menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dwar in-Netwerks


X'inhu n-NĠE-ċivili?

L-Unjoni Ewropea għandha varjetà wiesgħa ta' sistemi legali nazzjonali, u din id-diversità, flimkien ma' leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni, wasslet għall-bżonn li tingħata għajnuna u informazzjoni permezz ta' netwerk speċifiku lill-awtoritajiet li jkunu qed jittrattaw każijiet transfruntieri. Dawn il-każijiet jistgħu jkopru tilwim ta' negozju, tal-konsumaturi jew tal-impjiegi, jew kwistjonijiet ta' divorzju, kustodja tal-minuri jew tas-suċċessjoni. In-Netwerk jiġbor fi ħdanu l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-assistenza għall-qrati lokali, u twaqqaf biex jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja u legali bejn l-Istati Membri. In-NĠE-ċivili twaqqaf permezz tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 u beda jopera fl-1 ta' Diċembru 2002. Il-bażi ġuridika ġiet immodifikata darba, fl-2009 (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-verżjoni konsolidata tinsab hawn). Fin-NĠE-ċivili jipparteċipaw l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAgħti daqqa t'għajn lejn l-infografika tan-NĠE!

L-għanijiet tan-NĠE-ċivili

Sa mill-bidu tiegħu, in-NĠE-ċivili kien strument importanti biex jipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni ta’ strumenti tal-ġustizzja ċivili tal-UE fil-prattika ġuridika ta' kuljum. In-NĠE-ċivili jiffaċilita u joffri sostenn lir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali permezz ta' punti ta' kuntatt f'kull Stat Membru, u b'hekk jgħin biex il-każijiet transfruntieri jiġu ffaċilitati. Din il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet għandha l-għan li tagħti għajnuna lil nies involuti f'kawżi ġudizzjarji ċivili u kummerċjali transfruntieri.

Min huma l-membri tan-NĠE-ċivili?

Hemm iktar minn 500 membru tan-Netwerk, li jaqgħu taħt il-ħames kategoriji msemmija taħt. Kull Stat Membru għandu minn tal-anqas punt ta' kuntatt wieħed.

In-Netwerk hu magħmul minn:

  • punti ta’ kuntatt innominati mill-Istati Membri;
  • korpi u awtoritajiet ċentrali speċifikati fil-liġi tal-Unjoni, fi strumenti internazzjonali li l-Istati Membri huma partijiet fihom, jew fil-liġi domestika li għandha x'taqsam mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali;
  • maġistrati ta' kollegament b’responsabbiltajiet għal kooperazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali;
  • awtoritajiet oħra ġudizzjarji jew amministrattivi responsabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali li l-Istat Membru jkun iqis li s-sħubija tagħhom tkun utli;
  • assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw il-professjonisti legali li huma direttament involuti fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-istrumenti internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 04/10/2017