Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

Jekk inti vittma ta' attività ta' ħsara għall-ambjent jew jekk inti biss ċittadin viġilanti li trid tipproteġi l-ambjent, huwa utli li tkun taf x'inhuma d-drittijiet tiegħek meta jew tindirizza lil xi qorti tal-ġustizzja jew meta tressaq ilment quddiem xi wieħed mill-korpi nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari jekk inti tinsab imsiefer. Waqt li tipprattika dawn id-drittijiet inti tista' wkoll titlob għall-għajnuna b'informazzjoni prattika mill-awtoritajiet u organizzazzjonijiet nazzjonali. F'ċerti każijiet jista' jkun diffiċli tkun taf x'għandek tagħmel u għand min għandek tmur. Dawn l-iskedi informattivi se jipprovdulek varjetà ta' tagħrif dwar dak li għandek tistenna f'kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea.


L-iskedi informattivi dwar l-aċċess ambjentali għall-ġustizzja huma maħsuba biex jipprovdu regoli faċilment aċċessibbli dwar kif tagħti bidu għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja indipendenti jew korp amministrattiv.

Jekk pereżempju, tiltaqa' ma' xi attività ta' ħsara għall-ambjent jew jekk sempliċement m'intix ipprovdut bil-garanziji proċedurali waqt proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet (bħall-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew il-parteċipazzjoni pubblika), int tista' tikkuntesta dan quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp tal-liġi indipendenti ieħor. F'każijiet bħal dawn huwa utli li tkun taf ir-regoli speċifiċi f'kull Stat Membru dwar id-drittijiet għaċ-ċittadini u l-gruppi tagħhom fi proċedura ta' rieżami.

L-ewwel nett, sabiex int tkun tista' tikkuntesta atti amministrattivi, deċiżjonijiet u kif ukoll omissjonijiet, huwa importanti li tkun taf ir-regoli li jagħtu aċċess għall-qrati, xi drabi msejħa bħala "locus standi".

It-tieni nett, jekk int tkun ippreżentajt appell b'suċċess quddiem qorti, huwa wkoll importanti li tkun taf li ċ-ċittadini u l-gruppi tagħhom huma eliġibbli għal ċerti garanziji li jkopru l-kundizzjonijiet ta' aċċess fejn ikun jeżisti dritt li tikkuntesta. Dan ifisser, b'mod partikolari, li l-proċedura għal appell għandha tkun konkluża fi żmien raġonevoli mingħajr dewmien mhux dovut u li l-partijiet fil-proċedimenti ma jistgħux jiffaċċjaw proċeduri projbittivament għaljin.

Huwa utli li tkun taf li fis-settur ambjentali, anke organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-protezzjoni ambjentali għandhom status privileġġjat fi proċeduri ta' rieżami, billi jaqdu r-rwol tagħhom ta' għassiesa ambjentali u ta' aġenti li jiddefendu l-ambjent li ma jistax jipproteġi lilu nnifsu, peress li "l-ambjent m'għandux vuċi".

Meta jiġi identifikat l-aħjar approċċ biex tiġi segwita azzjoni ta' ħsara ambjentali reali jew potenzjali li għandha wkoll impatt fuq, pereżempju, żona protetta jew fuq is-saħħa taċ-ċittadini, huwa importanti li tkun taf li f'ċerti każijiet korpi speċjalizzati bħal prosekuturi jew l-ombudsman jistgħu jkunu disponibbli għaċ-ċittadini li jistgħu jippreżentaw ilment.

L-iskedi informattivi li ġejjin se jiggwidawk fil-passi l-iktar importanti tal-proċedimenti ambjentali f'kull Stat Membru, billi jispjegaw id-drittijiet li għandek u r-regoli bażiċi li għandek bżonn issegwi biex teżerċitahom. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss biex tkun ta' gwida.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 11/08/2017