Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) - Estonja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Estonja

Brussels I recast


L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1) Kif tista’ notifika lil partijiet terzi (TPN - third-party notice) tiġi deskritti b’mod ġenerali?

Skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, parti terza tiġi nnotifikata bi proċediment ġudizzjarji billi tiġi nnotifikata b’notifika lil partijiet terzi. Meta tilwima fil-qorti tiġi solvuta a skapitu ta’ xi parti fil-proċediment, dik il-parti tista’ tressaq kawża kontra parti terza biex teħlisha minn obbligu li jirriżulta minn ksur allegat tal-kuntratt, obbligu ta’ kumpens għal danni jew obbligu ta’ rimedju jew, jekk ikollha raġuni għalfejn tistenna li parti terza tkun se tieħu tali passi kontriha, tista’ tippreżenta rikors lill-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti sabiex iżżid parti terza fil-proċedimenti. Il-qorti tinnotifika lil partijiet terzi, tgħarraf lill-parti l-oħra bin-notifika u tistabbilixxi skadenza sabiex dawn jieħdu pożizzjoni. Jekk in-notifika tissodisfa r-rekwiżiti legali u l-parti tiġġustifika l-ħtieġa li tiżdied parti terza, il-qorti tordna lill-parti terza biex tiżdied fil-proċedimenti. Skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, parti terza li ma tressaqx argument awtonomu tieħu sehem fil-proċedimenti iżda ma tkunx waħda mill-partijiet fil-proċedimenti (rikorrent jew konvenut). Jekk jirriżulta li l-parti terza tkun ingħaqdet fil-proċedimenti mingħajr ġustifikazzjoni, il-qorti tista’ tordnalha li tiġi eskluża mill-proċedimenti. Parti terza li ma tressaqx argument awtonomu li tkun ingħaqdet jew tintervjeni fil-proċedimenti fuq in-naħa tar-rikorrent jew tal-konvenut għandha preżumibbilment issostni l-pożizzjoni tal-parti rilevanti fil-proċedimenti, jiġifieri tressaq argument insostenn ta’ dik il-parti u jkollha interess fir-rebħa ta’ dik il-parti. Parti terza li ma tressaqx argument awtonomu tista’ tieħu l-passi proċedurali kollha għajr dawk li jistgħu jittieħdu biss mir-rikorrent jew mill-konvenut waħedhom; dan jinkludi l-appell mid-deċiżjonijiet meħuda fil-kawża. Rikors, ilment jew att proċedurali minn parti terza jkollu effett legali fuq il-proċedimenti fil-każijiet biss li fihom dan ma jkunx f’kunflitt mar-rikors, mal-ilment jew mal-att tar-rikorrent jew tal-konvenut li l-parti terza tkun qed tipparteċipa fil-proċedimenti magħha. Meta jitressaq ilment jew jittieħed kwalunkwe pass proċedurali ieħor, tapplika l-istess skadenza għall-parti terza bħal dik tar-rikorrent jew tal-konvenut fuq in-naħa ta’ liema tkun qed tipparteċipa fil-proċedimenti, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.

2) X’inhuma l-effetti prinċipali tas-sentenzi fuq persuni nnotifikati b’TPN?

Jekk parti tippreżenta rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza, iżda l-qorti ma żżidx il-persuna fil-proċedimenti jew il-persuna tkun eskluża mill-proċedimenti terzi, dik il-persuna ma tkunx legalment vinkolata bid-deċiżjoni fil-proċedimenti prinċipali.

Jekk parti tressaq rikors biex tiżdied persuna bħala parti terza u dik il-persuna tiżdied fil-proċedimenti bħala parti terza, il-parti terza, fir-rigward tar-rikorrent jew tal-konvenut li affavur tiegħu tkun intervjeniet fil-proċedimenti jew tkun ingħaqdet fil-proċedimenti, ma tistax, fi proċedimenti sussegwenti għall-proċedimenti prinċipali, tiddependi fuq il-fatt li r-riżoluzzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda fil-proċedimenti kienet waħda żbaljata jew li ċ-ċirkostanzi ġew stabbiliti b’mod żbaljat. Jekk parti fil-proċedimenti tibda proċedimenti kontra parti terza li ma tressaqx argument awtonomu u tiddependi fuq proċedimenti preċedenti, il-parti terza tista’ wkoll tqajjem oġġezzjoni li tkun qajmet fil-proċedimenti bħala parti terza u li tikkontradiċi d-dikjarazzjonijiet tal-parti. Parti terza tista’ wkoll tqajjem oġġezzjoni li hija ma setgħetx tressaq rikors, oġġezzjoni, evidenza jew ilment għaliex intervjeniet jew ingħaqdet fil-proċedura meta kien tard wisq jew ma setgħetx tressaqhom minħabba dikjarazzjonijiet jew azzjonijiet mir-rikorrent jew mill-konvenut li fil-proċedimenti pparteċipat magħhom. Tista’ wkoll toġġezzjona li r-rikorrent jew il-konvenut, bla ma l-parti terza kienet taf, naqas milli jippreżenta rikors, oġġezzjoni, evidenza jew ilment deliberatament jew minħabba negliġenza gravi.

3) Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-proċediment prinċipali?

Jekk parti tkun ippreżentat rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza, iżda l-qorti ma tkunx żiedet il-persuna fil-proċedimenti jew il-persuna tkun ġiet eskluża mill-proċedimenti terzi, id-deċiżjoni fil-proċedimenti prinċipali ma tkunx legalment vinkolanti, inkluż fir-rigward tal-valutazzjoni legali.

4) Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-fatti stabbiliti li l-persuna terza ma setgħetx tikkontesta fil-proċediment prinċipali, minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet?

Iċ-ċirkostanzi stabbiliti mill-qorti mhumiex legalment vinkolanti fuq il-parti terza jekk il-parti terza ma setgħetx tikkontestahom għaliex il-partijiet l-oħra ma kkontestawhomx jew jekk il-parti li affavur tagħha tkun ingħaqdet il-parti terza fil-proċedimenti ma qablitx maċ-ċirkostanzi kkontestati mill-parti terza.

5) It-TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrispettivament minn jekk it-terza persuna ngħaqdet mal-kawża prinċipali jew le?

Ġaladarba, skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, parti terza tiġi nnotifikata biss b’notifika lil partijiet terzi maħruġa minn wieħed mill-partijiet u mhux b’mod awtonomu, l-effetti legali jiddependu fuq jekk il-parti terza tkunx ingħaqdet jew le fil-proċedimenti.

6) It-TPN taffettwa r-relazzjoni bejn it-terza persuna u l-avversarju tal-parti notifikanti?

Jekk parti tkun ippreżentat rikors biex parti terza tiżdied fil-proċedimenti, iżda l-qorti ma tkunx żiedet dik il-parti terza fil-proċedimenti, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn il-parti li tippreżenta r-rikors u l-parti avversarja tagħha, sakemm il-parti terza ma tkunx ingħaqdet fil-proċedimenti.

Iż-żieda ta’ parti terza li ma tressaqx argumenti awtonomi u l-konsegwenzi ta’ dan huma rregolati mill-Artikoli 214 u 216 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qorti tal-kontea.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qorti distrettwali permezz tal-qorti tal-kontea li d-deċiżjoni tagħhom tkun qed tiġi kkontestata permezz tal-appell.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-Qorti Suprema.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-Ingliż.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-Artikolu 86 (ġurisdizzjoni fil-post tal-proprjetà) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sa fejn it-talba ma tkunx relatata ma’ dik il-proprjetà tal-persuna. L-Artikolu 100 (talba għal terminazzjoni tal-applikazzjoni tat-termini standard) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sa fejn il-kawża għandha titressaq quddiem il-qorti li t-terminu standard ikun ġie applikat fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha.

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-Artikoli 212-216 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • Il-Ftehim dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali bejn ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja, iffirmat f’Tallinn fil-11 ta’ Novembru 1992.
  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Tallinn fis-27 ta’ Novembru 1998.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/05/2019