir-Regolament. Dawn ir-Regoli tal-Qorti huma magħrufa bħala r-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules- CPR) u huma magħmula permezz ta’ strument statutorju.

L-Artikolu 19(1) jeħtieġ li d-debitur irid jkollu d-dritt li jressaq rikors għal stħarriġ tas-sentenza f’ċirkostanzi fejn id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti ma jkunx wasallu jew ġie prekluż milli joġġezzjona għat-talba mingħajr ma kellu tort.

Il-Parti 13 tas-CPR tippermetti lid-debitur kanonizzat jagħmel rikors għal stħarriġ tas-sentenza fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 19. Dan jistabbilixxi l-proċedura biex jitressaq rikors biex tiġi annullata jew varjata sentenza fil-kontumaċja. Sentenza fil-kontumaċja tista’ tinkiseb meta d-debitur kanonizzat ikun naqas milli jippreżenta rikonoxximent ta’ notifika u/jew difiża. Il-Parti 13 tas-CPR tippermetti lid-debitur kanonizzat jagħmel rikors għal stħarriġ tas-sentenza fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 19. Dan jistabbilixxi l-proċedura biex jitressaq rikors biex tiġi annullata jew varjata sentenza fil-kontumaċja.

Ma hemm l-ebda formola preskritta biex jitressaq rikors għall-annullament jew għall-varjazzjoni ta’ sentenza fil-kontumaċja. Ġeneralment ir-rikorrent iressaq ir-rikors permezz tal-avviż ta’ rikors fil-Formola N244 (http://www.hmcourts-service.gov.uk/courtfinder/forms/n244_eng.pdf). Ir-rikorrent għandu jiddikjara l-ordni li jrid u għaliex is-sentenza għandha tiġi annullata jew varjata, pereżempju minħabba li ma kienx ġie nnotifikat bil-proċedimenti fi żmien suffiċjenti biex iħejji d-difiża tiegħu. Is-smigħ ta’ dak ir-rikors ikun jinvolvi stħarriġ tas-sentenza.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Ċertifikati mibgħuta l-Ingilterra u Wales jiġu aċċettati bl-Ingliż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Filwaqt li l-Istrumenti Awtentiċi minn Stati Membri oħra jiġu eżegwiti fl-Ingilterra u f’Wales, dawn ma jiġux prodotti fl-Ingilterra u f’Wales. Għalhekk m’hemmx bżonn li tinħatar awtorità biex tiċċertifikahom.

L-aħħar aġġornament: 22/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.