Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dwar in-Netwerks - Awstrija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

L-Awstrija stabbiliet fid-Dipartiment I 9 tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz) punt ta’ kuntatt ċentrali li jindirizza mistoqsijiet legali minn punti ta’ kuntatt barranin magħmula permezz tan-netwerk, iwettaq diversi kompiti relatati mal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni u jorganizza u jeditja l-entrati Awstrijaċi għall-iskedi informattivi tan-netwerk li jiġu ppubblikati fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja.

Barra minn hekk, ġew innominati żewġ imħallfin bħala punti ta’ kuntatt għal kull waħda mill-erba’ ġuriżdizzjonijiet (tlieta għall-ġuriżdizzjoni ta’ Vjenna) tal-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht). Huma jipprovdu assistenza u appoġġ lill-punti ta’ kuntatt barranin u lill-qrati Awstrijaċi f’kawżi individwali li jinvolvu kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera (bħal meta jkun hemm diffikultajiet fil-kumpilazzjoni tax-xhieda transfruntiera jew fin-notifika tad-dokumenti). Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, il-punti ta’ kuntatt barranin għandhom jikkuntattjaw lill-punt ta’ kuntatt ġudizzjarju lokali rilevanti u mhux lill-punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja. Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna tinkludi l-provinċji ta’ Vjenna, l-Awstrija t’Isfel u Burgenland, dik tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Linz tinkludi l-provinċji tal-Awstrija ta’ Fuq u Salzburg, dik tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Innsbruck tinkludi l-provinċji ta’ Tirol u Vorarlberg u l-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Graz hija responsabbli għall-provinċji ta’ Steiermark u Kärnten.

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punti ta’ kuntatt Awstrijaċi tan-NĠE fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tal-Qorti Reġjonali Superjuri jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-link li ġejja: https://e-justice.europa.eu/contactPoint.do

Individwi privati/partijiet fil-proċedimenti jew ir-rappreżentanti legali tagħhom ma jistgħux jikkuntattjaw lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk direttament. Madankollu, huma jistgħu jitolbu lill-imħallef li jmexxi l-proċedimenti sabiex jirreferihom għal punt ta’ kuntatt.

Il-Kamra tal-Avukati tal-Awstrija (Österreichische Rechtsanwaltskammertag) u l-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija (Österreichische Notariatskammer) ilhom parti min-NĠE mill-1 ta’ Jannar 2011, madankollu, skont id-Deċiżjoni tan-NĠE tat-28 ta’ Mejju 2001 (2001/470/KE), kif emendata mid-Deċiżjoni 568/2009/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009, huma ma għandhomx il-kompetenza sabiex jittrattaw kawżi individwali.

Österreichischer Rechtsanwaltskammertag
1010 Wien, Tuchlauben 12
Tel.: +43/1/535-1275, Fax: +43/1/535-1275-13
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtsanwaelte@oerak.at
Lingwi: Il-Ġermaniż u l-Ingliż

Österreichische Notariatskammer
1010 Wien, Landesgerichtsstraße 20
Tel.: +43/1/4024-5090, Fax: +43/1/406-3475
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakammer@notar.or.at
Lingwi: Il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Ingliż


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2018