Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Adattament ta’ drittijiet in rem

Il-werrieta f’pajjiż tal-UE jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet għall-wirt f’pajjiż ieħor tal-UE meta d-drittijiet ikunu adattati biex jaqblu sew mad-drittijiet fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom.


Sabiex werrieta jew legatarji f’pajjiż ieħor tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li nħolqu jew ġew trasferiti lilhom permezz tas-suċċessjoni, ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni jipprevedi dritt mhux magħruf in rem (dritt fil-proprjetà immobbli jew mobbli) li għandu jiġi adattat għall-eqreb dritt ekwivalenti in rem skont il-liġi tal-pajjiż l-ieħor tal-UE. L-għanijiet u l-interessi segwiti mid-dritt in rem speċifiku u l-effetti li jirriżultaw minnu għandhom jitqiesu meta jiġi adattat id-dritt.

F’dan il-kuntest, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali ppubblika xi fuljetti ta’ informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali li jispjegaw:

  • id-drittijiet in rem li jistgħu jinqalgħu minn suċċessjoni
  • jekk dawn id-drittijiet humiex irreġistrati f’reġistru ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli
  • l-effetti li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tagħhom
  • regoli u proċeduri speċifiċi għall-adattament ta’ dritt in rem.

Biex tikkonsulta dokument ta’ informazzjoni dwar il-liġi u l-proċeduri nazzjonali għall-adattament tad-drittijiet in rem f’pajjiż tal-UE, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-bandiera nazzjonali rilevanti f’din il-paġna.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 27/11/2017