Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Proċessar Awtomatiku - Awstrija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

LISTA TAL- KONTENUT

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, il-proċedimenti tal-qorti jistgħu jinbdew onlajn permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja (ERV). Madankollu, dan jeħtieġ reġistrazzjoni ma’ waħda minn diversi għażliet ta’ kmamar tal-ikklerjar, li jgħaddu l-input għas-sistema ġudizzjarja. Ir-reġistrazzjoni hija bil-ħlas. Hemm ħlas bażiku ta’ madwar EUR 20.00 kull xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ madwar EUR 0.30 għal kull ħaġa li titniżżel. Ittra reġistrata tiswa madwar EUR 3.00 fl-Awstrija.

Servizz ta' uplowd bla ħlas permezz ta’ kard taċ-ċittadini huwa wkoll disponibbli għall-uplowds. Madankollu, għall-kuntrarju tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja, is-servizz bil-kard jipprovdi servizz f’direzzjoni waħda biss.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja tippermetti l-komunikazzjoni onlajn bejn il-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi fuq naħa waħda, u l-partijiet fuq in-naħa l-oħra, bl-istess mod bħal fil-forma stampata. Tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ proċedimenti. Ma hemm l-ebda proċedimenti li għandhom dejjem jinbdew onlajn.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Is-servizz huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ir-raġunijiet tal-pretensjoni u d-dejta proċedurali kollha għandhom jittellgħu fi struttura preskritta XML (jew bħala PDF mehmuż ma’ din l-istruttura).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trażmissjoni tad-dejta permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja hija assigurata permezz tal-protokoll https. Iċ-ċertifikati huma użati sabiex jawtentikaw il-partijiet kollha involuti. Il-komunikazzjoni bejn is-servers hija wkoll imsejsa fuq iċ-ċertifikati. Il-ħtieġa għall-utenti li jirreġistraw b'punt ta’ aċċess (ara l-punt 1 iktar ’il fuq) tipprovdi sigurtà addizzjonali.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ara l-punt 5 hawn fuq (ċertifikati). Firem elettroniċi mhumiex meħtieġa. Servizz ta' kronogramma ċentrali huwa disponibbli għall-annotazzjonijiet fir-Reġistru tal-Artijiet biss, li jikkonferma li tkun waslet sottomissjoni valida.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qorti għal uplowds onlajn jitħallsu permezz ta’ debitu dirett. Bħala regola ġenerali, it-tariffi biex jinbdew il-proċedimenti onlajn huma l-istess bħal dawk għal proċedimenti li jinbdew fil-forma stampata. F’ċerti każijiet, jeżisti roħs għal sottomissjoni li ssir elettronikament.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ma hemm l-ebda differenza bejn il-varjanti onlajn u offlajn. Ir-regoli tal-liġi dwar il-proċedura ċivili japplikaw ugwalment għal proċedimenti mmexxija permezz tal-pjattaforma Awtrijaka elettronika tal-Ġustizzja. Anki jekk ma ġewx iffajljati onlajn, il-pretensjonijiet jistgħu jiġu rtirati onlajn.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, l-internet jista’ jintuża biex jiġu difiżi l-pretensjonijiet, biex jiġu ffajljati appelli eċċ. L-użu tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja ġeneralment mhuwiex obbligatorju; madankollu, l-avukati, n-nutara, il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fondi tas-sigurtà soċjali, l-Aġenzija Federali tal-Finanzi (Finanzprokuratur) kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-avukatura għandhom jużaw il-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ir-regoli tal-liġi dwar il-proċedura ċivili japplikaw ugwalment għal proċedimenti li jsiru onlajn.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ir-regoli tal-liġi dwar il-proċedura ċivili japplikaw ugwalment għal proċedimenti li jsiru onlajn.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva, it-tipi kollha ta’ dokumenti jistgħu jintbagħtu lill-qrati permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja. L-atti oriġinali jistgħu anki jitressqu elettronikament fir-Reġistru tal-Artijiet u fir-reġistru tal-proċedimenti tal-kumpaniji.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva, permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva, il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jispezzjonaw ir-reġistru tal-każijiet fil-proċedimenti kollha ta’ infurzar ċivili onlajn permezz ta’ kmamar tal-ikklerjar, iżda biss għal każijiet tagħhom stess. Id-drittijiet ta’ spezzjoni huma verifikati bl-użu ta’ kodiċi ta' indirizz uniku allokat lil kull persuna bi drittijiet ta’ spezzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2018