Reġistri kummerċjali

Stabilixxi mill-ġdid

Is-suq uniku tal-UE wassal biex għadd ta’ kumpaniji jespandu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom. Ir-reġistri tan-negozji tal-pajjiżi kollha tal-UE ilhom interkonnessi minn Ġunju 2017 u issa wieħed jista’ wkoll ifittex fihom.


Reġistri kummerċjali

Barra minn hekk, matul l-aħħar għaxar snin il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fetħet il-possibbiltà għall-impriżi li jinkorporaw ruħhom fi Stat Membru wieħed u jmexxu l-attività tan-negozju tagħhom, parzjalment jew fl-intier tagħha, fi Stat Membru ieħor.

It-terminu "reġistru tan-negozju" ikopri r-reġistri kummerċjali nazzjonali, ir-reġistri tal-kumpaniji, u kwalunkwe reġistru ieħor li jaħżen l-informazzjoni dwar il-kumpaniji u li jagħmilha disponibbli għall-pubbliku skont kif imfisser fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2009/101/KE.

Jekk jogħġbok ikkonsulta s-subpaġni relevanti sabiex issib iktar informazzjoni dwar ir-reġistri tan-negozji fuq livell Ewropew u fuq ir-reġistri tan-negozji nazzjonali.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 22/01/2019