Κλείσιμο

Η ΕΚΔΟΣΗ BETA ΤΗΣ ΠΥΛΗΣ ΕΙΝΑΙ ΤΩΡΑ ΔΙΑΘΕΣΙΜΗ!

Επισκεφθείτε την έκδοση BETA της διαδικτυακής πύλης της ευρωπαϊκής ηλεκτρονικής δικαιοσύνης και πείτε μας τη γνώμη σας!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Proċessar Awtomatiku - Malta

LISTA TAL- KONTENUT

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva tista’, b’dan pero, jiddependi quddiem liema qorti/tribunal ser jinbdew il-proċeduri.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-proċeduri li jistgħu jinbdew permezz ta’ applikazzjoni bl-internet huma is-segwenti:

  • Proċeduri quddiem it-Tribunal Ghal Talbiet Zghar;
  • Proċeduri quddiem Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva; u
  • Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha.

Ma hemmx proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Din il-faċilita’ hija disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, pero t-talba/rikors, tigi pproċessata fil-ħinijiet ta’ ftuħ tal-Qorti jiġifieri mid-9am sat- 3pm (mill-1 t’Ottubru sal-15 ta’ Gunju) u mit-8am sal-12pm (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru).  Jekk it-talba/rikors tkun ġiet ippreżentata barra dawn il-ħinijiet, din tiġi meqjusa bħala preżentata fil-ġurnata tax-xogħol sussegwenti fil-ħinijiet hawn fuq imsemmija.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

F’każ ta’ Talba fit-Tribunal Għal Talbiet Żgħar din issir billi timtela’ l-formola apposita li tinsab onlajn u fiha jimtlew id-dettalji kollha rikjesti sabiex tiġi sottomessa għall-ipproċessar.

F’każ ta’ Rikors quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, l-ewwel iridu jimtlew id-dettalji kif rikjest mill-eform u sussegwentement irid jiġi anness kopja skenjata tar-rikors fil-format kif provdut fil-Liġi flimkien mad-dokumenti, jekk ikun hemm.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trasferiment tad-dejta ssir b’mod encrypted u ż-żamma tagħha huwa regolat mill-politika tal-Gvern.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Biex tibda talba quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, mhux meħtieġ li tintuża xi tip ta’ firma elettronika.  Pero’ fir-rigward tar-risposta, risposta għall-kontro talba, u l-appell quddiem dan it-Tribunal, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress li wieħed irid jillogja bl-e-id tiegħu.

Fil-każ ta’ kawżi quddiem it-Tribunal Reviżjoni Amministrattiva u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress illi dan huwa servizz offrut biss lill-avukati u lill-prokuraturi legali wara li jkunu rreġistraw għal tali servizz permezz tal-e-id.

Fir-rigward tal-ħin, hekk kif it-talba/rikors jiġu sottomessi jiġi ġenerat il-ħin u d-data tas-sottomissjoni b’mod awtomatiku.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi relatati mall-att li jkun ġie ppreżenta onlajn, jitħallas onlajn ukoll. It-tariffi huma l-istess ħlas daqs li kieku qed jiġu ppreżentati mhux elettronikament.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Din ma tistgħax ssir onlajn, iżda l-persuna tkun trid tiġi personalment biex iċċedi l-kawża fir-reġistru tal-Qorti.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, is-servizz provdut għall-onlajn huwa biss biex tinbeda l-proċedura. S’issa għadu mhux possibbli li wiehed jirrispondi dawn it-tip ta’ proċeduri permezz tal-internet.

Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, apparti biex tinbeda il-kawża wiehed jista’ wkoll jippreżenta r-risposta, ir-risposta għall-kontro talba u l-appell onlajn.

M'huwiex obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, il-kawża tigi appuntata għas-smigħ.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, u la darba jkun għalaq iż-żmien għal dik ir-risposta l-kawża tiġi appuntata għas-smigħ.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Huwa possibbli li jitressqu d-dokumenti b’mod elettroniku meta dawn jiġu ppreżentati flimkien mat-talba oriġinali li tkun qed issir b’mod elettroniku wkoll.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Skont il-liġi Maltija, m'hijiex meħtiega notifika ta’ sentenzi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Kull sentenza preliminari jew finali tinqara fil-miftuħ mill-Qorti u kopja tagħha tingħata lill-partijiet jew r-rappreżentant legali li jkunu preżenti għas-seduta, iżda wieħed jista’ jikseb kopja tas-sentenza b’mod elettroniku kif ser jiġi spjegat aktar ‘l isfel.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell permezz tal-internet huwa biss possibbli fil-kaz t’Appell minn deċiżjoni tat-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, pero s-sentenza ma tistgħax tiġi notifikata permezz tal-internet.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Dan m’huwiex possibli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJustice Services jipprovdi servizz ta’ deċiżjonijiet onlajn li huma aċċessibli mingħajr ħlas mir-rappreżentanti legali kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali.

Apparti minn dan is-sit, il-professjonisti legali jistgħu jabbonaw permezz tal-e-id tagħhom, għas-servizz li jġib l-isem ta’ eCourts fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://ecourts.gov.mt/onlineservices fejn hawn hekk għandhom aċċess għall-każijiet, atti gudizzjarji u mandati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2018