Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dwar in-Netwerks - Portugall

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-punt ta' kuntatt

Il-Portugall ħatar punt ta' kuntatt għall-NĠE-civil (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropea fl-oqsma ċivili u kummerċjali). Il-punt ta' kuntatt huma mħallef maħtur mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) permezz ta' kompetizzjoni.

In-netwerk nazzjonali

In-netwerk nazzjonali huwa ffurmat minn: awtoritajiet ċentrali skont l-istrumenti legali tal-UE, strumenti legali internazzjonali oħra li tagħhom huwa parti l-Portugall jew f'dispożizzjonijiet legali nazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; awtoritajiet amministrattivi b'responsabbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw lill-professjonisti legali involuti direttament fl-eżekuzzjoni tal-istrumenti internazzjonali u tal-UE marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

In-netwerk nazzjonali ma jinkludix imħallfin ta' kuntatt jew esperti.

Membri nazzjonali tan-netwerk

Minbarra l-punt ta' kuntatt, l-istruttura nazzjonali tan-netwerk tinkludi 11-il membru:

  • Id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Política de Justiça)
  • Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Administração da Justiça)
  • Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais)
  • L-Istitut tar-Reġistrazzjoni u l-Affarijiet Nutarili (Instituto dos Registos e do Notariado, I.P.)
  • L-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura tal-Ġustizzja (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça, I.P.)
  • Il-Kunsill tal-Medjaturi (Conselho dos Julgados de Paz)
  • L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali (Instituto de Segurança Social, I.P.)
  • Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi (Comissão de Protecção às Vítimas de Crimes)
  • Il-Kamra tal-Avukati (Ordem dos Advogados)
  • L-Assoċjazzjoni tas-Solicitors u l-Aġenti ta' Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução)
  • L-Assoċjazzjoni tan-Nutara (Ordem dos Notários)

L-awtoritajiet ċentrali

Mill-membri msemmija hawn fuq, li ġejjin huma awtoritajiet ċentrali:

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - Ministeru tal-Ġustizzja (Ministério da Justiça)

  • Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18/12/2008
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tat-13/11/2000
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28/5/2001
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-Notifika barra mill-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar it-Teħid ta’ Evidenza Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta’ Manteniment tal-Familja
  • Il-Konvenzjoni ta' New York tal-1956 dwar l-Irkupru Barra mill-Pajjiż tal-Manteniment

Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tas-27/11/2003
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal

L-Istitut tar-Reġistrazzjoni u l-Affarijiet Nutarili – Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 650/2012 tal-4/7/2012

L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali – Ministeru għas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Ministério da Solidariedade e da Segurança Social)

  • Id-Direttiva 2003/8/KE tas-27/1/2003

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Id-Direttiva 2004/80/KE tas-29/04/2004

Il-koordinazzjoni tan-netwerk nazzjonali fi struttura deċentralizzata

Fil-Portugall, in-netwerk nazzjonali għandu struttura deċentralizzata Il-koordinament, li huwa assigurat mill-punt ta' kuntatt, huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni volontarja bejn il-membri nazzjonali. Il-membri nazzjonali jipparteċipaw regolarment f'laqgħat trimestrali organizzati mill-punt ta' kuntatt. Kull meta jkun hemm bżonn ta' kjarifika jew soluzzjoni għal kwistjoni partikolari, jiġu organizzati laqgħat mal-membri nazzjonali konċernati.

In-netwerk ma jinkludix l-esperti. Jekk għal kwistjoni partikolari jkun hemm bżonn l-opinjoni ta' espert, il-punt ta' kuntatt jitlob il-kooperazzjoni tal-aktar awtorità nazzjonali xierqa fuq bażi informali u volontarja. Il-membri nazzjonali kollha jiġu mħeġġa regolarment mill-punt ta' kuntatt biex jikkooperaw fl-oqsma speċifiċi fil-kompetenza u responsabbiltà tagħhom rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'oqsma ċivili u kummerċjali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/09/2019