menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dwar in-Netwerks - Franza

Fi Franza, imħallfin, avukati (avocats), nutara u marixxalli tal-qorti (huissiers de justice) huma parti min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali. In-netwerk huwa madanakollu miftuħ għall-professjonijiet ġuridiċi kollha li jkollhom interess fiha, b’mod partikolari meta huma jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ materji ċivili u kummerċjali (skrivani tal-qorti (greffiers), kapijiet skrivani, imħallfin u skrivani tal-qrati kummerċjali).

Il-punt nazzjonali ta’ kuntatt huwa imħallef, li għandu esperjenza fil-qorti u li jaħdem fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Huwa/hija parti mill-Uffiċċju tal-liġi Ewropea, id-dritt internazzjonali privat u assistenza legali ċivili, li hija wkoll l-awtorità ċentrali għall-applikazzjoni ta’ diversi ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

F’kull Qorti tal-Appell u fi ħdan il-Qorti tal-Kassazzjoni, ‘Imħallef ta’ rappurtar” (jew “punt ta’ kuntatt lokali”) jiġi maħtur. Ir-rwol tiegħu/tagħha huwa li jiffaċilita, f'livell lokali, ir-riżoluzzjoni ta’ diffikultajiet ta' kooperazzjoni li jqumu permezz tan-netwerk u li jipprovdi informazzjoni lill-ġudikatura rigward it-tħaddim ta’ strumenti dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u b’mod ġenerali dwar il-liġi tal-UE. L-imħallfin rapporteurs fil-Qrati tal-Appell u l-Qorti tal-Kassazzjoni jistgħu wkoll jinformaw il-punt ta’ kuntatt nazzjonali dwar id-diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali, imbagħad jgħaddi l-informazzjoni lil ħaddieħor.

Il-Marixxalli tal-Qorti (huissiers de justice) huma rappreżentati mill-Kamra Nazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Avukati (avocats) huma rappreżentati mid-Delegazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati Franċiżi (Delegazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati ta' Brussell).

Nutara (notaires) huma rappreżentati mill-Kamra nazzjonali tan-nutara.

Imħallfin ta' kollegament Franċiżi li jaħdmu f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma wkoll parti min-netwerk, bħalma huma l-awtoritajiet ċentrali maħtura għall-applikazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ċivili u kummerċjali.

Darba fis-sena, f’data qrib il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja, il-membri kollha tan-netwerk Franċiż jiltaqgħu f’Pariġi sabiex jirrevedu l-attivitajiet tan-netwerk u biex jiddiskutu l-iżviluppi fil-liġi tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward ta’ materji ċivili u kummerċjali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2017