Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dwar in-Netwerks - Ungerija

Id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium Nemzetközi Magánjogi Főosztálya) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt fl-Ungerija, b’diversi uffiċjali fid-dipartiment li jaqdu l-funzjonijiet korrispondenti fost id-doveri l-oħra tagħhom.

Bħala awtoritajiet ċentrali, il-Ministeru tal-Ġustizzja (id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat) u l-Ministeru tar-Riżorsi Umani (Emberi Erőforrások Minisztériuma) huma membri tan-Netwerk. L-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali (Országos Bírósági Hivatal) bħala korp ġudizzjarju ieħor, il-Kamra Nazzjonali tan-Nutara tal-Ungerija (Magyar Országos Közjegyzői Kamara), il-Kamra tal-Avukati Ungeriża (Magyar Ügyvédi Kamara) u l-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti tal-Ungerija (Magyar Bírósági Végrehajtói Kamara), bħala assoċjazzjonijiet professjonali, huma wkoll membri tan-Netwerk. Ir-rappreżentanti tal-membri ta’ sikwit jattendu l-laqgħat tan-Netwerk, ovvjament skont xi tkun l-aġenda tal-laqgħat.

L-Ungerija ma għandhiex netwerk nazzjonali formali tal-membri Ungeriżi tan-Netwerk. Il-kooperazzjoni fost il-membri sseħħ fuq bażi ad hoc skont u meta jinħass il-bżonn.

Ir-riżorsi li fihom informazzjoni prattika dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili fl-UE u ma’ Stati terzi, elaborati mid-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja, huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida hawnhekk.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2017