Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 1215/2012

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament 1215/2012 jimmira li jiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja, b’mod partikolari billi jipprovdi r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati u r-regoli dwar għarfien rapidu u sempliċi u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali mogħtija fl-Istati Membri.

Ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament 44/2001 (ir-Regolament Brussell I) li, madankollu, jibqa’ japplika għall-proċedimenti istitwiti qabel ir-Regolament 1215/2012 jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Jannar 2015 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 66 tar-Regolament 1215/2012).

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluża d-Danimarka li kkonkludiet il-Ftehim tal-2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. L-emendi leġiżlattivi neċessarji fid-Danimarka diġà daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2013.

Ir-Regolament jiddetermina l-qrati li l-Istat Membru tagħhom ikollu ġurisdizzjoni biex jiddeċiedi dwar tilwim ċivili u kummerċjali fejn ikun hemm element internazzjonali.

Ir-Regolament jipprovdi wkoll li sentenza mogħtija fi Stat Membru tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali.

Sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija eżekutorja f’dak l-Istat tkun eżegwita fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta’ ebda dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.

Ir-Regolament jipprovdi għal żewġ forom, jiġifieri, iċ-ċertifikat li jikkonċerna sentenza u ċ-ċertifikat li jikkonċerna strument awtentiku/soluzzjoni bil-qorti.

Skont ir-Regolament, l-Istati Membri nnotifikaw lill-qrati kompetenti li lilhom għandha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal rifjut ta’ infurzar u l-qrati kompetenti li jittrattaw l-appelli. Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Skont l-Artikolu 26(2), għal ċerti kwistjonijiet, il-qorti, qabel ma tassumi l-ġurisdizzjoni, tiżgura li l-konvenut jiġi mgħarraf dwar id-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti u dwar il-konsegwenzi jekk jidher jew jekk ma jidhirx għall-proċeduri". Għal dan l-għan, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali stabbilixxa test standard mhux obbligatorjuPDF(251 Kb)mt li jinkludi l-informazzjoni li l-qorti setgħet tuża biex twettaq l-obbligu tagħha li tipprovdi lill-konvenut l-informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFtehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, ĠU, 2005 11 16, L299.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Belġju

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

Mhux applikabbli

- fil-Belġju, il-qorti tal-prim’ istanza (“tribunal de première instance”)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fil-Belġju:
(a) għal appell mill-konvenut: il-qorti tal-ewwel istanza
(b) għal appell mill-appellanti: il-qorti tal-appell (cour d'appel / hof van beroep)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fil-Belġju, il-Qorti tal-Kassazzjoni (“Cour de cassation”)

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux applikabbli

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-ebda

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux applikabbli

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u Franza dwar il-Ġuriżdizzjoni u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmata f’Pariġi fit-8 ta’ Lulju 1899,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi dwar il-ġuriżdizzjoni, il-Falliment u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmata fi Brussell fit-28 ta’ Marzu 1925,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Renju tal-Belġju li tipprovdi għall-Eżekuzzjoni Reċiproka ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, bi Protokoll, iffirmata fi Brussell fit-2 ta’ Mejju 1934,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Belġju dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fit-30 ta’ Ġunju 1958,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-16 ta’ Ġunju 1959,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Eżegwibbli oħrajn f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fis-6 ta’ April 1962,
  • it-Trattat bejn il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Lussemburgu dwar il-ġuriżdizzjoni, il-Falliment u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Novembru 1961, sakemm dan ikun għadu fis-seħħ.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Bulgarija

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

Mhux applikabbli.

L-eżekuzzjoni diretta skont ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 hija rregolata mill-Artikolu 622a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

“L-Artikolu (ġdid) 622a (il-Gazzetta tal-Istat Nru 50/2015)

(1) Sentenza li tingħata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea għandha tkun eżegwibbli mingħajr il-ħtieġa ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni.

(2) Il-marixxall tal-qorti għandu jwettaq l-eżekuzzjoni, fuq it-talba tal-parti kkonċernata, abbażi ta’ kopja tas-sentenza minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, awtentikata mill-qorti li tkun ħarġitha, u ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

(3) Meta l-marixxall tal-qorti jistabbilixxi li l-miżura jew l-ordni ma tistax tiġi eżegwita skont il-kundizzjonijiet u f’konformità ma’ dan il-Kodiċi, għandu jordna eżekuzzjoni sostitutiva.

(4) Sentenza li tingħata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li tordna miżura proviżorja, inkluża miżura ta’ prekawzjoni, għandha tkun eżegwibbli f’konformità mal-paragrafi 1 u 2. Meta l-miżura tkun ġiet ordnata mingħajr ma l-konvenut ikun ġie mħarrek biex jidher, għandha tiġi ppreżentata prova tan-notifika tas-sentenza.

(5) Meta jwettaq eżekuzzjoni, il-marixxall tal-qorti għandu jinnotifika kopja taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2, u jistieden lid-debitur biex jikkonforma b’mod volontarju. Flimkien maċ-ċertifikat għandu jkun hemm kopja tas-sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jekk din ma tkunx ġiet innotifikata lid-debitur.

(6) Fi żmien xahar min-notifika, id-debitur jista’ jippreżenta rikors għaċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni. Meta jkun hemm bżonn ta’ traduzzjoni tas-sentenza, it-terminu għandu jiġi sospiż sakemm din tiġi pprovduta lid-debitur.

(7) Kwalunkwe waħda mill-partijiet tista’ tappella kontra l-adattament tal-miżura jew tal-ordni msemmija fl-Artikolu 436.”

Għal materji relatati mal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni mhux irregolata mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012, japplikaw ir-regoli ġenerali tal-Parti Ħamsa “Proċedura ta’ Eżekuzzjoni” tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Ir-rikors skont l-Artikolu 36(2) jew skont l-Artikolu 45(4) jiġi ppreżentat quddiem il-qorti provinċjali b’ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew irreġistrat tal-parti opposta jew, jekk il-parti ma jkollha l-ebda indirizz permanenti jew irreġistrat fil-Bulgarija, fuq l-indirizz permanenti jew irreġistrat tal-parti kkonċernata. Jekk il-parti kkonċernata ma jkollhiex lanqas indirizz permanenti jew indirizz irreġistrat fil-Bulgarija, ir-rikors għandu jsir quddiem il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (L-Artikolu 622 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ir-rikors skont l-Artikolu 47(1) irid jiġi ppreżentat lill-qorti provinċjali b’ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew l-indirizz irreġistrat tad-debitur, jew fuq il-post ta’ eżekuzzjoni (L-Artikolu 622b tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fil-Bulgarija, il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija (“Софийски апелативен съд”). Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat permezz tal-qorti provinċjali li tkun ħarġet id-deċiżjoni li tiċħad l-eżekuzzjoni jew id-deċiżjoni li tikkonstata li ma hemm l-ebda raġuni għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Appelli ulterjuri kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell ta’ Sofija għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni (L-Artikolu 623(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

Il-qrati tal-Bulgarija u awtoritajiet oħra jkollhom ġurisdizzjoni internazzjonali meta r-rikorrent jew l-attur ikun ċittadin Bulgaru jew persuna ġuridika rreġistrata fir-Repubblika tal-Bulgarija (l-Artikolu 4(1)(2) tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn il-Bulgarija u l-Belġju dwar ċerti Materji Ġudizzjarji, iffirmata f’Sofija fit-2 ta’ Lulju 1930,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Popolari Federali tal-Jugoslavja dwar l-Assistenza Legali Reċiproka, iffirmar f’Sofija fit-23 ta’ Marzu 1956, li għadu fis-seħħ bejn il-Bulgarija, is-Slovenja u l-Kroazja,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Sofija fit-3 ta’ Diċembru 1958,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fl-4 ta’ Diċembru 1961,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Sofija fis-16 ta’ Mejju 1966,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Ellenika dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Ateni fl-10 ta’ April 1976,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja dwar l-Assistenza Legali u r-Regolamentazzjoni tar-Relazzjonijiet f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Sofija fil-25 ta’ Novembru 1976,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Nikosija fid-29 ta’ April 1983,
  • il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża dwar Assistenza Legali Reċiproka f’Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fit-18 ta’ Jannar 1989,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Taljana dwar l-Assistenza Legali u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, iffirmat f’Ruma fit-18 ta’ Mejju 1990,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Renju ta’ Spanja dwar Assistenza Legali Reċiproka f’Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fit-23 ta’ Mejju 1993,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali f’Dokumenti u Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fl-20 ta’ Ottubru 1967.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Repubblika Ċeka

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Il-qrati distrettwali għandhom ġurisdizzjoni materjali.

Il-qorti distrettwali b’ġurisdizzjoni territorjali hija ddeterminata kif ġej:

  1. Meta l-eżekuzzjoni ta’ sentenza diġà tkun ġiet ordnata, il-qorti li toħroġ u li twettaq l-eżekuzzjoni tal-ordni jkollha ġurisdizzjoni territorjali. Ir-regoli tal-ġurisdizzjoni nazzjonali li jirregolaw l-eżekuzzjoni ġudizzjarji huma stabbiliti fl-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 252).
  2. Meta jkun diġà ġie ordnat sekwestru (exekuce), il-qorti li tordna s-sekwestru jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali (qorti tal-eżekuzzjoni (exekuční soud)). Ir-regoli għall-iddeterminar tal-qorti tal-eżekuzzjoni huma stabbiliti fl-Att Nru 120/2001 dwar il-marixxalli tal-qorti u l-attivitajiet ta’ eżekuzzjoni (il-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni (exekuční řád)) (l-Artikolu 45).
  3. Meta eżekuzzjoni ta’ sentenza jew sekwestru ma tkunx ġiet ordnata, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni (ara l-punt 1 hawn fuq) jew li tkun il-qorti tal-eżekuzzjoni (ara l-punt 2 hawn fuq) ikollha ġurisdizzjoni fil-proċedimenti.

Lista tal-qrati distrettwali kollha, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt aġġornati, hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Appell jitressaq quddiem il-qorti tad-deċiżjoni li tkun qed tiġi kkontestata. (Dik il-qorti tirrinvija l-appell lill-qorti b’ġurisdizzjoni għall-appell.)

Il-qrati reġjonali għandhom ġurisdizzjoni f’termini tar-ratione materiae għall-proċedimenti tal-appell. Il-qorti reġjonali li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun tinsab il-qorti distrettwali li tkun qatgħet is-sentenza fl-ewwel istanza dwar ir-rikors għal ċaħda ta’ eżekuzzjoni (jew proċedimenti għar-rikonoxximent jew għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent) ikollha ġurisdizzjoni territorjali.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Jistgħu jintużaw biss miżuri straordinarji ta’ rimedji, jiġifieri:

  • azzjoni għal annullament (žaloba pro zmatečnost) f’konformità mal-Artikolu 229 et seq. tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • azzjoni għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti (žaloba na obnovu řízení) f’konformità mal-Artikolu 228 et seq. tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • rimedju (dovolání) f’konformità mal-Artikolu 236 et seq. tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

Il-miżuri straordinarji kollha ta’ rimedji msemmija jitressqu quddiem il-qorti li tkun iddeċidiet fl-ewwel istanza dwar ir-rikors għal ċaħda tal-eżekuzzjoni (jew proċedimenti għar-rikonoxximent jew għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent).

Il-Qorti Suprema għandha ġurisdizzjoni għall-proċedimenti ta’ rimedju (řízení o dovolání). Il-qorti li tkun iddeċidiet fl-ewwel istanza għandha ġurisdizzjoni għall-azzjonijiet ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti (řízení na obnovu řízení). Il-qorti li tkun iddeċidiet fl-ewwel istanza għandha ġurisdizzjoni għal azzjonijiet għall-annullament (řízení o žalobě pro zmatečnost) f’ċerti każijiet, filwaqt li l-Qorti tal-Appell għandha ġurisdizzjoni f’oħrajn (ara l-Artikolu 235a tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Is-Slovakk.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Att Nru 91/2012 dwar id-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tal-Att.

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja dwar l-Għajnuna Legali u r-Riżoluzzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali (Sofija, il-25 ta’ Novembru 1976);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika ta’ Ċipru dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali (Nikosija, it-23 ta’ April 1982);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika Ellenika dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali (Ateni, it-22 ta’ Ottubru 1980);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Renju ta’ Spanja dwar l-Għajnuna Legali, ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f’Materji Ċivili (Madrid, l-4 ta’ Mejju 1987);
  • It-Trattat bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili, Familjali u Kummerċjali (Pariġi, l-10 ta’ Mejju 1984);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Għajnuna Legali u r-Riżoluzzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali (Bratislava, it-28 ta’ Marzu 1989);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali (Praga, is-6 ta’ Diċembru 1985);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Għajnuna Legali u r-Riżoluzzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali, tax-Xogħol u Kriminali (Varsavja, il-21 ta’ Diċembru 1987), fis-sens tat-Trattat bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja li jemenda u jissupplimenta t-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Għajnuna Legali u r-Riżoluzzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fil-21 ta’ Diċembru 1987 (Mojmírovce, it-30 ta’ Ottubru 2003);
  • Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika taċ-Ċekoslovakkja u l-Portugall dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti (Lisbona, it-23 ta’ Novembru 1927);
  • Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija (Bucharest, il-11 ta’ Lulju 1994);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja dwar ir-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali (Belgrad, l-20 ta’ Jannar 1964);
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka dwar l-Għajnuna Legali provduta mill-Korpi Ġudizzjarji u dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Ċerti Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili u Kriminali (Praga, id-29 ta’ Ottubru 1992).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 29/01/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Ġermanja

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1. Kif tista’ tiġi deskritta n-notifika lil partijiet terzi (TPN - third-party notice) b’mod ġenerali?

In-notifika lil partijiet terzi (“TPN”) tintuża biex tingħata notifika formali ta’ proċediment il-qorti li jkun pendenti (proċediment inizjali - Vorprozess) lil partijiet terzi li ma jkunux partijiet fih. In-notifika lil partijiet terzi ssir billi jiġi ppreżentat dokument bil-miktub lill-qorti li mbagħad jiġi nnotifikat uffiċjalment lid-destinatarju tat-TPN. Il-parti terza tkun libera li tiddeċiedi jekk tisseħibx jew le fil-proċedimenti. Parti terza li tissieħeb fil-proċedimenti ma ssirx parti, iżda tkun sempliċiment intervenjent, li d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tagħha ma jridux ikunu f’kunflitt ma’ dawk tal-parti prinċipali. L-intervenjent ma jistax jintalab iħallas xi spejjeż.

2. X’inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq persuni li jkunu ngħataw TPN?

Notifika lil partijiet terzi tippresupponi li parti fi proċediment li jkun għaddej (proċediment inizjali) ikollha raġuni għaliex tibża’ minn eżitu sfavorevoli, iżda jkollha wkoll għalfejn tistenna li jekk l-eżitu jkun sfavorevoli, imbagħad tkun tista’ tressaq kawża għad-danni kontra l-parti terza jew tieħu passi kontra l-parti terza taħt garanzija. Għaldaqstant, il-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi jkollha interess li tirbaħ il-proċediment inizjali (u hawnhekk l-intervenjent ikun jista’ jassisti) jew - jekk il-proċediment inizjali jintilef - li tirkupra t-telf tagħha billi tirbaħ proċediment sussegwenti (Folgeprozess) kontra l-parti terza.

Jekk il-parti terza tappoġġa lill-parti li tkun ħarġet in-notifika, il-parti terza trid taċċetta l-kawża skont kif issibha. Il-parti terza tista’ tqajjem motivi u tippreżenta dokumenti proċedurali, dment li ma tagħmel xejn li jikkontradiċi lill-parti prinċipali. Jekk il-parti terza tirrifjuta li tissieħeb fi proċediment, jew ma tiħux pożizzjoni, il-proċediment jibqa’ għaddej mingħajr kunsiderazzjoni tal-parti terza. Jekk il-parti li tkun ħarġet in-notifika, sussegwentement tiftaħ kawża kontra l-parti terza, din tal-aħħar ma tistax tisħaq li d-deċiżjoni fil-proċediment inizjali ma kinitx korretta. Dan ifisser li, fil-proċediment sussegwenti, konstatazzjoni tal-proċediment inizjali favur il-parti li tkun ħarġet in-notifika lil partijiet terzi titqies bħala vinkolanti.

3. In-notifika lil partijiet terzi ma għandha l-ebda effett fuq id-deċiżjoni dwar punti tal-liġi fil-proċediment inizjali.

4. L-eżitu tal-proċedimenti inizjali ma jkunx vinkolanti jekk l-intervenjent ma jkunx tħalla jqajjem motivi jew minħabba l-istat tal-proċediment fil-waqt tal-intervent jew minħabba d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-parti prinċipali.

5. L-effetti tan-notifika lil partijiet terzi japplikaw irrispettivament minn jekk il-parti terza tisseħibx jew le fil-proċediment inizjali.

6. In-notifika lil partijiet terzi ma għandha l-ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti li tkun ħarġet in-notifika lil partijiet terzi, sakemm il-parti terza ma tintervjenix b’sostenn għall-avversarju.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

- fil-Ġermanja, il-Landgericht.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fil-Ġermanja, l-Oberlandesgericht.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fil-Ġermanja, il-Bundesgerichtshof.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

- fil-Ġermanja: l-Artikoli 68 u 72-74 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fid-9 ta’ Marzu 1936;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Belġju dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, id-Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ u l-Atti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fit-30 ta’ Ġunju 1958;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, tar-Riżoluzzjonijiet u tal-Atti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vienna fis-6 ta’ Ġunju 1959;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fl-14 ta’ Lulju 1960;
  • il-Konvenzjoni bejn in-Netherlands u l-Ġermanja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi u ta’ Atti Eżegwibbli Oħra f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’The Hague fit-30 ta’ Awwissu 1962;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Greċja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, tar-Riżoluzzjonijiet u tal-Atti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ateni fl-4 ta’ Novembru 1961;
  • il-Konvenzjoni bejn Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, tar-Riżoluzzjonijiet u tal-Atti Awtentiċi Eżegwibbli f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fl-14 ta’ Novembru 1983.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Estonja

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1) Kif tista’ notifika lil partijiet terzi (TPN - third-party notice) tiġi deskritti b’mod ġenerali?

Skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, parti terza tiġi nnotifikata bi proċediment ġudizzjarji billi tiġi nnotifikata b’notifika lil partijiet terzi. Meta tilwima fil-qorti tiġi solvuta a skapitu ta’ xi parti fil-proċediment, dik il-parti tista’ tressaq kawża kontra parti terza biex teħlisha minn obbligu li jirriżulta minn ksur allegat tal-kuntratt, obbligu ta’ kumpens għal danni jew obbligu ta’ rimedju jew, jekk ikollha raġuni għalfejn tistenna li parti terza tkun se tieħu tali passi kontriha, tista’ tippreżenta rikors lill-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti sabiex iżżid parti terza fil-proċedimenti. Il-qorti tinnotifika lil partijiet terzi, tgħarraf lill-parti l-oħra bin-notifika u tistabbilixxi skadenza sabiex dawn jieħdu pożizzjoni. Jekk in-notifika tissodisfa r-rekwiżiti legali u l-parti tiġġustifika l-ħtieġa li tiżdied parti terza, il-qorti tordna lill-parti terza biex tiżdied fil-proċedimenti. Skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, parti terza li ma tressaqx argument awtonomu tieħu sehem fil-proċedimenti iżda ma tkunx waħda mill-partijiet fil-proċedimenti (rikorrent jew konvenut). Jekk jirriżulta li l-parti terza tkun ingħaqdet fil-proċedimenti mingħajr ġustifikazzjoni, il-qorti tista’ tordnalha li tiġi eskluża mill-proċedimenti. Parti terza li ma tressaqx argument awtonomu li tkun ingħaqdet jew tintervjeni fil-proċedimenti fuq in-naħa tar-rikorrent jew tal-konvenut għandha preżumibbilment issostni l-pożizzjoni tal-parti rilevanti fil-proċedimenti, jiġifieri tressaq argument insostenn ta’ dik il-parti u jkollha interess fir-rebħa ta’ dik il-parti. Parti terza li ma tressaqx argument awtonomu tista’ tieħu l-passi proċedurali kollha għajr dawk li jistgħu jittieħdu biss mir-rikorrent jew mill-konvenut waħedhom; dan jinkludi l-appell mid-deċiżjonijiet meħuda fil-kawża. Rikors, ilment jew att proċedurali minn parti terza jkollu effett legali fuq il-proċedimenti fil-każijiet biss li fihom dan ma jkunx f’kunflitt mar-rikors, mal-ilment jew mal-att tar-rikorrent jew tal-konvenut li l-parti terza tkun qed tipparteċipa fil-proċedimenti magħha. Meta jitressaq ilment jew jittieħed kwalunkwe pass proċedurali ieħor, tapplika l-istess skadenza għall-parti terza bħal dik tar-rikorrent jew tal-konvenut fuq in-naħa ta’ liema tkun qed tipparteċipa fil-proċedimenti, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.

2) X’inhuma l-effetti prinċipali tas-sentenzi fuq persuni nnotifikati b’TPN?

Jekk parti tippreżenta rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza, iżda l-qorti ma żżidx il-persuna fil-proċedimenti jew il-persuna tkun eskluża mill-proċedimenti terzi, dik il-persuna ma tkunx legalment vinkolata bid-deċiżjoni fil-proċedimenti prinċipali.

Jekk parti tressaq rikors biex tiżdied persuna bħala parti terza u dik il-persuna tiżdied fil-proċedimenti bħala parti terza, il-parti terza, fir-rigward tar-rikorrent jew tal-konvenut li affavur tiegħu tkun intervjeniet fil-proċedimenti jew tkun ingħaqdet fil-proċedimenti, ma tistax, fi proċedimenti sussegwenti għall-proċedimenti prinċipali, tiddependi fuq il-fatt li r-riżoluzzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda fil-proċedimenti kienet waħda żbaljata jew li ċ-ċirkostanzi ġew stabbiliti b’mod żbaljat. Jekk parti fil-proċedimenti tibda proċedimenti kontra parti terza li ma tressaqx argument awtonomu u tiddependi fuq proċedimenti preċedenti, il-parti terza tista’ wkoll tqajjem oġġezzjoni li tkun qajmet fil-proċedimenti bħala parti terza u li tikkontradiċi d-dikjarazzjonijiet tal-parti. Parti terza tista’ wkoll tqajjem oġġezzjoni li hija ma setgħetx tressaq rikors, oġġezzjoni, evidenza jew ilment għaliex intervjeniet jew ingħaqdet fil-proċedura meta kien tard wisq jew ma setgħetx tressaqhom minħabba dikjarazzjonijiet jew azzjonijiet mir-rikorrent jew mill-konvenut li fil-proċedimenti pparteċipat magħhom. Tista’ wkoll toġġezzjona li r-rikorrent jew il-konvenut, bla ma l-parti terza kienet taf, naqas milli jippreżenta rikors, oġġezzjoni, evidenza jew ilment deliberatament jew minħabba negliġenza gravi.

3) Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-proċediment prinċipali?

Jekk parti tkun ippreżentat rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza, iżda l-qorti ma tkunx żiedet il-persuna fil-proċedimenti jew il-persuna tkun ġiet eskluża mill-proċedimenti terzi, id-deċiżjoni fil-proċedimenti prinċipali ma tkunx legalment vinkolanti, inkluż fir-rigward tal-valutazzjoni legali.

4) Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-fatti stabbiliti li l-persuna terza ma setgħetx tikkontesta fil-proċediment prinċipali, minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet?

Iċ-ċirkostanzi stabbiliti mill-qorti mhumiex legalment vinkolanti fuq il-parti terza jekk il-parti terza ma setgħetx tikkontestahom għaliex il-partijiet l-oħra ma kkontestawhomx jew jekk il-parti li affavur tagħha tkun ingħaqdet il-parti terza fil-proċedimenti ma qablitx maċ-ċirkostanzi kkontestati mill-parti terza.

5) It-TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrispettivament minn jekk it-terza persuna ngħaqdet mal-kawża prinċipali jew le?

Ġaladarba, skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, parti terza tiġi nnotifikata biss b’notifika lil partijiet terzi maħruġa minn wieħed mill-partijiet u mhux b’mod awtonomu, l-effetti legali jiddependu fuq jekk il-parti terza tkunx ingħaqdet jew le fil-proċedimenti.

6) It-TPN taffettwa r-relazzjoni bejn it-terza persuna u l-avversarju tal-parti notifikanti?

Jekk parti tkun ippreżentat rikors biex parti terza tiżdied fil-proċedimenti, iżda l-qorti ma tkunx żiedet dik il-parti terza fil-proċedimenti, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn il-parti li tippreżenta r-rikors u l-parti avversarja tagħha, sakemm il-parti terza ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti.

Iż-żieda ta’ parti terza li ma tressaqx argumenti awtonomi u l-konsegwenzi ta’ dan huma rregolati mill-Artikoli 214 u 216 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Il-qorti tal-kontea.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Il-qorti distrettwali permezz tal-qorti tal-kontea li d-deċiżjoni tagħhom tkun qed tiġi kkontestata permezz tal-appell.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Il-Qorti Suprema.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Ingliż.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 86 (ġurisdizzjoni fil-post tal-proprjetà) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sa fejn it-talba ma tkunx relatata ma’ dik il-proprjetà tal-persuna. L-Artikolu 100 (talba għal terminazzjoni tal-applikazzjoni tat-termini standard) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sa fejn il-kawża għandha titressaq quddiem il-qorti li t-terminu standard ikun ġie applikat fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha.

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikoli 212-216 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • Il-Ftehim dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali bejn ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja, iffirmat f’Tallinn fil-11 ta’ Novembru 1992.
  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Tallinn fis-27 ta’ Novembru 1998.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/05/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Ċipru

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri tista’ tinstab taħt Proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

F’Ċipru, il-Qrati Distrettwali (Eparchiaká Dikastíria)

Nicosia District Court

  • Charalambos Mouskos Street, 1405 Nicosia, Cyprus
  • Telefon: (+357) 22865518
  • Faks: (+357) 22304212 / 22805330
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

Limassol District Court

  • 8 Lord Byron Avenue, P.O. Box 54619, 3726 Limassol, Cyprus
  • Telefon: (+357) 25806100 / 25806128
  • Faks: (+357) 25305311
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

Larnaca District Court

  • Artemidos Avenue, 6301 Larnaca, P.O. Box 40107, Cyprus
  • Telefon: (+357) 24802721
  • Faks: (+357) 24802800
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

Paphos District Court

  • Corner of Neophytou & Nicos Nicolaides, 8100 Paphos, P.O. Box 60007, Cyprus
  • Telefon: (+357) 26802601
  • Faks: (+357) 26306395
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

Famagusta District Court

  • 2 Sotiras Street, Megaro Tzivani, 5286 Paralimni, Cyprus
  • Telefon: (+357) 23730950 / 23742075
  • Faks: (+357) 23741904
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

F’Ċipru, il-Qorti Suprema ta’ Ċipru (Anótato Dikastírio Kýprou)

Supreme Court

  • Charalambos Mouskos Street, 1404 Nicosia, Cyprus
  • Telefon: (+357) 22865741
  • Faks: (+357) 22304500
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

F’Ċipru, il-Qorti Suprema ta’ Ċipru (Anótato Dikastírio Kýprou)

Supreme Court

  • Charalambos Mouskos Street, 1404 Nicosia, Cyprus
  • Telefon: (+357) 22865741
  • Faks: (+357) 22304500
  • Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachief.reg@sc.judicial.gov.cy

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

- f’Ċipru, il-Grieg u l-Ingliż.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

F’Ċipru, l-Artikolu 21 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Ġustizzja (Liġi 14/60).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • it-Trattat tal-1982 bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika ta’ Ċipru dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali,
  • il-Konvenzjoni tal-1981 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali,
  • il-Konvenzjoni tal-1984 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Ellenika dwar il-Kooperazzjoni Legali f’Materji marbuta mal-Liġi Ċivili, tal-Familja, Kummerċjali u Kriminali,
  • il-Ftehim tal-1983 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali,
  • it-Trattat tal-1984 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali (li s-Slovenja, fost oħrajn, ħadet minnu),
  • il-Konvenzjoni tal-1996 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Polonja dwar il-Koperazzjoni Legali f’Materji Ċivili u Kriminali.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Litwanja

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1. Kif tista’ tiġi deskritta b’mod ġenerali n-notifika lil partijiet terzi (TPN, third-party notice)?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 47 tal-Kodiċi Litwan tal-Proċedura Ċivili (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas), il-partijiet terzi jistgħu jew ma jistgħux iressqu talbiet indipendenti dwar kwistjoni ta’ tilwim.

Il-partijiet terzi li jressqu talbiet indipendenti dwar kwistjoni ta’ tilwim jistgħu jingħaqdu fi proċedimenti biss fuq l-inizjattiva tagħhom stess. Dawk il-partijiet terzi li huma parteċipanti indipendenti fil-kawża u mhumiex affavur tar-rikorrent jew tal-konvenut. Il-partijiet terzi li jressqu talbiet indipendenti jistgħu jingħaqdu fil-proċedimenti sal-bidu tal-konklużjonijiet.

Il-partijiet terzi li ma jressqux talbiet indipendenti dwar il-kwistjoni tat-tilwima jistgħu jingħaqdu fil-proċedimenti affavur tar-rikorrent jew tal-konvenut sal-bidu tal-konklużjonijiet jekk deċiżjoni dwar il-każ tista’ taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi tagħhom. Huma jistgħu wkoll jingħaqdu fil-proċedimenti fuq it-talba motivata tal-partijiet jew fuq l-inizjattiva tal-qorti.

Il-partijiet terzi jiġu infurmati dwar kawża li tkun inbdiet u jiġu mistiedna jingħaqdu fil-proċedimenti quddiem qorti Litwana permezz ta’ taħrikiet jew notifiki, inkluż billi tintbagħtilhom kopja tal-kawża. Skont l-Artikolu 133(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-partijiet involuti f’kawża (inklużi partijiet terzi) jiġu nnotifikati permezz ta’ taħrikiet jew avviżi tad-data u tal-post tas-smigħ tal-qorti jew tal-miżuri individwali proċedurali. Madankollu, huwa obbligu tal-qorti u mhux tal-partijiet li tinforma partijiet terzi dwar każ; il-partijiet jindikaw sempliċement fis-sottomissjonijiet tagħhom li persuni oħra jeħtieġu li jingħaqdu fil-proċedimenti.

Il-partijiet terzi li jressqu talbiet indipendenti għandhom l-istess drittijiet u obbligi kollha bħar-rikorrent.

Il-partijiet terzi li ma jressqux talbiet indipendenti għandhom l-istess drittijiet (inkluż id-dritt għar-rimborż tal-ispejjeż) u obbligi proċedurali bħala parti, bl-eċċezzjoni tad-dritt li jbiddlu r-raġunijiet u s-suġġett tat-talba, li jżidu u jnaqqsu l-pretensjoni, li jirtiraw it-talba, li jammettu t-talba jew li jilħqu arranġament. Huma wkoll ma għandhomx id-dritt li jitolbu eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti. Il-partijiet terzi li ma jressqux talbiet indipendenti ma jistgħux jaġixxu kontra l-interessi tal-parti li affavur tagħha huma jkunu ngħaqdu fil-proċedimenti.

2. X’inhuma l-effetti prinċipali ta’ sentenzi fuq persuni li ngħataw TPN?

Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi li jressqu talbiet indipendenti tagħmilha possibbli li wieħed jiddeċiedi dwar diversi tilwimiet relatati dwar l-istess kwistjoni f’każ wieħed, u f’dan il-każ l-ebda proċedimenti ulterjuri ma jistgħu jitressqu kontra partijiet terzi li jkunu ppreżentaw talbiet indipendenti (jew tali partijiet terzi ma jistgħux iressqu kwalunkwe proċedimenti ulterjuri kontra l-istess konvenut), peress li t-tilwima bejn dawk il-partijiet dwar dik il-kwistjoni partikolari titqies li tkun ġiet solvuta. Jekk persuna tkun ġiet infurmata dwar il-possibbiltà li tingħaqad bħala parti terza f’kawża li għadha għaddejja quddiem il-qorti billi tressaq talba indipendenti iżda ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti, jistgħu jinbdew proċedimenti separati kontra dik il-persuna fil-futur fir-rigward tal-istess suġġett. Madanakollu, l-ewwel deċiżjoni ma tistax taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuna li ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti bħala parti terza.

Meta tiddeċiedi dwar każ, il-qorti ma tistax ukoll tiddeċiedi fl-istess ħin dwar id-drittijiet u l-obbligi ta’ parti terza li ma tressaqx talba indipendenti fil-konfront ta’ parti li magħha hija għandha relazzjoni ġuridika sostanzjali. Għaldaqstant, sentenza tal-qorti f’kawża li tinvolvi partijiet terzi li ma jressqux talbiet indipendenti ma tipprekludix kawża oħra li titressaq kontra parti terza involuta fil-każ inizjali li ma ressqitx talba indipendenti. Madanakollu, f’dak il-każ, is-sentenza tal-ewwel qorti għandha s-saħħa ta’ deċiżjoni preliminari; jiġifieri, jekk ikun hemm każ ieħor li jinvolvi l-istess partijiet (eż. azzjoni ta’ indennizz), mhux meħtieġ li jiġu kkunsidrati ċirkostanzi stabbiliti bis-sentenza finali fl-ewwel każ (l-Artikolu 182(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Jekk persuna ma tkunx infurmata dwar il-possibbiltà li tingħaqad bħala parti terza f’kawża li għadha għaddejja quddiem il-qorti, kemm bi jew mingħajr it-tressiq ta’ talbiet indipendenti, jew jekk persuna tkun ġiet infurmata iżda ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti u s-sentenza tal-qorti tkun iddeċidiet dwar id-drittijiet u l-obbligi sostantivi ta’ dik il-persuna, dan jista’ jikkostitwixxi raġuni għall-ftuħ mill-ġdid tal-każ. Jekk persuna ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti, id-deċiżjoni tal-qorti inkwistjoni ma jkollhiex normalment is-saħħa ta’ deċiżjoni preliminari għal dik il-persuna.

3. Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-proċedimenti prinċipali?

Ara t-tweġiba għal Mistoqsija 2.

4. Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward ta’ fatti stabbiliti li l-parti terza ma setgħetx tikkontesta fil-proċedimenti prinċipali, pereżempju minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet?

Ara t-tweġiba għal Mistoqsija 2.

5. It-TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrispettivament minn jekk il-parti terza tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti prinċipali jew le?

Le. Is-sentenza tal-qorti fl-ewwel proċedimenti (prinċipali) ma tistax taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuna li tkun ġiet informata iżda li ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti bħala parti terza. Jekk persuna ma tkunx infurmata dwar il-possibbiltà li tingħaqad bħala parti terza f’kawża li għadha għaddejja quddiem il-qorti, kemm bi jew mingħajr it-tressiq ta’ talbiet indipendenti, jew jekk persuna tkun ġiet infurmata iżda ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti u s-sentenza tal-qorti tkun iddeċidiet dwar id-drittijiet u l-obbligi sostantivi ta’ dik il-persuna, dan jista’ jikkostitwixxi raġuni għall-ftuħ mill-ġdid tal-każ.

6. It-TPN taffettwa r-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti notifikanti?

Ara t-tweġiba għal Mistoqsija 2.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Fil-Litwanja, il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (Lietuvos apeliacinis teismas).

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Fil-Litwanja, il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (Lietuvos apeliacinis teismas).

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Fil-Litwanja, appell fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema tal-Litwanja (Lietuvos Aukščiausiasis Teismas).

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

Fil-Litwanja, l-Artikoli 783(3), 787 u 789(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Fil-Litwanja, l-Artikoli 46 u 47 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Litwan (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas).

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Ftehim dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali bejn ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja, iffirmat f’Tallinn fil-11 ta’ Novembru 1992,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, Familjari, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fis-26 ta’ Jannar 1993.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Ungerija

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1.) It-tifsira ta’ notifika lil parti terza skont il-liġi proċedurali ċivili Ungeriża

Parti li ma tkunx irnexxiet u tkun tixtieq tippreżenta talba kontra parti terza, jew tkun is-suġġett ta’ talba mressqa minn parti terza, tista’ tibgħat notifika lil dik il-parti terza. Notifika lill-partijiet terzi tista’ tintbagħat mhux biss minn rikorrent jew konvenut, iżda wkoll minn parti intervenjenti jew minn parti terza notifikata.

2.) Termini għan-notifika lil parti terza bħala att proċedurali:

Il-konvenut jinnotifika lil parti terza fi żmien 30 jum minn meta tkun saritlu t-talba, u r-rikorrent fi żmien 30 jum minn meta jiġi nnotifikat b’kontrotalba sostantiva. Din id-dispożizzjoni tapplika b’mod simili għal modifiki tat-talba u għal kontrotalbiet ammessi.

Persuna li tintervjeni mill-bidu tal-litigazzjoni, jiġifieri l-parti intervenjenti jew il-parti terza nnotifikata, tista’ tippreżenta notifika lil parti terza fi żmien 30 jum mill-intervent fil-proċedimenti. F’każijiet meqjusa bħala partikolarment serji (somom ikkontestati li jeċċedu HUF 400 miljun), it-terminu għad-dikjarazzjonijiet tal-parti notifikanti u l-parti terza nnotifikata mhuwiex ta’ 30 jum, iżda ta’ 15-il jum. Dikjarazzjoni ppreżentata mill-parti notifikanti wara l-iskadenza hija nulla u bla effett, fi kliem ieħor din tiġi meqjusa mill-qorti li ma tkunx saret.

3.) Tibgħat notifika lil parti terza:

Il-parti notifikanti għandha żewġ obbligi meta tibgħat notifika lil parti terza. L-ewwel, il-parti notifikanti għandha tibgħat in-notifika lill-parti terza kkonċernata bil-miktub, u tindika r-raġunijiet tan-notifika u tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qasir tal-andament tal-proċedimenti. It-tieni, in-notifika lit-tielet parti għandha tkun ippreżentata lill-qorti, bil-miktub jew b’mod orali fis-smigħ, u ssemmi wkoll ir-raġunijiet tan-notifika. Meta tippreżenta n-notifika lill-parti terza quddiem il-qorti, il-parti notifikanti għandha tinkludi dokumenti li jipprovdu evidenza li l-parti terza notifikata tkun irċeviet in-notifika u evidenza tad-data ta’ riċeviment.

Jekk il-parti terza nnotifikata ma tibgħatx lill-qorti, fi żmien 30 jum min-notifika li għaliha l-parti notifikanti tkun ipprovdiet evidenza, dikjarazzjoni dwar l-inklużjoni fil-proċedimenti, il-parti terza nnotifikata titqies li ma tkunx aċċettat in-notifika ta’ parti terza. Dikjarazzjoni ppreżentata wara l-iskadenza hija nulla u bla effett.

Meta l-parti terza nnotifikata taċċetta n-notifika ta’ parti terza, dik il-parti tista’ tissieħeb mal-parti notifikanti bħala parti intervenjenti. Dan jista’ jiġi nnotifikat bil-miktub jew oralment fis-smigħ.

Inkella, l-aċċettazzjoni tal-intervent tal-parti terza nnotifikata u l-istatus legali tal-parti terza nnotifikata huma soġġetti għar-regoli li jirregolaw l-interventi.

4.) Il-konsegwenzi legali ta’ notifiki lil partijiet terzi:

Meta l-parti terza nnotifikata taċċetta n-notifika lil parti terza, dik il-parti tista’ tissieħeb mal-parti notifikanti bħala parti intervenjenti (mistiedna). Il-liġi dwar il-proċedura ċivili Ungeriża tipprevedi żewġ sitwazzjonijiet differenti fil-każ ta’ partijiet intervenjenti.

- Jekk is-saħħa legali tas-sentenza ma tkoprix ir-relazzjoni ġuridika bejn il-parti intervenjenti u l-parti opposta, il-parti intervenjenti (inizjalment il-parti terza nnotifikata) tista’ indipendentement tieħu kull azzjoni legali li tista’ tittieħed mill-parti appoġġjata minn dik il-parti intervenjenti, esklużi pagamenti, rikonoxximent ta’ drittijiet u rinunzji għal drittijiet. L-azzjonijiet tal-parti intervenjenti għandhom effett biss sakemm il-parti appoġġjata ma tiħux dawk l-azzjonijiet u li dawn ma jmorrux kontra l-azzjonijiet tal-parti appoġġjata.

- Jekk, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, is-saħħa legali tas-sentenza tkopri wkoll ir-relazzjoni legali bejn il-parti intervenjenti u l-parti opposta, il-parti intervenjenti (inizjalment il-parti nnotifikata) tista’ b’mod indipendenti tieħu kwalunkwe azzjoni legali li tista’ tittieħed mill-parti appoġġjata minn dik il-parti intervenjenti, esklużi pagamenti, rikonoxximent ta’ drittijiet u rinunzji għal drittijiet, u tali azzjonijiet ikollhom effett anke jekk imorru kontra l-azzjonijiet tal-parti appoġġjata. Meta teżamina l-każ, il-qorti tevalwa l-impatt ta’ tali azzjonijiet kontradittorji filwaqt li tqis ukoll l-aspetti l-oħra tal-każ.

Madankollu, il-fatt dwar jekk is-saħħa legali ta’ sentenza tkoprix ir-relazzjoni bejn il-parti intervenjenti u l-parti opposta mhix kwistjoni ta’ diskrezzjoni ġudizzjarja, imma tirriżulta esklużivament mid-dispożizzjonijiet legali.

Dispożizzjoni legali waħda bħal din huwa l-Artikolu 32(2) tal-Att LXII tal-2009 dwar assigurazzjoni obbligatorja ta’ responsabbiltà għal dannu fuq vettura ta’ parti terza, li jipprovdi kif ġej: “L-ambitu ta’ kwalunkwe ġudizzju legalment vinkolanti li jiċħad it-talba għal kumpens tal-parti li tkun sofriet dannu għandu jinkludi wkoll id-detentur tal-polza, kif ukoll l-operatur u s-sewwieq fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 35(1), jekk il-qorti tiddeċiedi hekk f’kawża bejn il-parti li tkun sofriet dannu u l-kumpanija tal-assigurazzjoni, l-aġent tas-saldu tal-pretensjoni, l-Uffiċċju Nazzjonali jew il-maniġer tal-Fond ta’ Kumpens.” (L-Artikolu 35(1) imsemmi hawn fuq jistipula kif ġej: “Il-parti li tkun sofriet dannu tista’ tressaq talba mal-maniġer tal-Fond ta’ Kumpens sabiex tirċievi kumpens għal telf jew korriment ikkawżat fit-territorju tal-Ungerija minn vettura bil-mutur mhux assigurata, bi ksur tal-obbligu ta’ assigurazzjoni, minn vettura użata minn operatur mhux identifikat, jew matul il-perjodu ta’ sospensjoni msemmi fl-Artikolu 26, salv għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36. Il-maniġer tal-Fond ta’ Kumpens għandu jkopri pretensjonijiet sal-ammonti massimi stabbiliti fl-Artikolu 13(1). Il-maniġer tal-Fond ta’ Kumpens għandu wkoll jagħmel tajjeb għall-parti li tkun sofriet dannu għal kwalunkwe telf ikkawżat minn vettura bil-mutur li ma tkunx tqiegħdet fis-servizz jew tkun tneħħiet mis-servizz.”)

L-aċċettazzjoni ta’ notifika lil parti terza ma tfissirx li l-parti terza nnotifikata tirrikonoxxi obbligu fil-konfront tal-parti notifikanti. Ir-relazzjoni ġuridika bejn il-parti notifikanti u l-parti terza notifikata ma tistax tiġi deċiża fil-proċedimenti prinċipali (li għalihom ġiet mistiedna l-parti terza notifikata).

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok mur fuq il-formola l-Proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Fl-Ungerija, il-Qrati Distrettwali (Járásbíróság) li jinsabu fis-sede tal-Qorti Reġjonali (Törvényszék). Fil-Kontea ta’ Pest, il-Qorti Distrettwali ta’ Buda, f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Fl-Ungerija, il-qrati reġjonali (Törvényszék). F’Budapest, il-Qorti Reġjonali tal-Kapitali ta’ Budapest (Fővárosi Törvényszék).

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fl-Ungerija: il-Curia (permezz ta’ rikors għal stħarriġ, lill-qorti tal-prim’ istanza, kontra d-deċiżjoni tagħha).

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- fl-Ungerija: l-Artikolu 57 tad-Digriet tal-Liġi Nru 13 tal-1979 dwar il-liġi privata internazzjonali.

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

- fl-Ungerija: l-Artikoli 58-60 (dwar in-notifika lil partijiet terzi) tal-Att III tal-1952 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu Ungeriż u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija dwar l-assistenza legali f’materji ċivili, familjari u kriminali, iffirmat f’Sofija fis-16 ta’ Mejju 1966,
  • Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Poplu Ungeriż dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Budapest fit-30 ta’ Novembru 1981,
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu Ungeriż dwar l-għajnuna legali u s-soluzzjoni ta’ relazzjonijiet ġuridiċi fi kwistjonijiet ċivili, familjari u kriminali, iffirmat fi Bratislava fit-28 ta’ Marzu 1989, li għadu fis-seħħ fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka,
  • Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu Ungeriż u r-Repubblika Franċiża dwar l-assistenza legali fil-liġi ċivili u tal-familja, dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u dwar l-assistenza legali f’materji kriminali u dwar l-estradizzjoni, iffirmata f’Budapest fil-31 ta’ Lulju 1980,
  • Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu Ungeriż u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Budapest fit-8 ta’ Ottubru 1979,
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu Ungeriż u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja dwar l-Assistenza Legali Reċiproka, iffirmat fis-7 ta’ Marzu 1968, fir-rigward tar-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja,
  • Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-assistenza legali f’materji ċivili, familjari u kriminali, iffirmata f’Budapest fis-6 ta’ Marzu 1959, u
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Rumanija dwar l-assistenza legali f’materji ċivili, familjari u kriminali, iffirmat f’Budapest fis-7 ta’ Ottubru 1958.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Malta

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

Ir-Regoli dwar eżekuzzjoni u preskrizzjoni jinsabu fil-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta - Il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.  Dettalji dwar l-eżekuzzjoni ssibhom hawn.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

- f’Malta, il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, il-Qrati ta’ Malta, Triq ir-Repubblika, Valletta, Malta

- f'Għawdex, il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha, Pjazza Katidral, Victoria, Għawdex

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- f’Malta u Għawdex, il-Qorti tal-Appell, il-Qrati ta’ Malta, Triq ir-Repubblika, Valletta, Malta

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- M'hemmx appell ulterjuri iżda ritrattazzjoni skond l-Artikolu 811 et seq tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - il-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

- f'Malta, l-Ingliż

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- f’Malta, l-Artikoli 742, 743 u 744 tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u l-Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-Artikolu 549 tal-Kodiċi Kummerċjali (il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta’ Malta)

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux applikabbli

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-ebda

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Awstrija

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1.) Kif tista' tiġi deskritta 'notifika lil partijiet terzi' (TPN - third-party notice) b'mod ġenerali:

'Notifika lil partijiet terzi' hija notifika formali dwar kawża pendenti jew li tkun għaddejja li titressaq minn waħda mill-partijiet fil-proċeduri lil parti terza li sa dak il-punt tkun għadha mhux involuta f'tali proċeduri. In-notifika tista' tinkludi rikjesta għal intervent fil-kawża. Il-parti notifikanti tissottometti lill-qorti dokument bil-miktub korrispondenti, li jiġi nnotifikat formalment lill-parti terza mill-qorti. Il-parti terzi mhijiex obbligata tintervjeni b'riżultat tan-notifika lil partijiet terzi, iżda hija legalment libera li tiddeċiedi jekk tiħux sehem fil-proċeduri u, jekk iva, f'isem liema parti. Parti terza li tidħol fil-proċeduri ma ssirx parti fit-tilwima, iżda tkun biss intervenjent, liema dikjarazzjonijiet u azzjonijiet ma jridux ikunu f'konflitt ma' dawk tal-parti prinċipali. Intervenjent ma jista' jintalab iħallas ebda spejjeż. Madankollu, jekk il-parti prinċipali tirbaħ il-kawża, l-intervenjent ikun intitolat li jiġi rimborsat għall-ispejjeż mill-parti opposta.

Kwalunkwe persuna li tingħata l-opportunità, permezz ta' notifika lil partijiet terzi, li tinfluwenza l-andament tal-proċeduri bħala intervenjent, tista', anke jekk ma tkunx intervjeniet fil-proċeduri, tibbaża t-talbiet għad-danni fuq raġunijiet ta' litigazzjoni fjakka unikament fuq proċeduri ġudizzjarji qabel l-intervent tagħha jew fuq kwistjonijiet sostantivi li, anke bħala intervenjent, ma setgħetx tipprevjeni jew, jekk ma intervjenietx, ma setgħux jiġu prevenuti. Billi jappoġġja l-parti li fir-rigward tagħha jsir l-intervent, l-intervenjent jista' jikkontribwixxi għas-suċċess tal-kawża ta' dik il-parti u b'hekk jevita proċeduri ta' rikors kontrih, jew għall-inqas itejjeb il-pożizzjoni tiegħu f'tali kawża.

2.) X'inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq il-persuni li tingħatalhom TPN:

In-notifika lil partijiet terzi tippreżupponi li waħda mill-partijiet f'kawża li tkun għaddejja jkollha raġuni biex temmen li jista' jkollha eżitu negattiv, iżda jkollha wkoll raġuni biex temmen li jekk dan l-eżitu jkun negattiv tkun tista' tagħmel rikors kontra l-parti terza. Għaldaqstant, il-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi jkollha interess li jew ma titlifx il-kawża inizjali (u hawnhekk l-intervenjent jista' jkun f'pożizzjoni li jgħin) jew, jekk titlef din il-kawża, tirkupra t-telf billi tirbaħ il-proċeduri sussegwenti kontra l-parti terza.

Fl-istess waqt, il-parti notifikanti, meta toħroġ TPN, tipprevjeni lill-parti terza nnotifikata milli tkun tista', fi proċeduri sussegwenti, tagħmel ċertu rikorsi għal danni kontriha abbażi ta' litigazzjoni fjakka: Parti terza li tkun ingħatatilha TPN u għalhekk li tingħatalha l-opportunità li tinfluwenza l-eżitu ta' kawża tista' tibbaża t-talba għad-danni fuq litigazzjoni fjakka unikament fuq proċeduri ġudizzjarji qabel l-intervent tagħha jew fuq kwistjonijiet sostantivi li, anke bħala intervenjent, ma setgħetx tipprevjeni jew ma setgħux jiġu prevenuti. L-intervenjent jista' jressaq motivi u jissottometti dokumenti proċedurali, sakemm ma jagħmel xejn li jikkontradixxi l-parti prinċipali. F'każ ta' kawża sussegwenti bejn il-parti prinċipali u l-intervenjent, l-effetti tas-sentenza finali fil-proċeduri inizjali għandhom jestendu għall-intervenjent jew għal dawk li minkejja li ġew mistiedna jagħmlu dan, ma intervjenewx fil-proċeduri, sal-limitu li dawn il-persuni bħala partijiet f'kawża sussegwenti ma jkunux jistgħu jressqu motivi li jkunu f'konflitt mal-elementi ewlenin tas-sentenza fil-kawża inizjali.

3.) TPN ma għandha ebda effett vinkolanti fuq id-deċiżjoni dwar punti tal-liġi fil-kawża prinċipali.

4.) L-eżitu tal-kawża prinċipali mhuwiex vinkolanti jekk l-intervenjent ma jkunx tħalla jressaq motivi jew minħabba l-istat tal-kawża fil-ħin tal-intervent jew minħabba d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-parti prinċipali (pereżempju, minħabba li dik il-parti ma kkontendietx ċerti fatti jew allegazzjonijiet).

5.) Kif intqal diġà, l-effetti tan-notifika lil partijiet terzi japplikaw irrispettivament minn jekk il-parti terza tinvolvix ruħha jew le fil-kawża (ewlenija) bħala intervenjent.

6.) In-notifika lil partijiet terzi ma għandha ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi, sakemm il-parti terza ma tintervjenix biex tappoġġja lill-avversarju.

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

F'dan ir-rigward, issir referenza għall-informazzjoni relatata pprovduta mill-Awstrija fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, ‘Bringing an action before a court’ (Tiftaħ kawża l-qorti), ‘Enforcement of court decisions’ (Infurzar tas-sentenzi tal-qorti)’, ‘Enforcement proceedings’ (Proċeduri ta' infurzar) fil-URL segwenti.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

- fl-Awstrija, il-qorti distrettwali "Bezirksgericht", fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti. Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal deċiżjoni li ma hemm ebda bażi għal nonrikonoxximent (l-Artikolu 26(2)), u fil-każ ta' applikazzjonijiet għal rifjut ta' rikonoxximent (l-Artikolu 45), il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali fiż-żona fejn il-parti vinkolata bis-sentenza tkun irreġistrata jew stabbilita.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fl-Awstrija, il-qorti reġjonali ta' livell ogħla (Landesgericht), permezz tal-qorti distrettwali (Bezirksgericht), fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fl-Awstrija, il-qorti suprema (Oberste Gerichtshof) permezz tal-qorti distrettwali (Bezirksgericht), fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Il-Ġermaniż huwa l-unika lingwa aċċettata.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- fl-Awstrija: § 99 tal-Liġi dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti (Jurisdiktionsnorm).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

- fl-Awstrija: § 21 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Soluzzjonijiet u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-6 ta’ Ġunju 1959;
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali f’Materji u Dokumenti Ċivili, iffirmat f’Sofija fl-20 ta’ Ottubru 1967;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-16 ta’ Ġunju 1959,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Awstrija li tipprovdi għar-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fl-14 ta’ Lulju 1961, bi Protokoll ta’ emenda ffirmat f’Londra fis-6 ta’ Marzu 1970;
  • il-Konvenzjoni bejn in-Netherlands u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'The Hague fis-6 ta’ Frar 1963,
  • il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fil-15 ta’ Lulju 1966,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Lussemburgu u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Lulju 1971,
  • il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, ta’ Soluzzjonijiet Ġudizzjarji u ta’ Strumenti Awtentiċi, iffirmata f’Ruma fis-16 ta’ Novembru 1971,
  • il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u l-Iżvezja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, iffirmata fi Stokkolma fis-16 ta' Settembru 1982,
  • il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u Spanja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Għotjiet u Strumenti Awtentiċi Eżegwibbli f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Frar 1984,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Finlandja u l-Awstrija dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Novembru 1986;
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Federali Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka, iffirmat fi Vjenna fis-16 ta’ Diċembru 1954;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Polonja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar Relazzjonijiet Reċiproċi f’Materji ta’ Liġi Ċivili u Dokumenti, iffirmata fi Vjenna fil-11 ta’ Diċembru 1963;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali fil-Liġi Ċivili u tal-Familja u dwar il-Validità u Notifika tad-Dokumenti u l-Protokoll anness magħha, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Novembru 1965.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Polonja

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1. Kif tista’ tiġi deskritta b’mod ġenerali n-notifika lil partijiet terzi (TPN, third-party notice)?

Fil-Polonja, it-TPN hija rregolata mill-Artikoli 84 u 85 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Dan il-kunċett huwa msemmi bil-Pollakk bħala “przypozwanie”. Dan jikkonsisti f’li parti tkun tista’ issejjaħ lil avversarju futur biex jingħaqad fil-proċediment, peress li deċiżjoni li ma tkunx favorevoli għall-parti tista’ tirriżulta fi pretensjoni (li tirriżulta, pereżempju, minn ftehim ta’ garanzija) li titressaq kontra l-parti minn parti terza. Għal dan il-għan, il-parti tippreżenta talba, li tiġi nnotifikata lill-parti terza, li mbagħad tista’ tiddikjara li qed tingħaqad fil-kawża bħala parti intervenjenti awżiljarji.

2. X’inhuma l-effetti prinċipali ta’ sentenzi fuq persuni li ngħataw TPN?

It-TPN ma tirriżultax awtomatikament f’li tagħmel lill-persuna li hija s-suġġett tat-talba parti fil-kawża pendenti. Id-dħul tagħha fil-proċediment jieħu l-forma ta’ intervent awżiljarju (Artikoli 76-78 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Bi qbil mal-partijiet, il-parti awżiljarja li tintervjeni tista’ tieħu l-post tal-parti li tkun ingħaqdet magħha. Inkella, is-sentenza jkollha effett dirett (iżda, fil-każ ta’ TPN, biss jekk tkun konsistenti man-natura tar-relazzjoni kkontestata jew id-dispożizzjoni legali rilevanti).

3. Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-proċediment ewlieni?

Jekk, minkejja li tintalab tagħmel hekk, parti terza ma tingħaqadx fil-proċediment, hija tirrinunzja l-possibbiltà li tallega l-irregolarità tal-ewwel proċediment f’kull proċediment sussegwenti (l-Artikolu 82 flimkien mal-Artikolu 85 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

4. Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward ta’ fatti stabbiliti li l-parti terza ma setgħetx tikkontesta fil-proċediment ewlieni eż. minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet?

L-għoti ta’ notifika minn parti terza u t-talba tal-parteċipazzjoni tagħha hija wkoll fl-interess tal-parti terza, minħabba li jista’ jgħin biex jinkiseb riżultat pożittiv li jista’ jwassal biex kwalunkwe proċediment sussegwenti jkun superfluwu.

5. It-TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrispettivament minn jekk il-parti terza tkunx ingħaqdet fil-proċediment ewlieni jew le?

Jekk, minkejja li tintalab tagħmel hekk, parti terza ma tingħaqadx fil-proċediment, hija tirrinunzja għall-possibbiltà li tallega l-irregolarità tal-ewwel proċediment f’kull proċediment sussegwenti (l-Artikolu 82 flimkien mal-Artikolu 85 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

6. It-TPN taffettwa r-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti notifikanti?

Jekk il-persuna hekk mitluba tingħaqad fil-proċediment, din issir parti intervenjenti awżiljarja u, bi qbil mal-partijiet, tista’ tieħu post il-parti li tkun ingħaqdet magħha.

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

L-Artikolu 74 - Deskrizzjoni tar-regoli nazzjonali u l-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni jinsabu fl-Iskeda ta’ Informazzjoni Procedury służące wykonaniu orzeczenia (Proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza).

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Il-Qorti reġjonali [sąd okręgowy] tad-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tad-debitur jew, fin-nuqqas ta’ tali qorti, il-qorti reġjonali li fiha l-eżekuzzjoni reġjonali hija pendenti jew tkun qiegħda titwettaq.

Fil-każ ta’ rikors għal rifjut ta’ rikonoxximent:

Il-Qorti reġjonali [sąd okręgowy] li għandha ġuriżdizzjoni fil-kawża deċiża permezz tas-sentenza jew tar-reġjun fejn tinsab il-qorti distrettwali [sąd rejonowy] kompetenti jew fin-nuqqas tagħha, il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Il-Qorti tal-Appell [sąd apelacyjny] permezz tal-qorti reġjonali [sąd okręgowy].

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Il-Qorti Suprema [Sąd Najwyższy] permezz tal-qorti tal-appell [sąd apelacyjny].

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux Applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 1103(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u l-Artikolu 1110 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sakemm jipprovdu ġuriżdizzjoni esklużivament għall-qrati Pollakki fuq il-bażi ta’ waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin li jirrigwardaw ir-rikorrent: ċittadinanza Pollakka, domiċilju, residenza abitwali jew uffiċċju rreġistrat fil-Polonja.

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikoli 84 u 85 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili dwar in-notifika lil parti terza.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Polonja u r-Repubblika Popolari tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmata f’Budapest fis-6 ta’ Marzu 1959,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Polonja u r-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f’Varsavja fis-6 ta’ Frar 1960, attwalment fis-seħħ bejn il-Polonja u s-Slovenja u bejn il-Polonja u l-Kroazja,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fl-4 ta’ Diċembru 1961,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar ir-Relazzjonijiet Reċiproċi f’Materji Ċivili u dwar Dokumenti, iffirmata fi Vjenna fil-11 ta’ Diċembru 1963,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u r-Repubblika Ellenika dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f’Ateni fl-24 ta’ Ottubru 1979,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Regolamentazzjoni tar-Relazzjonijiet Ġuridiċi f’Materji Ċivili, Familjari, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fil-21 ta’ Diċembru 1987, li għadu fis-seħħ fir-relazzjonijiet bejn il-Polonja u r-Repubblika Ċeka u bejn il-Polonja u s-Slovakkja,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u r-Repubblika Taljana dwar l-Assistenza Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, iffirmata f’Varsavja fit-28 ta’ April 1989,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Ġuridiċi f’Materji Ċivili, Familjari, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fis-26 ta’ Jannar 1993,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Ġuridiċi f’Materji Ċivili, Familjari, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Riga fit-23 ta’ Frar 1994,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Polonja dwar il-Koperazzjoni Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f’Nikosija fl-14 ta’ Novembru 1996,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Ġuridiċi f’Materji Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Tallinn fis-27 ta’ Novembru 1998,
  • it-Trattat bejn ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Ġuridiċi f’Materji Ċivili, iffirmat f’Bucharest fil-15 ta’ Mejju 1999.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/02/2019

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Slovenja

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1.) Kif tista' tiġi deskritta notifika lil partijiet terzi (TPN) b'mod ġenerali:

TPN (‘litis denuntiatio’) hija notifika formali lil parti terza dwar kawża pendenti. Tista' tiġi kkombinata mal-istedina lil din il-persuna biex tieħu sehem fil-proċeduri. Il-mira ta' din in-notifika hija li tiggarantixxi d-drittijiet u l-effetti rikonoxxuti taħt il-liġi ċivili għar-rikorrent u l-konvenut. Il-parti notifikanti (parti fil-kawża) tibgħat in-notifika lill-qorti, u din imbagħad tinnotifikaha lit-terza persuna, li tkun libera li tiddeċiedi jekk tiħux sehem jew le. Skont il-liġi Slovena, il-qorti ma tiħux deċiżjoni dwar jekk talba ta' parti għal notifika formali ta' terza persuna tkunx ġustifikata. Anke jekk it-terza persuna tieħu sehem, din ma tkunx parti fil-kawża u r-rabta tagħha maż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi deċiża f'din il-litigazzjoni. It-terza persuna tista' tappoġġja liema parti trid fil-kawża prinċipali. Jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet, dik il-persuna tista' tieħu sehem fil-proċeduri bħala intervenjent. Meta tagħmel dan, hija tkun tista' tikkontribwixxi biex tintrebaħ il-kawża u b'hekk tgħin biex tiġi evitata litigazzjoni (rikors) sussegwenti kontriha jew ittejjeb il-pożizzjoni tagħha f'tali kawża sussegwenti. It-terza persuna ma tistax tressaq talba biex tiġi tterminata kawża li tkun ġiet istitwita, biex jiġi estiż it-terminu ta' żmien, jew biex jiġi pospost smigħ.

2.) X'inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq il-persuni li tkun ingħatatilhom TPN:

TPN tipproteġi lill-parti notifikanti minn ċerti talbiet għad-danni li kieku tista' tistenna mit-terza persuna. (Terza) persuna li kellha l-opportunità, permezz ta' TPN, li tinfluwenza l-eżitu ta' kawża fil-prinċipju ma tistax iktar tressaq talbiet għad-danni bbażati fuq nuqqasijiet fil-litigazzjoni min-naħa tal-parti notifikanti. Barra minn hekk, jekk ikun hemm proċeduri ta' rikors sussegwenti bejn il-parti notifikanti u persuna li tkun ġiet innotifikata dwar il-kawża prinċipali, din il-persuna ma tistax tqajjem, fir-rigward tal-parti notifikanti, argumenti jew fatti li jkunu f'kontradizzjoni mal-elementi (fattwali) sostanzjali tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali.

3.) Madankollu, ma hemm ebda effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-kawża prinċipali.

4.) Lanqas ma hemm effett vinkolanti fir-rigward tal-fatti stabbiliti li t-terza persuna ma rnexxilhiex tikkontesta fil-kawża prinċipali pereż. minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet.

5.) TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrespettivament minn jekk it-terza persuna ħaditx sehem fil-kawża prinċipali jew le.

6.) TPN ma taffettwax ir-relazzjoni bejn it-terza persuna u l-avversarju tal-parti notifikanti għajr f'sitwazzjoni fejn it-terza persuna tiddeċiedi li tieħu sehem fuq in-naħa tal-avversarju ta' dik il-parti.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

- fis-Slovenja: Il-Qorti Distrettwali.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fis-Slovenja: Il-Qorti Distrettwali.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fis-Slovenja: Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

- fis-Slovenja: fil-qrati li ġejjin, waħda mil-lingwi tal-minoranzi nazzjonali hija wkoll aċċettata bħala lingwa uffiċjali minbarra s-Sloven:

  • Il-Qorti Distrettwali ta' Koper: it-Taljan;
  • Il-Qorti Lokali ta' Koper: it-Taljan;
  • Il-Qorti Lokali ta' Piran: it-Taljan;
  • Il-Qorti Lokali ta' Lendava: l-Ungeriż.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- fis-Slovenja: l-Artikolu 58 tal-Liġi Internazzjonali Privata u l-Att dwar il-Proċedura (Zakon o mednarodnem zasebnem pravu in postopku).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

- fis-Slovenja: l-Artikolu 204 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku), li tirregola n-notifika lil partijiet terzi.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Federattiva Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka, iffirmat fi Vjenna fis-16 ta’ Diċembru 1954,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federattiva Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Italja dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka f'Materji Ċivili u Amministrattivi, iffirmata f'Ruma fit-3 ta’ Diċembru 1960,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federattiva Popolari tal-Jugoslavja u r-Renju tal-Greċja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Infurzar tas-Sentenzi, iffirmata f'Ateni fit-18 ta’ Ġunju 1959;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federattiva Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika Popolari tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f'Varsavja fis-6 ta’ Frar 1960,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Federattiva Soċjalista tal-Jugoslavja u r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar ir-Regolazzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f'Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, iffirmat f'Belgrad fl-20 ta' Jannar 1964,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Federattiva Soċjalista tal-Jugoslavja u r-Repubblika ta' Ċipru dwar l-Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f'Nikosija fid-19 ta' Settembru 1984,
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federattiva Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika Popolari tal-Bulgarija dwar l-Assistenza Legali Reċiproka, iffirmat f'Sofija fit-23 ta’ Marzu 1956,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Federattiva Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika Popolari tar-Rumanija dwar l-Assistenza Legali, iffirmat f'Belgrad fit-18 ta' Ottubru 1960 u l-Protokoll tiegħu,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Federattiva Soċjalista tal-Jugoslavja u r-Repubblika Popolari tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali Reċiproka, iffirmat f'Belgrad fis-7 ta' Marzu 1968,
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f'Zagreb fis-7 ta' Frar 1994,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika Federattiva Soċjalista tal-Jugoslavja u l-Gvern tar-Repubblika ta' Franza dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Pariġi fit-18 ta' Mejju 1971.