Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Ġermanja


L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1. Kif tista’ tiġi deskritta n-notifika lil partijiet terzi (TPN - third-party notice) b’mod ġenerali?

In-notifika lil partijiet terzi (“TPN”) tintuża biex tingħata notifika formali ta’ proċediment il-qorti li jkun pendenti (proċediment inizjali - Vorprozess) lil partijiet terzi li ma jkunux partijiet fih. In-notifika lil partijiet terzi ssir billi jiġi ppreżentat dokument bil-miktub lill-qorti li mbagħad jiġi nnotifikat uffiċjalment lid-destinatarju tat-TPN. Il-parti terza tkun libera li tiddeċiedi jekk tisseħibx jew le fil-proċedimenti. Parti terza li tissieħeb fil-proċedimenti ma ssirx parti, iżda tkun sempliċiment intervenjent, li d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tagħha ma jridux ikunu f’kunflitt ma’ dawk tal-parti prinċipali. L-intervenjent ma jistax jintalab iħallas xi spejjeż.

2. X’inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq persuni li jkunu ngħataw TPN?

Notifika lil partijiet terzi tippresupponi li parti fi proċediment li jkun għaddej (proċediment inizjali) ikollha raġuni għaliex tibża’ minn eżitu sfavorevoli, iżda jkollha wkoll għalfejn tistenna li jekk l-eżitu jkun sfavorevoli, imbagħad tkun tista’ tressaq kawża għad-danni kontra l-parti terza jew tieħu passi kontra l-parti terza taħt garanzija. Għaldaqstant, il-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi jkollha interess li tirbaħ il-proċediment inizjali (u hawnhekk l-intervenjent ikun jista’ jassisti) jew - jekk il-proċediment inizjali jintilef - li tirkupra t-telf tagħha billi tirbaħ proċediment sussegwenti (Folgeprozess) kontra l-parti terza.

Jekk il-parti terza tappoġġa lill-parti li tkun ħarġet in-notifika, il-parti terza trid taċċetta l-kawża skont kif issibha. Il-parti terza tista’ tqajjem motivi u tippreżenta dokumenti proċedurali, dment li ma tagħmel xejn li jikkontradiċi lill-parti prinċipali. Jekk il-parti terza tirrifjuta li tissieħeb fi proċediment, jew ma tiħux pożizzjoni, il-proċediment jibqa’ għaddej mingħajr kunsiderazzjoni tal-parti terza. Jekk il-parti li tkun ħarġet in-notifika, sussegwentement tiftaħ kawża kontra l-parti terza, din tal-aħħar ma tistax tisħaq li d-deċiżjoni fil-proċediment inizjali ma kinitx korretta. Dan ifisser li, fil-proċediment sussegwenti, konstatazzjoni tal-proċediment inizjali favur il-parti li tkun ħarġet in-notifika lil partijiet terzi titqies bħala vinkolanti.

3. In-notifika lil partijiet terzi ma għandha l-ebda effett fuq id-deċiżjoni dwar punti tal-liġi fil-proċediment inizjali.

4. L-eżitu tal-proċedimenti inizjali ma jkunx vinkolanti jekk l-intervenjent ma jkunx tħalla jqajjem motivi jew minħabba l-istat tal-proċediment fil-waqt tal-intervent jew minħabba d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-parti prinċipali.

5. L-effetti tan-notifika lil partijiet terzi japplikaw irrispettivament minn jekk il-parti terza tisseħibx jew le fil-proċediment inizjali.

6. In-notifika lil partijiet terzi ma għandha l-ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti li tkun ħarġet in-notifika lil partijiet terzi, sakemm il-parti terza ma tintervjenix b’sostenn għall-avversarju.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

- fil-Ġermanja, il-Landgericht.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fil-Ġermanja, l-Oberlandesgericht.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fil-Ġermanja, il-Bundesgerichtshof.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

- fil-Ġermanja: l-Artikoli 68 u 72-74 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fid-9 ta’ Marzu 1936;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Belġju dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, id-Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ u l-Atti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fit-30 ta’ Ġunju 1958;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, tar-Riżoluzzjonijiet u tal-Atti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vienna fis-6 ta’ Ġunju 1959;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fl-14 ta’ Lulju 1960;
  • il-Konvenzjoni bejn in-Netherlands u l-Ġermanja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi u ta’ Atti Eżegwibbli Oħra f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’The Hague fit-30 ta’ Awwissu 1962;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Greċja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, tar-Riżoluzzjonijiet u tal-Atti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ateni fl-4 ta’ Novembru 1961;
  • il-Konvenzjoni bejn Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi, tar-Riżoluzzjonijiet u tal-Atti Awtentiċi Eżegwibbli f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bonn fl-14 ta’ Novembru 1983.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019