Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Proċessar Awtomatiku - Bulgarija

LISTA TAL- KONTENUT

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Il-liġi Bulgara ma tipprovdix għat-tali opzjoni. Ir-rikorsi huma sottomessi bil-miktub lil reġistru tal-qorti u għandhom jiġu miktuba bil-Bulgaru. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu bil-posta iżda mhux bil-faks jew bil-posta elettronika.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Skont il-liġi Bulgara, l-azzjonijiet proċedurali mill-partijiet f’każijiet ċivili u kummerċjali mhumiex meqjusa bħala validi jekk dawn jiġu mwettqa elettronikament u jiġu ffirmati b’firma elettronika. Il-partijiet iressqu każ quddiem il-qorti permezz ta’ rikors miktub bil-Bulgaru u mogħni bil-firem tagħhom. Rikors jista’ jiġi ppreżentat lill-iskrivan tal-Uffiċċju tal-qorti rilevanti jew indirizzat jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

L-Artikolu 184 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (GPK) jippermetti dokumenti elettroniċi u kif ukoll dokumenti stampati li jridu jiġu ppreżentati f’każijiet ċivili u kummerċjali. Id-dokument elettroniku jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti fuq il-karta. Jekk ikkontestat mill-parti li tkun qed toġġezzjona, id-dokument għandu jiġi ppreżentat fuq mezz elettroniku. Fin-nuqqas tat-tagħmir meħtieġ u l-persunal meħtieġ biex jiġi riprodott id-dokument elettroniku f’seduta tal-qorti, il-parti li ppreżentat id-dokument elettroniku tista’ tintalab mill-qorti biex tipprovdi l-partijiet l-oħra b’kopja elettronika.

Il-proċedura għall-kontestazzjoni ta’ dokument elettroniku, u b’mod partikolari l-firma elettronika li huwa fattur obbligatorju ta’ dokument elettroniku, hija stipulata fl-Att dwar id-Dokument Elettroniku u l-Firma Elettronika.

L-uniku provvediment li jsir mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għal azzjoni proċedurali onlajn huwa s-sekwestru biex jagħmel tajjeb għat-talbiet ta’ debitur fi proċedimenti ta’ infurzar. Dan il-qafas legali huwa parti mill-proċess ta’ infurzar u l-azzjoni tiġi eżegwita minn bailiff.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

L-Artikolu 42(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti li l-komunikazzjonijiet jiġu nnotifikati lil parti f’każ ċivili jew kummerċjali permezz tal-posta elettronika. Il-komunikazzjonijiet jitqiesu li jkunu ġew innotifikati meta jkunu ddaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni speċifikata, u n-notifika hija attestata permezz ta’ kopja tar-rekord elettroniku rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tal-Kodiċi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Ara r-risposta għad-Domanda 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Il-liġi Bulgara ma tipprovdix għal dan. Ara l-aħħar subparagrafu tar-risposta għad-Domanda 12.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

L-aċċess pubbliku għal deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa disponibbli (mingħajr ma hemm bżonn li tirreġistra) permezz tas-sit web tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem tar-Repubblika tal-Bulgarija: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://legalacts.justice.bg/. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jiġu mfittxija bl-użu ta’ numru ta’ kriterji, b’mod partikolari ‘l-isem’, ‘it-tip ta’ każ’, ‘is-sena’, ‘in-numru tal-każ’ u ‘keywords’. Tiftix avvanzat bl-użu ta’ kriterji aktar speċifiċi huwa wkoll possibbli. B’konsegwenza ta’ dan it-tiftix, parti fil-kawża, jew ir-rappreżentant tagħha, jista’ iniżżel id-deċiżjoni ġudizzjarja f’format ‘doc’. Id-deċiżjonijiet huma ppubblikati hekk kif jittieħdu, suġġett għar-rekwiżiti tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali u l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata. Id-deċiżjonijiet huma ppubblikati b’tali mod li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fihom ma jistgħux jiġu identifikati. Id-deċiżjonijiet f’każijiet li jirrigwardaw l-istatus ċivili jew tas-saħħa ta’ individwi huma ppubblikati mingħajr ma jingħataw ir-raġunijiet għalihom.

Barra minn hekk, is-sit web ta’ kull qorti jippermetti li l-progress tal-każijiet u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati jiġi ssorveljat. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-informazzjoni dwar il-progress tal-każijiet jistgħu jinsabu bl-użu tal-kriterji ta’ tiftix elenkati hawn fuq, u d-deċiżjonijiet huma ppubblikati bil-mod deskritt. B’konsegwenza ta’ dan it-tiftix, il-parti fil-kawża, jew ir-rappreżentant tagħha, jista’ iniżżel id-deċiżjoni ġudizzjarja adottata f’format ‘doc’.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018