Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Proċessar Awtomatiku - Italja

LISTA TAL- KONTENUT

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, il-kawżi ċivili jistgħu jsiru quddiem il-qrati u l-qrati tal-appell kollha. Għall-mandati kawtelatorji, fi kwalunkwe qorti, huma obbligatorji.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

F’kawżi ċivili kontenzjużi u mhux kontenzjużi u proċedimenti ta’ eżekuzzjoni quddiem il-qrati u l-qrati tal-appell, l-avukati tal-partijiet jistgħu jippreżentaw l-atti u d-dokumenti proċedurali b’mezzi elettroniċi biss. L-istess jgħodd għas-sottomissjoni tal-atti u d-dokumenti minn persuni maħtura jew b’delega minn awtoritajiet ġudizzjarji. Għall-atti l-oħra, tista’ ssir is-sottomissjoni b’mezzi elettroniċi.

Il-mandati kawtelatorji jiġu trattati b’mezzi elettroniċi biss.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

In-notifika għall-preżentata elettronika tal-atti hija disponibbli f’kull ħin.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Iva, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jiġu osservati huma stabbiliti f’miżura datata s-16 ta’ April 2014. Huma disponibbli f’din il-ħolqa:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://pst.giustizia.it/PST/resources/cms/documents/SpecificheTecnicheTestoCoordinatoArticolato.pdf

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-“envelopp elettroniku” (busta telematica), li jkun fih l-att ġudizzjarju u l-annessi eventwali, huwa kriptat b’tali mod li l-kontenut jista’ jinqara biss mill-qorti li quddiemha ġie preżentat.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Hija mitluba l-firma diġitali; il-kronogramma elettronika mhix meħtieġa.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

L-hekk imsejjaħ “tariffa unika” (contributo unificato) meħtieġa bil-liġi, tista’ titħallas elettronikament, permezz ta’ proċedura apposta onlajn li titlob l-awtentikazzjoni permezz ta’ smart card Taljana. It-tariffa hija l-istess bħal dik għall-proċeduri mhux elettroniċi.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, permezz ta’ att elettroniku ekwivalenti għal dak stampat.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ rikors, il-konvenut jista’ jipproċedi kif jidhirlu li huwa l-aktar xieraq; Madankollu, s-sottomissjoni elettronika hija obbligatorja matul il-proċedimenti quddiem il-qrati u l-qrati tal-appell.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Japplikaw l-istess regoli previsti għal dawk il-proċedimenti b’dokumenti stampati. Il-konvenut jista’ jippreżenta r-risposta tiegħu b’mod elettroniku biss jekk il-qorti hija awtorizzata tilqa’ sottomissjonijiet elettroniċi għat-tip ta’ proċediment u dokumenti konċernati.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Japplikaw l-istess regoli previsti għal dawk il-proċedimenti b’dokumenti stampati.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1 u 2.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki lill-avukati tal-partijiet jintbagħtu biss bl-Internet (posta elettronika ċċertifikata skont ir-regoli Taljani).

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva. Il-mandati kawtelatorji jinħarġu biss f’format elettroniku (mit-30 ta’ Ġunju 2014).

Il-qrati ċivili joħorġu mat-300,000 deċiżjoni f'format elettroniku fix-xahar.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

L-appell jista’ jsir online. Is-sentenza dwar l-appell tiġi nnotifikata biss bl-Internet (posta elettronika ċċertifikata (PEC) skont ir-regoli Taljani).

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva, billi jawtentifikaw ruħhom (bl-ismart card Taljana) f’punt ta’ aċċess awtorizzat jew permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://pst.giustizia.it/PST/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 26/08/2020