Dwar in-Netwerks

Informazzjoni nazzjonali dwar il-punti ta’ kuntatt u t-tħaddim tan-NĠE-ċivili

X'inhu n-NĠE-ċivili?

L-Unjoni Ewropea għandha varjetà wiesgħa ta' sistemi legali nazzjonali, u din id-diversità, flimkien ma' leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni, wasslet għall-bżonn li tingħata għajnuna u informazzjoni permezz ta' netwerk speċifiku lill-awtoritajiet li jkunu qed jittrattaw każijiet transfruntieri. Dawn il-każijiet jistgħu jkopru tilwim ta' negozju, tal-konsumaturi jew tal-impjiegi, jew kwistjonijiet ta' divorzju, kustodja tal-minuri jew tas-suċċessjoni. In-Netwerk jiġbor fi ħdanu l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-assistenza għall-qrati lokali, u twaqqaf biex jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja u legali bejn l-Istati Membri. In-NĠE-ċivili twaqqaf permezz tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 u beda jopera fl-1 ta' Diċembru 2002. Il-bażi ġuridika ġiet immodifikata darba, fl-2009 (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-verżjoni konsolidata tinsab hawn). Fin-NĠE-ċivili jipparteċipaw l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAgħti daqqa t'għajn lejn l-infografika tan-NĠE!

L-għanijiet tan-NĠE-ċivili

Sa mill-bidu tiegħu, in-NĠE-ċivili kien strument importanti biex jipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni ta’ strumenti tal-ġustizzja ċivili tal-UE fil-prattika ġuridika ta' kuljum. In-NĠE-ċivili jiffaċilita u joffri sostenn lir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali permezz ta' punti ta' kuntatt f'kull Stat Membru, u b'hekk jgħin biex il-każijiet transfruntieri jiġu ffaċilitati. Din il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet għandha l-għan li tagħti għajnuna lil nies involuti f'kawżi ġudizzjarji ċivili u kummerċjali transfruntieri.

Min huma l-membri tan-NĠE-ċivili?

Hemm iktar minn 500 membru tan-Netwerk, li jaqgħu taħt il-ħames kategoriji msemmija taħt. Kull Stat Membru għandu minn tal-anqas punt ta' kuntatt wieħed.

In-Netwerk hu magħmul minn:

  • punti ta’ kuntatt innominati mill-Istati Membri;
  • korpi u awtoritajiet ċentrali speċifikati fil-liġi tal-Unjoni, fi strumenti internazzjonali li l-Istati Membri huma partijiet fihom, jew fil-liġi domestika li għandha x'taqsam mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali;
  • maġistrati ta' kollegament b’responsabbiltajiet għal kooperazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali;
  • awtoritajiet oħra ġudizzjarji jew amministrattivi responsabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali li l-Istat Membru jkun iqis li s-sħubija tagħhom tkun utli;
  • assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw il-professjonisti legali li huma direttament involuti fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-istrumenti internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 15/11/2017

Dwar in-Netwerks - Belġju

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Punti ta’ kuntatt u membri Belġjani tan-netwerk

Il-Belġju nnomina tliet punti ta’ kuntatt. Wieħed minn dawn huwa maġistrat tal-Qorti tal-Kassazzjoni li jikkoordina r-relazzjonijiet tan-netwerk mal-membri maġistrati; It-tnejn l-oħra huma uffiċjali fis-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja u jaħdmu speċifikament fis-servizz għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili.

Barra minn hekk, in-netwerk Belġjan bħalissa huwa ffurmat minn 17-il maġistrat, li huma membri skont l-Artikolu 2.1(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE. Għal kull sentenza mill-qorti tal-appell jinħatru tlieta jew erba’ maġistrati; kull wieħed minnhom huwa speċjalizzat fil-liġi tal-familja, fil-liġi kummerċjali u fil-liġi tal-proċedura. Dawn il-maġistrati ġejjin minn qrati ta’ diversi livelli (Qorti tal-Appell, Tribunali tal-Prim’Istanza, Tribunali tal-Kummerċ u Kummissarji tal-Ġustizzja).

Erba’ rappreżentanti ta’ professjonijiet legali ġew innominati wkoll mill-Belġju bħala membri tan-Netwerk skont l-Artikolu 2.1(e): rappreżentant għan-nutara, rappreżentant għall-marixxalli tal-qorti u żewġ rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati (rappreżentant tal-assoċjazzjonijiet li jitkellmu bil-Franċiż u l-Ġermaniż u rappreżentant tal-assoċjazzjonijiet li jitkellmu bil-Fjamming).

Il-koordinazzjoni hija assigurata wkoll flimkien mad-diversi awtoritajiet ċentrali deżinjati fil-kuntest ta’ diversi regolamenti (ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2001,...).

Ġew stabbiliti wkoll kuntatti mat-taqsima Belġjana taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur.

Il-mod tal-operat tan-netwerk

Il-biċċa l-kbira tal-komunikazzjonijiet issir bil-posta elettronika. L-informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u b’mod partikolari mis-Segretarjat tintbagħat prinċipalment minn wieħed mill-punti ta’ kuntatt mill-membri. Il-membri jieħdu sehem fil-laqgħat tan-Netwerk skont it-temi tagħha. Barra minn hekk, issir laqgħa darba fis-sena tal-membri Belġjani maġistrati.

Il-membri huma regolarment mistiedna jagħtu bl-aktar mod wiesgħa possibbli informazzjoni dwar il-liġijiet ġodda jew iqassmu kwestjonarji mal-kollegi tagħhom. B’mod iktar ġenerali, id-dokumentazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-ħoloq utli tal-internet huma disponibbli fil-qrati. Ċerti membri tan-netwerk huma wkoll involuti fil-pubblikazzjoni ta’ bulettin iddedikat lil-leġiżlazzjoni Ewropea (Eur-alert!).

Ġiet stabbilita wkoll kollaborazzjoni mal-Istitut tat-Taħriġ Ġudizzjarju li tippermeti li l-punti ta’ kuntatt u l-membri jkunu involuti, bħala kelliema waqt it-taħriġ li jorganizzaw dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea reċenti u b’mod partikolari fuq il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Fil-kuntest tat-trattament ta’ kwistjonijiet partikolari rigward pereżempju l-kontenut ta’ liġi barranija jew dwar il-proċess ta’ proċedura li jkollha inċidenza transfruntiera, il-kuntatti jsiru permezz tal-posta elettronika minn naħa bejn il-punt ta’ kuntatt tal-Belġju u l-maġistrat Belġjan li jkun għamillu d-domandi fil-kuntest ta’ proċedura pendenti u min-naħa l-oħra bejn il-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri kkonċernati.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/02/2017

Dwar in-Netwerks - Repubblika Ċeka

Attwalment ir-Repubblika Ċeka għandha sitt punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew: ħamsa fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja fir-Repubblika Ċeka u wieħed fi Brussell (ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika Ċeka fl-UE).

Il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fir-Repubblika Ċeka jikkomunikaw mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħra, jittrattaw mistoqsijiet mill-qrati u nutara li jridu informazzoni dwar il-liġijiet tal-pajjiżi l-oħra u tfakkiriet dwar l-ipproċessar tat-talbiet, b'mod partikolari skont ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar il-kumpilazzjoni ta' xhieda u r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz ta' dokumenti u kwistjonijiet oħra.

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, fl-2004 ir-Repubblika Ċeka stabbiliet in-Netwerk Ġudizzjarju Intern ("in-Netwerk") għal kooperazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali, li għandu r-responsabbiltà li jiżgura illi r-Repubblika Ċeka tkun involuta b'mod effettiv fin-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

Il-membri tan-Netwerk jinkludu mħallfin, rappreżentanti tal-Kamra tal-Avukati tar-Repubblika Ċeka, rappreżentanti tal-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Ċeka, rappreżentanti tal-Kamra tal-Eżekuturi tar-Repubblika Ċeka, rappreżentanti tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni Internazzjonali Legali tat-Tfal, rappreżentanti taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi, rappreżentanti mill-Fakultà tal-Liġi tal-Università Charles u persunal nominat mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Il-membri tan-Netwerk jieħdu sehem b'mod partikolari fl-attivitajiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali u fit-twettiq tal-kompiti ġejjin minnu, u fl-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma u l-kumitati tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni dwar materji ċivili u kummerċjali. Il-membri tan-Netwerk jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq abbozzi ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u proposti oħra marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali.

In-Netwerk illum għandu madwar 130 membru. Il-laqgħat tal-membri kollha tan-Netwerk jiġu organizzati mill-Ministeru għall-Ġustizzja darba fis-sena. L-aġenda tal-laqgħat tinkludi temi attwali li jikkonċernaw b'mod partikolari in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, il-ħidma tal-portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. F'dawn il-laqgħat il-membri tan-Netwerk għandhom opportunità unika biex jiltaqgħu personalment u jaqsmu l-esperjenza prattika tagħhom fl-applikazzjoni tal-istrumenti tal-UE.

Il-kompendja u pubblikazzjonijiet oħra ippreparati min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jitqassmu lill-membri tan-Netwerk.

Il-membri jistgħu jikkomunikaw b'mod informali permezz tal-posta elettronika. In-Netwerk għandu lista ta' distribuzzjoni bil-posta elettronika tiegħu stess fejn u li permezz tagħha l-membri tan-Netwerk jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet u jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Permezz ta' dan il-mezz ta' komunikazzjoni l-Ministeru tal-Ġustizzja jista' javża malajr lill-membri tan-Netwerk b'aħbarijiet marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2018

Dwar in-Netwerks - Ġermanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Bħala riżultat tal-istruttura federali tal-Ġermanja, hemm ċentri ta' kuntatt f'kull stat minbarra ċ-ċentru ta' kuntatt federali tal-EJN (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew). Iċ-ċentri ta' kuntatt statali jinsabu, skont l-istruttura organizzattiva tal-istat individwali, jew fil-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht) (il-Bavarja, Bremen, Hamburg, Hessen, is-Sassonja t'Isfel, in-North Rhine-Westphalia u s-Sassonja) jew fil-Ministeru għall-Ġustizzja tal-istat (Landesjustizministerium). B'kollox hemm 17-il ċentru ta' kuntatt tal-EJTN fil-Ġermanja. Iċ-ċentru ta' kuntatt federali huwa responsabbli għall-koordinament tan-netwerk nazzjonali u l-avvenimenti, bħall-Jum Ewropew tal-Ġustizzja u l-laqgħat tal-membri Ġermaniżi tal-EJTN.

Id-dmirijiet jiġu allokati internament bejn iċ-ċentri ta' kuntatt tal-istat u ċ-ċentru ta' kuntatt federali. Iċ-ċentru federali ta' kuntatt iwieġeb il-mistoqsijiet kollha marbuta mal-liġi ċivili jew kummerċjali Ġermaniża, u l-organizzazzjoni tal-qrati. Madankollu, mistoqsijiet dwar każ speċifiku jiġu ttrattati miċ-ċentru ta' kuntatt fl-istat fejn il-każ ikun pendenti. Madankollu, iċ-ċentri kollha ta' kuntatt Ġermaniżi għandhom l-istess status, li jfisser illi kull wieħed minnhom jista' jiġi kkuntattjat għal kull tip ta' mistoqsija u, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, iċ-ċentru ta' kuntatt federali jista' jipprovdi assistenza għal każijiet speċifiċi. Din l-allokazzjoni interna tad-dmirijiet tiżgura illi l-mistoqsija tiġi ttrattata mill-aktar ċentru ta' kuntatt adattat.

Minbarra ċ-ċentri ta' kuntatt, hemm ħames maġistrati ta' kuntatt (Verbindungsrichter) fil-Ġermanja li jaħdmu fil-qasam kopert mir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament Brussell IIa). Id-dmirijiet tagħhom jiġu allokati internament fost l-istati. Il-mistoqsijiet esterni jistgħu jsiru lil kull wieħed mill-ħames maġistrati ta' kuntatt. Jekk ikun hemm bżonn, il-persuna li tkun qed tagħmel il-mistoqsija tiġi referuta immedjatament lill-aktar maġistrat adattat skont l-allokazzjoni interna tad-dmirijiet, kif ukoll abbażi tal-ħiliet fil-lingwa, kompetenzi speċifiċi u esperjenza marbuta mal-każ speċifiku.

Skont l-Artikolu 2(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-Ġermanja ħatret lill-Kamra tal-Avukati Federali (Bundesrechtsanwaltskammer), il-Kamra tan-Nutara Federali (Bundesnotarkammer), il-Kamra tal-Avukati tal-Privattivi (Patentanwaltskammer), il-Kamra tal-Avukati Ġermaniżi (Deutscher Anwaltverein), il-Federazzjoni tal-Bailiffs Ġermaniżi (Deutscher Gerichtsvollzieher Bund e.V.) u fl-2014, il-Federazzjoni tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġermaniżi (Bund Deutscher Rechtspfleger), bħala membri tal-EJN.

Membri oħra tal-EJN fil-Ġermanja jinkludu l-korpi ċentrali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (Regolament dwar is-servizz ta’ dokumenti) u r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (Regolament dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda). Dawn il-korpi ċentrali u l-mekkaniżmi ġudizzjarji tal-istat jipprovdu lill-qorti b'informazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna legali ċivili. Jintroduċu wkoll miżuri addizzjonali u jappoġġaw lill-qrati bin-notifika tad-dokumenti u l-kumpilazzjoni tax-xhieda f'każijiet b'element barrani.

Aktar informazzjoni dwar l-EJN fil-Ġermanja u lista ta' kuntatti tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesamt für Justiz) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bundesjustizamt.de/ejnzh).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/01/2017

Dwar in-Netwerks - Estonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali tan-netwerk huwa l-Konsulent fid-Diviżjoni tal-Kooperazzjoni Internazzjonali Ġudizzjarja fil-Ministeru tal-Ġustizzja, li jservi wkoll ta' rappreżentant tal-korp ċentrali. Id-dmirijiet ewlenin tal-punt ta' kuntatt huma kif ġej:

  • jiżgura illi l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali jirċievu informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali;
  • jagħti lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet l-oħra kif ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru tagħhom stess l-informazzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni ġudizzjarja b'saħħitha bejn l-Istati Membri, sabiex jgħinhom fit-tħejjija ta' talbiet prattiċi għal kooperazzjoni ġudizzjarja u fl-istabbiliment tal-aktar kuntatti diretti xierqa;
  • jagħti kull informazzjoni biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li hija applikabbli skont strument internazzjonali jew tal-UE;
  • ifittex soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu b'rabta ma' talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja;
  • jiffaċilita l-koordinament tal-ipproċessar ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Istat Membru konċernat, b'mod partikolari fejn diversi talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji f'dak l-Istat Membru se jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor;
  • jagħti sehem fl-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku, permezz tas-sit elettroniku tan-netwerk, dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, dwar l-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni rilevanti u dwar il-liġi domestika tal-Istati Membri, b'referenza partikolari għall-aċċess għall-ġustizzja;
  • jikkollabora fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tan-netwerk u jieħu sehem fihom;
  • jgħin bit-tħejjija u aġġornament tal-informazzjoni għall-pubbliku;
  • jiżgura koordinazzjoni bejn il-membri tan-netwerk fuq livell nazzjonali;
  • ifassal rapport biennali dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż, fejn xieraq, l-aħjar prattika fin-netwerk, jippreżentah waqt il-laqgħa tal-membri tan-netwerk, u jiġbed l-attenzjoni lejn titjib potenzjali fin-netwerk.

Il-maġistrat ta' kuntatt tan-netwerk huwa ġudikant tal-Qorti tal-Kontea ta' Harju li jirrappreżenta wkoll lill-Estonja fin-netwerk ta' mħallfin stabbilit mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-kompitu tal-maġistrat ta' kuntatt huwa li jagħti pariri lill-uffiċjali tal-qorti dwar il-liġi ċivili u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u jaqsam l-esperjenza tiegħu man-netwerk dwar l-applikazzjoni ta' diversi liġijiet.

Fl-2011, bid-dħul fis-seħħ tat-tieni Deċiżjoni dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali (EJN-civil), li espanda l-attivitajiet tan-netwerk għall-assoċjazzjonijiet professjonali, il-korpi li ġejjin saru membri tal-EJN-civil fl-Estonja:

  • il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees tal-Estonja fi proċedimenti ta' Falliment li tirrapreżenta lill-bailiffs u trustees fi proċedimenti ta' falliment;
  • il-Kamra tal-Avukati tal-Estonja li tirrapreżenta lill-avukati u lin-nutara.

Waqt il-laqgħat, il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees fi proċedimenti ta' Falliment tkun irrappreżentata minn diversi rappreżentanti ta' korpi professjonali u okkupazzjonali, filwaqt li l-Kamra tal-Avukati tal-Estonja normalment jirrapreżentaha d-direttur tagħha. L-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli għal dan li ġej:

  • l-iskambju ta' esperjenza u informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni effettiva u prattika tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni;
  • kollaborazzjoni fil-preparazzjoni u l-aġġornament tal-iskedi informattivi;
  • parteċipazzjoni fil-laqgħat rilevanti.

Skont is-suġġett ta' diskussjoni, il-punt ta' kuntatt jistieden ukoll esperti nazzjonali oħra biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom waqt il-laqgħat tan-netwerk. Pereżempju għal-laqgħat attendew diversi mħallfin minbarra l-maġistrat ta' kuntatt, ir-rappreżentanti tal-ministeri l-oħra u l-Kamra tan-Nutara, konsulenti tal-Qorti Suprema, rappreżentanti mill-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi, membri mill-fakultà tal-Università ta' Tartu, eċċ.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2018

Dwar in-Netwerks - Irlanda

Il-Punti ta’ Kuntatt

Hemm żewġ punti ta’ kuntatt għall-Irlanda. Hemm punt ta’ kuntatt wieħed għall-Qrati Distrettwali u taċ-Ċirkwit u punt ta’ kuntatt wieħed għall-Qrati Superjuri, jiġifieri l-Qorti Superjuri, il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema. Il-punti ta’ kuntatt jikkooperaw mill-qrib u jaħdmu flimkien fuq materji relatati man-Netwerk. Il-punti ta’ kuntatt għall-Irlanda huma bbażati fis-Servizz tal-Qrati f’Dublin. Minkejja li kull ġuriżdizzjoni hija separata, hemm koinċidenza fix-xogħol ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt, li kull wieħed minnhom għandu responsabbiltà unika għan-Netwerk fid-Direttorati tagħhom. Il-mistoqsijiet li jsiru permezz tan-NĠE għandhom jintbagħtu lill-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-ġuriżdizzjoni kkonċernata. Il-punti ta’ kuntatt jaħdmu f’uffiċċji separati, iżda fi ħdan id-Direttorati tas-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda f’Dublin. Ix-xogħol tan-Netwerk jiġi kkombinat ma’ kompiti oħrajn. Madankollu, il-punt ta’ kuntatt jista’ jitlob l-għajnuna u l-assistenza ta’ kollegi oħrajn meta jittratta l-operat tan-Netwerk. Il-punti ta’ kuntatt iżommu kuntatt regolari permezz tal-posta elettronika, bit-telefon u b’laqgħat wiċċ imb wiċċ ma’ membri tan-netwerk tan-NĠE fl-Irlanda, inklużi l-Awtoritajiet Ċentrali; id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Qorti Suprema u Superjuri u d-Direttur tar-Riforma u l-Iżvilupp fis-Servizz tal-Qrati [membri tal-Artikolu 2(1)(d)]; u l-uffiċjali fid-Dipartiment tal-Ġustizzja u r-Riforma tal-Liġi [membri tal-Artikolu 2(1)(d)]. Il-punti ta’ kuntatt huma wkoll f’komunikazzjoni regolari ma’ membru nnominat tal-ġudikatura b’rabta mal-iżviluppi fin-NĠE.

Il-funzjonament tan-NĠE fl-Irlanda

Ma jeżisti ebda netwerk nazzjonali formali fl-Irlanda.  Hemm netwerk ta’ persuni li huma esperti f’oqsma ta’ politika partikolari li għalihom jista’ jirrikorri l-punt ta’ kuntatt għal tweġibiet għall-mistoqsijiet li jitqajmu.

Il-punt ta’ kuntatt jaħdem mill-qrib ma’ oħrajn li huma membri estiżi tan-Netwerk għall-Irlanda, inklużi għadd ta’ mħallfin b’ħiliet speċjalizzati f’oqsma speċifiċi tal-liġi jew b’responsabbiltà għal xogħol ta’ kollegament internazzjonali. Il-Punti ta’ Kuntatt jistgħu jiġu kkuntattjati permezz tal-posta elettronika. Il-punt ta’ kuntatt jiżgura li l-esperti tal-politika, amministrattivi jew ġudizzjarji rilevanti jiġu kkonsultati qabel il-laqgħat rilevanti tan-Netwerk u li n-noti tal-laqgħat u l-punti ta’ azzjoni rilevanti jiġu mxerrdin kif xieraq.

Il-punt ta’ kuntatt għandu wkoll kuntatt regolari mad-Dipartiment tal-Ġustizzja dwar kwistjonijiet ta’ politika u mal-Awtorità Ċentrali dwar il-Manteniment tal-Familja u kwistjonijiet Transkonfinali

L-għoti ta’ informazzjoni

Ma jeżisti ebda sit web nazzjonali għan-NĠE fl-Irlanda. L-informazzjoni tiġi pprovduta permezz tas-sit web tas-Servizz tal-Qrati u permezz ta’ siti eżistenti oħrajn għal Dipartimenti differenti fl-Irlanda. Il-punt ta’ kuntatt jaħdem kemm ma’ punti ta’ kuntatt oħrajn kif ukoll ma’ Dipartimenti oħrajn meta jiġu pprovduti sorsi differenti ta’ informazzjoni għall-Istati Membri tan-NĠE u għan-NĠE nnifsu.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/05/2018

Dwar in-Netwerks - Greċja

L-istruttura tan-netwerk

Għadd ta’ punti ta’ kuntatt: Ġew iddeżinjati 22 punt ta’ kuntatt. Dsatax minnhom huma mħallfin li jiffurmaw parti min-netwerk nazzjonali filwaqt li jeżerċitaw id-doveri ġudizzjarji tagħhom b’mod parallel. Tlieta huma uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod aktar speċifiku fid-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali, li jopera bħala l-awtorità ċentrali għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri (Brussell IIa) (li jikkomplementa l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (obbligi ta’ manteniment) u d-Direttiva 2002/8/KE (għajnuna legali), u wkoll bħala l-korp ċentrali għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (kumpilazzjoni ta’ xhieda) u (KE) Nru 1393/2007 (notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji).

Netwerk nazzjonali: Ġie stabbilit netwerk nazzjonali informali bi struttura ċentralizzata, u li l-komponenti prinċipali fih huma l-awtorità ċentrali, imħallfin minn Ateni, u tliet rappreżentanti tal-professjonijiet legali (assoċjazzjonijiet ta’ avukati, marixxalli tal-qorti u nutara). Id-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali huwa inkarigat mill-monitoraġġ tal-ħidma tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u mill-koordinazzjoni tal-ħidma tal-punti ta’ kuntatt f’livell nazzjonali fir-rigward tal-obbligi tal-Greċja fl-ambitu tan-NĠE u tal-kontenut li jittella’ fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika tal-UE. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tan-netwerk jikkontribwixxu sabiex jimtlew l-iskedi informattivi, ikunu aġġornati n-notifiki formali tal-Greċja dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali, jimtlew il-kwestjonarji li joriġinaw min-NĠE jew minn korpi oħra tal-UE, u għall-proċess biex jitwieġbu l-mistoqsijiet minn awtoritajiet tal-UE jew punti ta’ kuntatt oħra li jirrigwardaw prinċipalment l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-Greċja.

Isiru laqgħat regolari li jiġu kkoordinati mid-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali, normalment bejn darbtejn u erba’ darbiet fis-sena. L-iskop tal-laqgħat huwa l-iskambju ta’ fehmiet, esperjenza u informazzjoni. L-aġenda tiffoka l-aktar fuq suġġetti diskussi fil-laqgħat tan-NĠE fil-livell Ewropew, kwistjonijiet li jistgħu jfeġġu mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE (regolamenti u direttivi) fil-livell nazzjonali, u l-obbligi tal-Greċja fl-ambitu tan-NĠE u l-Portal tal-Ġustizzja Elettronika, kif jissemma aktar ’il fuq.

Komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem jagħmel referenza speċjali għan-NĠE. Tinsab għaddejja ħidma bl-għan li s-sit web jiġi aġġornat sabiex tingħata deskrizzjoni ċara u kompluta tar-rwol u s-siwi tan-NĠE f’rabta mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali.

Fil-livell nazzjonali, l-informazzjoni li tirrigwarda l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar materji ċivili u kummerċjali tiġi kkomunikata billi jitqassam materjal stampat tan-NĠE u billi jiġu organizzati seminars u avvenimenti ta’ ġurnata, f’Ateni u bliet oħra fil-Greċja, li jirrigwardaw l-iżviluppi leġiżlattivi Ewropej fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali u l-impatt tagħhom fil-livell lokali (xi drabi, il-membri tan-netwerk nazzjonali jieħdu sehem bħala kelliema prinċipali). Dawn l-avvenimenti jseħħu taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Ġustizzja kif wkoll tal-Kamra tal-Avukati fil-pajjiż kollu, l-Iskola Nazzjonali tal-Imħallfin, il-Kunsill Legali tal-Istat, assoċjazzjonijiet tad-dritt ċivili u d-dritt kummerċjali, eċċ.

Barra minn hekk, il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja, avveniment li jdum ġurnata, għandu l-għan li jservi sabiex il-professjonisti legali Ewropej “jistenbħu” u jniedu djalogu dwar il-progress tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE; f’dawn l-aħħar snin, ġie organizzat kważi kull sena, taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2017

Dwar in-Netwerks - Franza

Fi Franza, imħallfin, avukati (avocats), nutara u marixxalli tal-qorti (huissiers de justice) huma parti min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali. In-netwerk huwa madanakollu miftuħ għall-professjonijiet ġuridiċi kollha li jkollhom interess fiha, b’mod partikolari meta huma jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ materji ċivili u kummerċjali (skrivani tal-qorti (greffiers), kapijiet skrivani, imħallfin u skrivani tal-qrati kummerċjali).

Il-punt nazzjonali ta’ kuntatt huwa imħallef, li għandu esperjenza fil-qorti u li jaħdem fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Huwa/hija parti mill-Uffiċċju tal-liġi Ewropea, id-dritt internazzjonali privat u assistenza legali ċivili, li hija wkoll l-awtorità ċentrali għall-applikazzjoni ta’ diversi ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

F’kull Qorti tal-Appell u fi ħdan il-Qorti tal-Kassazzjoni, ‘Imħallef ta’ rappurtar” (jew “punt ta’ kuntatt lokali”) jiġi maħtur. Ir-rwol tiegħu/tagħha huwa li jiffaċilita, f'livell lokali, ir-riżoluzzjoni ta’ diffikultajiet ta' kooperazzjoni li jqumu permezz tan-netwerk u li jipprovdi informazzjoni lill-ġudikatura rigward it-tħaddim ta’ strumenti dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u b’mod ġenerali dwar il-liġi tal-UE. L-imħallfin rapporteurs fil-Qrati tal-Appell u l-Qorti tal-Kassazzjoni jistgħu wkoll jinformaw il-punt ta’ kuntatt nazzjonali dwar id-diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali, imbagħad jgħaddi l-informazzjoni lil ħaddieħor.

Il-Marixxalli tal-Qorti (huissiers de justice) huma rappreżentati mill-Kamra Nazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Avukati (avocats) huma rappreżentati mid-Delegazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati Franċiżi (Delegazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati ta' Brussell).

Nutara (notaires) huma rappreżentati mill-Kamra nazzjonali tan-nutara.

Imħallfin ta' kollegament Franċiżi li jaħdmu f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma wkoll parti min-netwerk, bħalma huma l-awtoritajiet ċentrali maħtura għall-applikazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ċivili u kummerċjali.

Darba fis-sena, f’data qrib il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja, il-membri kollha tan-netwerk Franċiż jiltaqgħu f’Pariġi sabiex jirrevedu l-attivitajiet tan-netwerk u biex jiddiskutu l-iżviluppi fil-liġi tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward ta’ materji ċivili u kummerċjali.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2017

Dwar in-Netwerks - il-Kroazja

Fir-Repubblika tal-Kroazja, żewġ punti ta’ kuntatt joperaw fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali.

Il-punti ta’ kuntatt huma impjegati fid-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej, il-Kooperazzjoni Internazzjonali u Ġudizzjarja u fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja.

Fid-Dipartiment imsemmi l-aħħar, il-punti ta’ kuntatt għandhom diversi uffiċjali li jassistuhom sabiex il-ħidma fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji Ċivili u Kummerċjali (NĠE) titwettaq effettivament bis-saħħa tal-ħidma f’tim tal-uffiċjali fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili, li dawn iwettqu flimkien ma’ ħidma oħra fl-ambitu tal-attivitajiet tad-Dipartiment.

Minkejja li ma hemm l-ebda netwerk nazzjonali formali fir-Repubblika tal-Kroazja, il-punti ta’ kuntatt jikkooperaw mal-imħallfin u ma’ esperti oħra fil-qafas tal-Ministeru tal-Ġustizzja u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, professuri tal-liġi, nutara u esperti oħra u ġuristi f’oqsma ġuridiċi differenti. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ huwa involut ukoll fit-tħaddim tan-netwerk u bħala awtorità ċentrali għal xi regolamenti, jipparteċipa b’mod attiv fil-laqgħat tan-netwerk organizzati mill-Kummissjoni Ewropea. In-netwerk huwa miftuħ għall-ġuristi kollha li jixtiequ u li jkunu interessati li jieħdu sehem fl-applikazzjoni tal-istrumenti ġuridiċi Ewropej fir-Repubblika tal-Kroazja.

Il-komunikazzjoni fir-Repubblika tal-Kroazja sseħħ permezz tal-posta elettronika u tat-telefown, u jsiru laqgħat skont il-bżonn.

Il-komunikazzjoni mal-punti ta’ kuntatt fi Stati Membri oħra sseħħ permezz tal-posta elettronika, u l-punti ta’ kuntatt u l-membri l-oħra tan-netwerk jipparteċipaw regolarment fil-laqgħat tan-NĠE organizzati mill-Kummissjoni Ewropea.

Billi l-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-awtorità ċentrali għar-regolamenti individwali, il-punti ta’ kuntatt jaqdu l-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali, jittrażmettu u jwieġbu d-domandi tal-punti ta’ kuntatt minn Stati Membri oħra (f’kooperazzjoni mal-imħallfin u ġuristi u esperti oħra, f’każ ta’ bżonn), jikkomunikaw id-data mitluba lill-Kummissjoni u jwettqu l-ħidma meħtieġa għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-portals rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-punti ta’ kuntatt iqassmu l-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea lill-qrati, liċ-ċittadini u lill-gruppi oħra fil-mira u jirsistu sabiex in-netwerk jingħata viżibbiltà akbar.

Kuntatti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEJNcontact@pravosudje.hr

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/12/2017

Dwar in-Netwerks - Ċipru

F’Ċipru, in-netwerk huwa organizzat minn punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCPs) li jinnominaw. Bħalissa hemm sitt (6) NCPs: imħallef wieħed, żewġ avukati fl-Uffiċċju Legali tar-Repubblika ta’ Ċipru, żewġ uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku (uffiċjal legali wieħed u uffiċjal amministrattiv wieħed) u membru wieħed tal-Kamra tal-Avukati ta’ Ċipru.

L-NCPs tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku huma responsabbli sabiex jikkoordinaw is-sitt NCPs. Meta tasal mistoqsija jew talba għal informazzjoni min-netwerk jew inkella talba mill-punti ta’ kuntatt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, l-NCPs tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku jiżguraw li t-talba tintbagħat u li tiġi diskussa mal-NCPs l-oħrajn, sabiex jiġi deċiż liema Awtorità jew Aġenzija Ċiprijotta għandha tiġi nnominata sabiex tittratta t-talba jew tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2018

Dwar in-Netwerks - Ungerija

Id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium Nemzetközi Magánjogi Főosztálya) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt fl-Ungerija, b’diversi uffiċjali fid-dipartiment li jaqdu l-funzjonijiet korrispondenti fost id-doveri l-oħra tagħhom.

Bħala awtoritajiet ċentrali, il-Ministeru tal-Ġustizzja (id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat) u l-Ministeru tar-Riżorsi Umani (Emberi Erőforrások Minisztériuma) huma membri tan-Netwerk. L-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali (Országos Bírósági Hivatal) bħala korp ġudizzjarju ieħor, il-Kamra Nazzjonali tan-Nutara tal-Ungerija (Magyar Országos Közjegyzői Kamara), il-Kamra tal-Avukati Ungeriża (Magyar Ügyvédi Kamara) u l-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti tal-Ungerija (Magyar Bírósági Végrehajtói Kamara), bħala assoċjazzjonijiet professjonali, huma wkoll membri tan-Netwerk. Ir-rappreżentanti tal-membri ta’ sikwit jattendu l-laqgħat tan-Netwerk, ovvjament skont xi tkun l-aġenda tal-laqgħat.

L-Ungerija ma għandhiex netwerk nazzjonali formali tal-membri Ungeriżi tan-Netwerk. Il-kooperazzjoni fost il-membri sseħħ fuq bażi ad hoc skont u meta jinħass il-bżonn.

Ir-riżorsi li fihom informazzjoni prattika dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili fl-UE u ma’ Stati terzi, elaborati mid-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja, huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida hawnhekk.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2017

Dwar in-Netwerks - Malta

Bħalissa hemm tliet (3) punti ta' kuntatt tal-EJN f'Malta. Il-koordinament bejn dawn il-punti ta' kuntatt huwa żgurat mill-fatt li dawn il-punti ta' kuntatt jaħdmu fl-istess uffiċċju u jikkooperaw ma' xulxin il-ħin kollu rigward kull suġġett li jinqala' mill-operazzjoni tan-netwerk f'Malta. Dawn il-punti ta' kuntatt stabbilew sistemi ta' kooperazzjoni bejniethom, li jfissru iktar effiċenza fit-tħaddim tan-netwerk, speċjalment meta jipprovdu informazzjoni lil prattikanti privati li jitolbuhom l-informazzjoni.

Dwar in-netwerk nazzjonali

  • Għajnuna Legali

L-Awtorità ta' Trażmissjoni u li Tirċievi fil-qasam tal-Għajnuna Legali hija l-Avukat tal-Għajnuna Legali, li jopera mir-reġistru tal-Qrati Ċivili, il-Qorti, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, Malta.

  • In-notifika tad-Dokumenti

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li jinsab Il-Palazz, Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta jaġixxi bħala l-Awtorità Ċentrali kemm bħala Aġenzija ta' Trażmizzjoni kif ukoll bħala Aġenzija li Tirċievi fil-qasam tan-notifika tad-dokumenti. Huwa jieħu ħsieb li jibgħat formoli ta' talbiet u jirċievi dokumenti għan-notifika lil aġenziji ta' trażmissjoni barranin u dawn id-dokumenti mbagħad jingħaddew lil persuna inkarigata fil-Qorti għan-notifika skont il-liġijiet proċedurali ta' Malta applikabbli għan-notifika tad-dokumenti.

Bħala parti mill-attivitajiet tagħha waqt in-notifika tad-dokumenti, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-kapaċità tiegħu ta' Aġenzija ta' Trażmizzjoni u/jew li Tirċievi, jikkoopera wkoll mar-rikorrenti u/jew ir-rappreżentant legali tagħhom sakemm issir in-notifika.

  • Talbiet Żgħar

Il-forum kompetenti għal din it-taqsima huwa t-Tribunal għal Talbiet Żgħar, li jopera mill-Qorti, il-Belt Valletta. L-appelli għad-deċiżjonijiet ta' dan it-Tribunal, imbagħad, jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell fil-Ġuriżdizzjoni Inferjuri tagħha, li wkoll topera mill-Qorti, il-Belt Valletta.

L-awtorità kompetenti f'kull każ tiddependi mir-residenza tal-persuna li l-eżekuzzjoni qed tintalab kontriha. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) għandhom kompetenza fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' eżekuzzjoni u anke għall-finijiet tal-Artikolu 23, skont l-Artikolu 10(4) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar (il-Kapitolu 380 tal-Liġijiet ta' Malta).

  • Il-Ġbir tal-Provi

Il-Korp Ċentrali huwa l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Belt Valletta.

Il-Qrati Mitluba huma:

  1. Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili
  2. Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
  3. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta)
  4. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Superjuri) jew (Ġuriżdizzjoni Inferjuri)

Il-Qrati għandhom il-ġuriżdizzjoni li jeżegwixxu ittri ta' talba li jsiru skont it-termini tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/05/2017

Dwar in-Netwerks - Olanda

Punti ta’ kuntatt u membri tan-Netwerk fin-Netherlands

Fin-Netherlands ġie stabbilit punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Ministeru tas-Sigurtà u l-Ġustizzja. Ġie appuntat ukoll punt ta’ kuntatt għall-materji ta’ ġuriżdizzjoni.

Flimkien mal-punti ta’ kuntatt, l-assoċjazzjonijiet professjonali għall-professjonijiet ġuridiċi liberi (avukati, servizzi notarili u marixxalli tal-qorti) huma wkoll membri tan-Netwerk.

Abbażi ta’ diversi regolamenti (inkluż ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1393/2001), l-awtoritajiet ċentrali huma wkoll membri tan-Netwerk.

Il-komunikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea (f’dan il-każ, is-segretarjat tan-NĠE-ċivil) normalment isseħħ permezz tal-punt ta’ kuntatt ċentrali. Dan jiggarantixxi li, fejn ikun ta’ rilevanza, l-informazzjoni u l-mistoqsijiet jaslu għand l-awtorità t-tajba.

Il-punti ta’ kuntatt u l-membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet ċentrali, ta’ sikwit jikkomunikaw direttament bejniethom u mal-punti ta’ kuntatt u l-membri fi Stati Membri oħra.

Il-membri jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat tan-Netwerk, skont il-punti li jkun hemm fuq l-aġenda.

Il-punti ta’ kuntatt u l-membri Netherlandiżi jorganizzaw ukoll laqgħa annwali. Din il-laqgħa sservi ta’ opportunità għad-diskussjoni tal-attivitajiet tan-Netwerk u għall-eżaminar ta’ oqsma li fihom jista’ jsir titjib fil-komunikazzjoni reċiproka.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2017

Dwar in-Netwerks - Awstrija

L-Awstrija stabbiliet fid-Dipartiment I 9 tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz) punt ta’ kuntatt ċentrali li jindirizza mistoqsijiet legali minn punti ta’ kuntatt barranin magħmula permezz tan-netwerk, iwettaq diversi kompiti relatati mal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni u jorganizza u jeditja l-entrati Awstrijaċi għall-iskedi informattivi tan-netwerk li jiġu ppubblikati fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja.

Barra minn hekk, ġew innominati żewġ imħallfin bħala punti ta’ kuntatt għal kull waħda mill-erba’ ġuriżdizzjonijiet (tlieta għall-ġuriżdizzjoni ta’ Vjenna) tal-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht). Huma jipprovdu assistenza u appoġġ lill-punti ta’ kuntatt barranin u lill-qrati Awstrijaċi f’kawżi individwali li jinvolvu kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera (bħal meta jkun hemm diffikultajiet fil-kumpilazzjoni tax-xhieda transfruntiera jew fin-notifika tad-dokumenti). Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, il-punti ta’ kuntatt barranin għandhom jikkuntattjaw lill-punt ta’ kuntatt ġudizzjarju lokali rilevanti u mhux lill-punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja. Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna tinkludi l-provinċji ta’ Vjenna, l-Awstrija t’Isfel u Burgenland, dik tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Linz tinkludi l-provinċji tal-Awstrija ta’ Fuq u Salzburg, dik tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Innsbruck tinkludi l-provinċji ta’ Tirol u Vorarlberg u l-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Graz hija responsabbli għall-provinċji ta’ Steiermark u Kärnten.

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punti ta’ kuntatt Awstrijaċi tan-NĠE fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tal-Qorti Reġjonali Superjuri jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-link li ġejja: https://e-justice.europa.eu/contactPoint.do

Individwi privati/partijiet fil-proċedimenti jew ir-rappreżentanti legali tagħhom ma jistgħux jikkuntattjaw lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk direttament. Madankollu, huma jistgħu jitolbu lill-imħallef li jmexxi l-proċedimenti sabiex jirreferihom għal punt ta’ kuntatt.

Il-Kamra tal-Avukati tal-Awstrija (Österreichische Rechtsanwaltskammertag) u l-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija (Österreichische Notariatskammer) ilhom parti min-NĠE mill-1 ta’ Jannar 2011, madankollu, skont id-Deċiżjoni tan-NĠE tat-28 ta’ Mejju 2001 (2001/470/KE), kif emendata mid-Deċiżjoni 568/2009/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009, huma ma għandhomx il-kompetenza sabiex jittrattaw kawżi individwali.

Österreichischer Rechtsanwaltskammertag
1010 Wien, Tuchlauben 12
Tel.: +43/1/535-1275, Fax: +43/1/535-1275-13
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtsanwaelte@oerak.at
Lingwi: Il-Ġermaniż u l-Ingliż

Österreichische Notariatskammer
1010 Wien, Landesgerichtsstraße 20
Tel.: +43/1/4024-5090, Fax: +43/1/406-3475
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakammer@notar.or.at
Lingwi: Il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Ingliż

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2018

Dwar in-Netwerks - Polonja

Fil-Polonja, l-uniku punt ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jinsab fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/04/2017

Dwar in-Netwerks - Portugall

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-punt ta' kuntatt

Il-Portugall ħatar punt ta' kuntatt għall-NĠE-civil (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropea fl-oqsma ċivili u kummerċjali). Il-punt ta' kuntatt huma mħallef maħtur mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) permezz ta' kompetizzjoni.

In-netwerk nazzjonali

In-netwerk nazzjonali huwa ffurmat minn: awtoritajiet ċentrali skont l-istrumenti legali tal-UE, strumenti legali internazzjonali oħra li tagħhom huwa parti l-Portugall jew f'dispożizzjonijiet legali nazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; awtoritajiet amministrattivi b'responsabbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw lill-professjonisti legali involuti direttament fl-eżekuzzjoni tal-istrumenti internazzjonali u tal-UE marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

In-netwerk nazzjonali ma jinkludix imħallfin ta' kuntatt jew esperti.

Membri nazzjonali tan-netwerk

Minbarra l-punt ta' kuntatt, l-istruttura nazzjonali tan-netwerk tinkludi 11-il membru:

  • Id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Política de Justiça)
  • Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Administração da Justiça)
  • Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais)
  • L-Istitut tar-Reġistrazzjoni u l-Affarijiet Nutarili (Instituto dos Registos e do Notariado, I.P.)
  • L-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura tal-Ġustizzja (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça, I.P.)
  • Il-Kunsill tal-Medjaturi (Conselho dos Julgados de Paz)
  • L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali (Instituto de Segurança Social, I.P.)
  • Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi (Comissão de Protecção às Vítimas de Crimes)
  • Il-Kamra tal-Avukati (Ordem dos Advogados)
  • L-Assoċjazzjoni tas-Solicitors u l-Aġenti ta' Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução)
  • L-Assoċjazzjoni tan-Nutara (Ordem dos Notários)

L-awtoritajiet ċentrali

Mill-membri msemmija hawn fuq, li ġejjin huma awtoritajiet ċentrali:

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - Ministeru tal-Ġustizzja (Ministério da Justiça)

  • Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18/12/2008
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tat-13/11/2000
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28/5/2001
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-Notifika barra mill-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar it-Teħid ta’ Evidenza Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta’ Manteniment tal-Familja
  • Il-Konvenzjoni ta' New York tal-1956 dwar l-Irkupru Barra mill-Pajjiż tal-Manteniment

Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tas-27/11/2003
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal

L-Istitut tar-Reġistrazzjoni u l-Affarijiet Nutarili – Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 650/2012 tal-4/7/2012

L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali – Ministeru għas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Ministério da Solidariedade e da Segurança Social)

  • Id-Direttiva 2003/8/KE tas-27/1/2003

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Id-Direttiva 2004/80/KE tas-29/04/2004

Il-koordinazzjoni tan-netwerk nazzjonali fi struttura deċentralizzata

Fil-Portugall, in-netwerk nazzjonali għandu struttura deċentralizzata Il-koordinament, li huwa assigurat mill-punt ta' kuntatt, huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni volontarja bejn il-membri nazzjonali. Il-membri nazzjonali jipparteċipaw regolarment f'laqgħat trimestrali organizzati mill-punt ta' kuntatt. Kull meta jkun hemm bżonn ta' kjarifika jew soluzzjoni għal kwistjoni partikolari, jiġu organizzati laqgħat mal-membri nazzjonali konċernati.

In-netwerk ma jinkludix l-esperti. Jekk għal kwistjoni partikolari jkun hemm bżonn l-opinjoni ta' espert, il-punt ta' kuntatt jitlob il-kooperazzjoni tal-aktar awtorità nazzjonali xierqa fuq bażi informali u volontarja. Il-membri nazzjonali kollha jiġu mħeġġa regolarment mill-punt ta' kuntatt biex jikkooperaw fl-oqsma speċifiċi fil-kompetenza u responsabbiltà tagħhom rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'oqsma ċivili u kummerċjali.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/01/2017

Dwar in-Netwerks - Rumanija

In-Netwerk tal-Korrispondenti Lokali għall-Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali (Rețeaua de corespondenți locali în domeniul asistenţei judiciare internaţionale) twaqqaf fl-2001 wara Ordni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, ibbażata fuq il-mudell tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. F'Marzu 2004, wara żewġ ordnijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, in-Netwerk ġie riorganizzat f'żewġ netwerks speċjalizzati: in-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji kriminali (Reţeaua Judiciară Română în materie penală) - li jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, u n-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji ċivili u kummerċjali (Reţeaua Judiciară Română în materie civilă şi comercială) - li jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali. Sussegwentement, iż-żewġ netwerks ġew riorganizzati b'mod suċċessiv fl-2005, fl-2007, fl-2010 u fl-2014, wara emendi għal-liġi tal-UE rilevanti u bidliet fil-persunal li jaħdem fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali.

L-aħħar aġġornament sar bl-Ordni Nru 1929/C tal-Ministeru tal-Ġustizzja tad-29 ta' Mejju 2014 b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001. L-Ordni tħejjiet b'konformità mal-Ordni tal-Gvern Nru 123/2007 dwar ċerti miżuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, approvata b'emendi skont il-Liġi Nru 85/2008.

In-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji ċivili u kummerċjali jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali fil-livell nazzjonali.

Ir-Rumanija nnominat żewġ punti ta' kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali. Il-punti ta' kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali jinsabu fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan jiżgura li d-dmirijiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali jkunu ssodisfati.

Skont l-Artikolu 6, in-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali jinkludi mħallef mit-Taqsima I – Materji Ċivili u mħallef mit-Taqsima II – Materji Ċivili (li qabel kienet Materji Kummerċjali) fi ħdan il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie), u mħallef mit-Taqsima I – Materji Ċivili u mħallef mit-Taqsima II – Materji Ċivili (li qabel kienet Materji Kummerċjali) fi ħdan il-qrati tal-appell, imħallef minn kull qorti speċjalizzata/taqsima għall-minuri u l-materji familjari li jispeċjalizza f'materji ċivili relatati mal-ħtif internazzjonali ta’ minuri u l-konċessjoni ta' kumpensi għall-vittmi tal-kriminalità, uffiċjali mid-Direttorat tad-Dritt Internazzjonali u tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li wkoll jissodisfaw id-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali, u rappreżentant maħtur minn kull waħda mill-assoċjazzjonijiet professjonali tan-nutara, tal-bailiffs u tal-avukati fir-Rumanija. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali huma membri sħaħ tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali.

L-imħallfin li huma membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen inħatru b'deċiżjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (Consiliul Superior al Magistraturii).

Mill-2001 'l hawn, id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja organizza għadd kbir ta' seminars u laqgħat ta' ħidma għall-membri tan-Netwerks bl-użu ta' riżorsi proprji (il-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja). Mill-2007 'l hawn, b'mod partikolari, avvenimenti bħal dawn ġew organizzati taħt iktar minn 15-il programm Ewropew iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen attendew il-laqgħat tan-Netwerks Ġudizzjarji Ewropej fuq bażi regolari.

Il-membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali huma elenkati fl-Anness mal-Ordni Nru 1929/C tad-29 ta' Mejju 2014. L-Anness huwa parti integrali tal-Ordni.

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali - Imħallfin

Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja

Iulia Cristina TARCEA, Viċi President

Romanița VRÂNCEANU, Taqsima I - Materji Ċivili

Roxana POPA, President Delegat, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Alba Iulia

Cristina Gheorghina NICOARĂ, Taqsima I - Materji Ċivili (Viċi President tal-Qorti tal-Appell)

Olimpia Maria STÂNGĂ, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Bacău

Liliana CIOBANU, Taqsima I - Materji Ċivili

Loredana ALBESCU, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Braşov

Cristina ŞTEFĂNIŢĂ, Taqsima tal-Materji Ċivili

Anca PÎRVULESCU, Taqsima tal-Materji Ċivili

Gabriel ŞTEFĂNIŢĂ, Taqsima tal-Materji Ċivili

It-Tribunal tal-Minuri tal-Materji tal-Familja ta' Braşov (Tribunalul pentru Minori şi Familie)

Andrei IACUBA

Il-Qorti tal-Appell ta' Bucharest

Antonela BRĂTUIANU, Taqsima IV - Materji Ċivili

Ştefan CMECIU, Taqsima V - Materji Ċivili

Dumitru VĂDUVA, Taqsima VI - Materji Ċivili

Maria CEAUŞESCU, Taqsima VII - Materji li jinvolvu l-Post tax-Xogħol u Tilwim dwar is-Sigurtà Soċjali

Bogdan CRISTEA, Taqsima VIII - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

It-Tribunal ta' Bucharest

Andreea Florina MATEESCU, Taqsima V - Materji Ċivili (imħallef ta' koordinament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)

Anca Magda VOICULESCU, Taqsima IV - Materji Ċivili (imħallef ta' koordinament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)

Constantin-Marino MARIN, President, Taqsima I - Materji Kriminali, il-Kummissjoni għall-Konċessjoni ta' Kumpensi għall-Vittmi tal-Kriminalità – It-Tribunal ta' Bucharest

Il-Qorti tal-Appell ta' Cluj

Denisa-Livia BĂLDEAN, Viċi President

Liviu UNGUR, Viċi President, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Constanţa

Daniela PETROVICI, Taqsima I - Materji Ċivili

Iuliana Mihaela ȘERBAN, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Craiova

Mihaela COTORA, President

Lotus Gherghină, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Galaţi

Simona Claudia BACŞIN, Taqsima I - Materji Ċivili

Valentina VRABIE, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Iaşi

Claudia Antoanela SUSANU, Taqsima I - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Oradea

Marcela FILIMON, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Piteşti

Corina PINCU IFRIM, Taqsima I - Materji Ċivili

Raluca TRANDAFIR, Taqsima I - Materji Ċivili

Corina Georgeta NUŢĂ, Taqsima II - Materji Ċivili li jinvolvu Litiġji Amministrattivi u Fiskali

It-Tribunal ta' Argeş

Andreea Monica PRUNARU, Taqsima tal-Materji Ċivili, Viċi President

It-Tribunal ta' Vâlcea

Petre DINESCU, Taqsima I - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Ploieşti

Adriana Maria RADU, Taqsima I - Materji Ċivili

Elisabeta GHERASIM, President tat-Taqsima II - Materji Ċivili

Florentina DINU, Taqsima II - Materji Ċivili

Valentina GHEORGHE, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Suceava

Ştefania Fulga ANTON, Taqsima I - Materji Ċivili

Daniela MITREA MUNTEA, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Târgu Mureş

Andreea CIUCĂ, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Qorti tal-Appell ta' Timişoara

Cristian PUP, Taqsima I - Materji Ċivili

Florin MOŢIU, Taqsima II - Materji Ċivili

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali – punti ta' kuntatt nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Viviana ONACA, Direttriċi, Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Ioana BURDUF, Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali mid-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Ministeru tal-Ġustizzja - l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali

Dorina DOMINTEANU, Kap tal-Unità

Camelia TOBĂ

Flavius George PĂNCESCU

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali - rappreżentant maħtur minn kull wieħed mill-Presidenti tal-Unjonijiet Nazzjonali tan-Nutara, tal-Bailiffs u tal-Kmamar tal-Avukati fir-Rumanija

Octavian ROGOJANU, Nutar Pubbliku, Segretarju tal-Kunsill tal-Unjoni Nazzjonali Rumena tan-Nutara

Bogdan DUMITRACHE, Bailiff

Costea-Corin C. DĂNESCU, Avukat

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/02/2017

Dwar in-Netwerks - Slovenja

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali (NĠE) jopera fis-Slovenja permezz ta' 3 punti ta' kuntatt u 16-il membru tan-netwerk.

Il-punti ta' kuntatt huma impjegati tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja. B'dan il-mod, ħidmet il-punti ta' kuntatt tista' tiġi armonizzata u kkoordinata kuljum.

Il-Qrati distrettwali, li hemm 11 minnhom fir-Repubblika tas-Slovenja, huma awtorizzati jipprovdu għajnuna legali internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali. Fid-dawl ta' dan, is-Slovenja, b'konformità mal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, ħatret rappreżentant minn kull qorti distrettwali bħala membru tan-NĠE. Barra minn hekk, is-Slovenja ħatret żewġ membri tan-netwerk speċjalizzati (imħallfin) li huma kompetenti fi kwistjonijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji familjari, b'imħallef minnhom ikun impjegat fil-qorti distrettwali u l-ieħor fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi NĠE fl-2009 għamlet possibbli l-kooperazzjoni ma' professjonijiet ġudizzjarji oħrajn fi ħdan in-NĠE. Mill-2011 'il quddiem, il-Kamra tan-Nutara tas-Slovenja (Notarska zbornica Republike Slovenije), il-Kamra tal-Avukati tas-Slovenja (Odvetniška zbornica Republike Slovenije) u l-Kamra tal-Uffiċċjali Eżekuttivi tas-Slovenja (Zbornica izvršiteljev Slovenije) ukoll kienu membri tan-netwerk.

L-involviment ta' mħallfin u professjonisti legali oħrajn fin-NĠE huwa importanti għall-ksib tal-għanijiet tan-NĠE, peress li jiżgura kooperazzjoni diretta bejn l-imħallfin u l-professjonijiet legali l-oħrajn, li hija importanti għar-riżoluzzjoni b'inqas intoppi ta' kawżi speċifiċi quddiem il-qrati.

Il-punti ta' kuntatt tal-membri tan-NĠE jikkomunikaw ma' xulxin spiss u meta jkun hemm bżonn, inkluż permezz tal-posta elettronika, bit-telefown u wiċċ imb wiċċ, u jiltaqgħu f'laqgħat annwali fil-livell nazzjonali.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/02/2017

Dwar in-Netwerks - Slovakkja

In-netwerk jinkludi:

  1. Il-punti ta' kuntatt ewlenin, li huma żewġ rappreżentanti mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) mid-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Odbor medzinárodného práva súkromného) tat-Taqsima tad-Dritt Internazzjonali (Sekcia medzinárodného práva). It-talbiet kollha lill-EJN jintbagħtu permezz tal-punti ewlenin ta' kuntatt.
  2. Il-punti ta' kuntatt tal-qorti: imħallef jew uffiċjal ġudizzjarju anzjan għal kull qorti distrettwali (okresný súd) qorti reġjonali (krajský súd) u għall-Qorti Suprema (Najvyšší súd).
  3. Punti ta' kuntatt mill-organizzazzjonijiet professjonali.
  4. Żewġ punti ta' kuntatt miċ-Ċentru għall-Protezzjoni Internazzjonali Legali tat-Tfal u ż-Żagħżagħ (Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže).
  5. Maġistrat ta' kuntatt fil-liġi tal-familja.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/05/2017

Dwar in-Netwerks - Finlandja

Il-Membrii tan-NĠE fil-Finlandja

Il-punt ta' kuntatt għall-Finlandja huwa uffiċjal maħtur li jaħdem fl-Unità għall-Amministrazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-punt ta' kuntatt għal unità taġixxi bħala l-awtorità ċentrali għal bosta regolamenti tal-UE u ftehimiet internazzjonali fil-qasam tad-dritt ċivili u kriminali. Minbarra x-xogħol tan-Netwerk, id-dmirijiet tal-punt ta' kuntatt jinkludu kompiti ta' awtorità ċentrali u kooperazzjoni oħra fid-dritt ċivili. Żewġ imħallfin tal-qorti distrettwali u l-Kamra tal-Avukati Finlandiża nħatru wkoll bħala membri tan-Netwerk. L-iżvilupp tal-operazzjonijiet tan-Netwerk nazzjonali għadu għaddej.

Il-funzjonament tan-NĠE fil-Finlandja

Il-punt ta' kuntatt jaħdem attivament mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, mal-avukati u mal-professjonisti legali l-oħrajn. Il-kompiti tal-punt ta' kuntatt jinkludu t-tixrid tal-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet legali li jirrigwardaw id-dritt ċivili u kummerċjali tal-UE u l-applikazzjoni prattika tagħhom kif ukoll jipprovdu pariri u taħriġ fi kwistjonijiet relatati. Il-punt ta' kuntatt jgħin ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali bi problemi relatati ma' talbiet transfruntieri għall-għajnuna u huwa involut attivament f'netwerks rilevanti u gruppi ta' ħidma.

Il-punt ta' kuntatt għandu indirizz tal-posta elettronika separat għall-qrati u għall-awtoritajiet legali u amministrattivi l-oħrajn involuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji tad-dritt ċivili u kummerċjali li jkunu jeħtieġu assistenza prattika bi problemi relatati ma' kawżi transfruntieri.

Il-forniment ta' informazzjoni dwar in-NĠE

Il-qrati, l-uffiċċji tal-għajnuna legali, il-prosekuturi, l-awtoritajiet eżekuttivi u l-uffiċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja kollha għandhom aċċess għal intranet b'informazzjoni komprensiva dwar assistenza internazzjonali f'materji ċivili u kriminali. Is-sit fih informazzjoni wkoll dwar in-NĠE u l-membri tiegħu fil-Finlandja u fih ħoloq għall-paġni tan-NĠE tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Informazzjoni dwar in-NĠE u materjali li jippubblika jiġu pprovduti wkoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u ġuristi oħrajn permezz tal-posta elettronika u l-posta tradizzjonali.

Is-sit pubbliku tal-Ministeru tal-Ġustizzja fih taqsima b'informazzjoni dwar id-diversi forom ta' għajnuna legali internazzjonali, leġiżlazzjoni relatata u ftehimiet, dettalji ta' kuntatt u struzzjonijiet. Is-sit fih ukoll informazzjoni dwar in-netwerks ġudizzjarji u ħolqa għall-paġni tan-NĠE tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2017

Dwar in-Netwerks - Svezja

L-Iżvezja appuntat persuna li taħdem fit-Taqsima għad-Dritt Proċedurali u l-Kwistjonijiet tal-Qrati fil-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-punt ta’ kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali, u persuna li taħdem fit-Taqsima għall-Politika dwar il-Kriminalità fil-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-Ġustizzja Elettronika.

Il-membri Żvediżi tan-netwerk huma l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati tal-Iżvezja, il-Kamra tal-Avukati tal-Iżvezja, l-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni, l-Aġenzija Żvediża tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Awtorità tal-Liġi tal-Familja u l-Appoġġ tal-Ġenituri u l-Awtorità Żvediża għall-Kumpens u l-Appoġġ tal-Vittmi, kif ukoll żewġ awtoritajiet ċentrali (it-Taqsima għall-Kawżi Penali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u fid-Dipartiment għall-Affarijiet Konsulari u l-Liġi Ċivili fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin).