Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Avviż dwar Brexit



Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020 u l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ spiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2020. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHawn tista’ ssib aktar informazzjoni dwar x’inhuma l-bidliet wara dan.

Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut f’dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Jekk is-sit ikun fih kontenut li jkun għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Fil-kuntest tal-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, il-proċeduri u l-proċeċedimenti pendenti mibdija qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkompli skont il-liġi tal-UE. Għal dan l-iskop, il-Portal tal-Ġustizzja elettronika se jżomm l-informazzjoni li ġejja marbuta mar-Renju Unit, abbażi ta’ ftehim reċiproku mar-Renju Unit, sa tmiem l-2022:

  1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-liġi nazzjonali (skedi informattivi nazzjonali) ġestita min-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
  2. Informazzjoni u notifiki uffiċjali mogħtija lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni dwar d-Dokumenti pubbliċi (ir-Regolament (UE) 2016/1191)

Sa tmiem l-2022, ir-Renju Unit jista’ jkompli jiġi jintgħażel fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ proċeduri u proċedimenti fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali mibdija qabel it-tmiem tal-perjodu tat-tranżizzjoni. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformoli tad-Dokumenti pubbliċi li fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel wara l-1 ta’ Jannar 2021.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat reviżjoni tal-"Avviż lill-partijiet ikkonċernati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u r-regoli tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u d-dritt internazzjonali privat”. Tista’ tikkonsulta d-dokument il-ġdid Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 29/12/2020