Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri

Fl-Ewropa, ir-reġistri tan-negozju joffru firxa ta' servizzi, li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.


Madankollu, is-servizzi ewlenin ipprovduti mir-reġistri kollha huma r-reġistrazzjoni, l-eżami u l-ħażna tal-informazzjoni tal-kumpanija, bħall-informazzjoni dwar il-forma ġuridika tal-kumpanija, is-sede, il-kapital u r-rappreżentanti legali tagħha, u li tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku.

Biex tikseb informazzjoni dettaljata dwar ir-reġistru fl-Istati Membri kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja agħżel waħda mill-bnadar li ssib fin-naħa tal-lemin.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 24/01/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Internazzjonali

L-informazzjoni tar-Reġistru Kummerċjali hija aċċessibbli wkoll għall-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex Stati Membri tal-UE.


In-Norveġja

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein




In-Norveġja

Iċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund huwa korp governattiv taħt il-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd. Ir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali huwa wieħed mill-14-il reġistru nazzjonali ġestit miċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund.

Ir-reġistru kummerċjali huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-intrapriżi kummerċjali kollha fin-Norveġja. Ir-reġistru għandu jiżgura protezzjoni legali u sorveljanza finanzjarja, u huwa sors importanti għal kull min jeħtieġ informazzjoni preċiża dwar il-parteċipanti fl-industrija Norveġiża.

X'joffri r-reġistru kummerċjali Norveġiż?

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali Norveġiż jipprovdi informazzjoni dwar negozji rreġistrati. Fis-sit taċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund tista' taċċessa informazzjoni prinċipali permezz tal-magna tat-tiftix tagħna. Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali tista' tinstab f'avviżi, u tista' tordna informazzjoni u traskrizzjonijiet addizzjonali mill-ħanut fuq l-internet u permezz tar-Reġistru Kummerċjali Ewropew (EBR).

Informazzjoni prinċipali:

  • In-numru tal-organizzazzjoni tal-kumpanija
  • Isem il-kumpanija, l-indirizz kummerċjali u indirizzi oħrajn
  • Id-data ta' formazzjoni tal-kumpanija
  • L-istatuti ta' assoċjazzjoni u t-tip ta' attività tal-kumpanija
  • Ir-rwoli fil-kumpanija
  • Informazzjoni dwar il-falliment

Avviżi:

Ir-reġistru kummerċjali jħabbar l-avvenimenti ewlenin kollha għal kumpanija. Huwa jħabbar meta tiġi rreġistrata kumpanija ġdida, meta jiġu rreġistrati bidliet importanti f'kumpanija, u meta kumpanija tiġo xolta jew tittneħħa mir-reġistru. Fil-bażi ta’ dejta għall-avviżi li tista' tintuża għat-tiftixiet hemm dejta maħżuna mill-1 ta' Novembru 1999 'il quddiem. Il-verżjoni bl-Ingliż tal-avviżi ilha aċċessibbli minn Awwissu 2006.

Informazzjoni addizjonali li tista' tkun ordnata bi ħlas hija traskrizzjonijiet u ċertifikati bħal:

  • Ċertifikat tar-reġistrazzjoni
  • Kontijiet annwali

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa bla ħlas?

L-informazzjoni prinċipali li hija aċċessibbli mill-magna tat-tiftix tagħna u l-informazzjoni mill-bażi ta’ dejta tal-avviżi hija bla ħlas. Xi servizzi bħat-traskrizzjonijiet u ċ-ċertifikati huma suġġetti għal ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru kummerċjali Norveġiż?

Informazzjoni bażika dwar l-intrapriżi kummerċjali rreġistrati fir-reġistru kummerċjali tista' tiġi aċċessata fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit taċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund. It-tiftixiet jistgħu jsiru jew b'isem il-kumpanija jew bin-numru tal-organizzazzjoni fil-bażi ta' dejta tal-Avviżi.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

Partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq l-informazzjoni fir-Reġistru tal-Intrapriżi kummerċjali bħala l-informazzjoni legalment valida dwar kumpanija. L-informazzjoni rreġistrata titqies li waslet għall-attenzjoni ta' partijiet terzi. Dan japplika kemm għall-informazzjoni nnifisha u kemm għad-dokumenti li huma r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni. Fil-prattika dan ifisser li parti terza għandha tiċċekkja l-informazzjoni rreġistrata dwar kumpanija qabel ma tinnegozja magħha.

Ir-regoli li jirrigwardaw kemm parti terza tista' toqgħod fuq informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali fin-Norveġja jinsabu fl-Artikolu 10-1 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Intrapriżi Kummerċjali. Taqsira tar-regoli hi li l-informazzjoni rreġistrata titqies li waslet għall-attenzjoni ta' partijiet terzi.

Spjegazzjoni iktar dettaljata hija li għal każijiet fejn l-istat tad-dritt jiddetermina l-pożizzjoni legali ta' parti terza dwar jekk ikun jaf jew le bi kwistjoni partikolari, l-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali titqies li waslet għall-attenzjoni tal-parti terza.

Għal kwistjonijiet fejn in-notifika tar-reġistrazzjoni kellha tintbagħat lir-reġistru (imma ma ntbagħtitx), u dawn il-kwistjonijiet ikunu kontradittorji għall-informazzjoni rreġistrata, dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux ikunu uzati kontra parti terza. Eċċezzjoni għal din ir-regola hij s-sitwazzjoni fejn il-parti terza tkun taf jew ikun imissha kienet taf bil-kwistjoni. F'dan il-każ il-parti terza ma tistax issostni b'mod ġustifikabbli li ma setgħetx toqgħod fuq l-informazzjoni rreġistrata.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Norveġiż

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali Norveġiż ġie stabbilit fl-1998 u wettaq il-funzjonijiet li kienu jsiru minn kważi 100 reġistru kummerċjali lokali li kien hemm qabel.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Intrapriżi Kummerċjali bin-Norveġiż

 



L-Iżlanda

X'joffri r-reġistru kummerċjali Iżlandiż?

Mill-2003 'l quddiem ir-Reġistru tal-Intrapriżi huwa taqsima fi ħdan id-Direttorat tat-Taxxi Interni u jopera fajl pubbliku li fih informazzjoni dwar l-entitajiet li ġejjin:

  1. individwi, kumpaniji u entitajiet oħrajn li għandhom negozju
  2. istituzzjonijiet u kumpaniji statali
  3. istituzzjonijiet u kumpaniji tal-muniċipalitajiet
  4. assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet, ħlief individwi, responsabbli għall-immaniġġar ta' assi jew biex iwettqu kull obbligu tat-taxxa
  5. attivitajiet oħrajn li d-Direttorat tat-Taxxi Interni/ir-Reġistru tal-Intrapriżi jħossu li hemm reġuni biex ikunu rreġistrati f'fajl uffiċjali.

Ir-reġistru għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja dwar l-entitajiet imsemmija fuq kif applikabbli:

  1. Isem
  2. Numru ta’ identifikazzjoni, indirizz
  3. Forma ġuridika
  4. Id-data tat-twaqqif
  5. L-isem, l-indirizz u n-numru ta' identifikazzjoni tal-eżekuttiv
  6. Kodiċi ta' attività (ISAT-nr.)
  7. Likwidazzjoni
  8. Affarijiet oħra li hemm bżonn li jiġu rreġistrati skont il-liġi.

Malli ssir ir-reġistrazzjoni, ir-Reġistru joħroġ numru ta' identifikazzjoni uniku għall-entità.

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi jipprovdi lill-entitajiet pubbliċi, lill-kumpaniji u lill-individwi informazzjoni mir-reġistru skont ir-regolament stabbilit mill-Ministru rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni u l-ħlasijiet.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa bla ħlas?

Informazzjoni dwar l-isem, l-indirizz, il-forma ġuridika, il-kodiċi ISAT u n-numru tal-VAT huma ppubblikati fuq is-sit tat-Taxxi Interni/tar-Reġistru tal-Intrapriżi u jistgħu jiġu aċċessati bla ħlas.

Għal informazzjoni ulterjuri trid tħallas u t-tama hi li jkunu disponibbli mill-ħanut onlajn tagħna fl-2016.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fl-Iżlanda?

Fis-sit tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorat tat-Taxxi Interni tista' tfittex l-informazzjoni li tkun bla ħlas. Sfortunament għalissa għadha bl-Iżlandiż biss. Għal aktar informazzjoni ikun hemm bżonn li wieħed jikkuntattja l-uffiċċju bit-telefown jew bl-e-mail sakemm jiftaħ il-ħanut onlajn is-sena d-dieħla.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Iżlandiż.

Sal-1980 il-kumpaniji kienu rreġistrati mal-kummissarji lokali madwar l-Iżlanda kollha. Fl-1980 twaqqaf reġistru speċjali għall-kumpaniji b'responsabbiltà limitata imma n-numri ta' identifikazzjoni għal dawn il-kumpaniji kienet toħroġhom Statistics Iceland. Mill-1997 'il quddiem il-kumpaniji kummerċjali kollha ħlief soċjetajiet mingħajr responsabbiltà limitata kienu jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Intrapriżi u mill-2014 ir-reġistrazzjoni tas-soċjetajiet qed issir hemm ukoll jiġifieri issa għandna reġistru kummerċjali uffiċjali wieħed biss fl-Iżlanda, Ir-Reġistru tal-Intrapriżi.

 



Il-Liechtenstein

Jinżamm reġistru kummerċjali (Handelsregister) wieħed għall-pajjiż kollu tal-Liechtenstein. Ir-reġistru kummerċjali jinżamm mid-Dipartiment tal-Ġustizzja (Amt für Justiz) f'Vaduz.

Ir-reġistru kummerċjali huwa reġistru pubbliku hu l-preżunzjoni hi li hu preċiż. L-għan prinċipali hu li jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt tal-kummerċ billi jiżvela r-relazzjonijiet ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet ta' persuni ġuridiċi u fiżiċi li jidħlu f'negozju fir-rigward tar-responsabbiltà u l-awtorità biex jaġixxu.

X'joffri r-reġistru kummerċjali?

Ir-reġistru kummerċjali fih informazzjoni dwar l-entitajiet ġuridiċi rreġistrati kollha li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Prinċipalità tal-Liechtenstein u dwar il-fondi fiduċjarji (Treuhänderschaften) tal-Liechtenstein. L-informazzjoni tkopri fatti u relazzjonijiet li xi wħud minnhom iridu jiddaħħlu fir-reġistru bil-liġi u oħrajn jiddaħħlu volontarjament, flimkien mad-dokumenti ta' prova rilevanti.

Dokumenti dwar fondi fiduċjarji mhux irreġistrati u dejta relatata ma' fondazzjonijiet (Stiftungen) mhux irreġistrati jiġu ppreżentati r-reġistru pubbliku wkoll.

L-aċċess għar-reġistri kummerċjali huwa bla ħlas?

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa suġġett għal ħlas.

Informazzjoni parzjali dwar kwalunkwe waħda mill-entitajiet ġuridiċi rreġistrati fir-reġistru kummerċjali u informazzjoni ġuridika oħra tista' tinstab bla ħlas fl-indiċi tan-negozju tar-reġistru (Firmenindex) permezz tal-ħolqa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oera.li/hrweb/ger/firmensuche_afj.htm, u dikjarazzjoni sħiħa ċċertifikata tista' tiġi ordnata wara ħlas permezz tal-istess ħolqa.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fil-Liechtenstein?

Ir-reġistru kummerċjali, inkluż in-notifiki u d-dokumenti ta' prova, huma pubbliċi.

L-indiċi kummerċjali (Firmenindex) jista' jintuża biex issir tiftixa għal entità ġuridika rreġistrata bl-użu ta' isimha jew tal-isem kummerċjali tagħha jew in-numru tar-reġistru tagħha.

Kemm hija affidabbli l-informazzjoni fir-reġistri?

L-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE, kif emendat mid-Direttiva 2012/17/UE, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħtu informazzjoni fejn jispjegaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li skonthom partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq id-dokumenti tal-kumpanija u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2. Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tat-8 ta' Ottubru 2013 tgħid li d-Direttiva 2012/17/UE għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

Ħlief meta l-leġiżlazzjoni tistipula li pubblikazzjoni parzjali jew pubblikazzjoni tal-estratti biss huma meħtieġa, l-entrati fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati kompletament mid-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-gazzetta uffiċjali mingħajr dewmien (l-Artikolu 956(1) tal-Att dwar il-Persuni u l-Kumpaniji (Personen- und Gesellschaftsrecht, PGR)). Il-pubblikazzjoni uffiċjali tal-Prinċipat tal-Liechtenstein hija l-gazzetta uffiċjali elettronika (Amtsblatt) (l-Artikolu 16 tal-Att dwar il-Pubblikazzjoni (Kundmachungsgesetz).

Kull persuna li taġixxi b'bona fide tista' toqgħod fuq l-entrati, l-emendi u t-tħassir fir-reġistru kummerċjali. Il-kontenut tal-entrati, l-emendi u t-tħassir huwa affidabbli fil-konfront tal-parti rreġistrata sakemm ikun ġie ppreżentat skont ix-xewqa ta' dik il-parti (l-Artikolu 948(1) u (2) PGR).

Fir-rigward ta' partijiet terzi, entrata fir-reġistru kummerċjali tkun effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħha, dejjem jekk ikun hemm rekwiżit legali għall-pubblikazzjoni (l-Artikolu 947(2) PGR).

Skont l-Artikolu 949 PGR, entrata fir-reġistru kummerċjali għandu l-effett tal-iżvelar u ladarba r-reġistrazzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward ta' partijiet terzi, ħadd ma jkun għadu jista' joġġezzjona li ma kienx jaf bl-entrata. Madankollu, jekk kien hemm rekwiżit li fatt partikolari jrid ikun rreġistrat, u dak il-fatt ma jkunx irreġistrat, dan ikun affidabbli fil-konfront ta' parti terza biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-parti terza kienet taf bih.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali

Id-dejta fir-reġistru kummerċjali tal-Liechtenstein kienu oriġinarjament irreġistrati fuq index cards. Id-dejta attwali kollha, kif ukoll popolazzjoni kbira tad-dejta storika, issa jinsabu fuq mezzi elettroniċi.

Informazzjoni addizzjonali

L-entrati fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati fil-format rikjest mil-liġi fil-gazzetta elettronika, u partijiet tersi jistgħu joqogħdu fuqhom biss b'effett mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħhom. F'każ ta' diskrepanza bejn l-entrata fir-reġistru u l-informazzjoni ppubblikata, l-entrata fir-reġistru tieħu preċedenza.

Pubblikazzjoni u effett tal-entrati fir-reġistru kummerċjali

In-natura pubblika tar-reġistru kummerċjali

Ir-reġistru kummerċjali, inkluż in-notifiki u d-dokumenti ta' prova, huma pubbliċi. Kulħadd għandu aċċess għall-entrati. Id-dokumenti fir-reġistru li jikkonċernaw kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften), soċjetajiet en commandite (Kommanditaktiengesellschaften) u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung) jistgħu jiġu aċċessati mingħar restrizzjoni; għal korpi b'forom ġuridiċi oħrajn, l-inkwerent irid juri bil-provi li għandu interess leġittimu (l-Artikolu 953 PGR).

Pubblikazzjoni tal-entrati

Ħlief meta l-leġiżlazzjoni tistipula li pubblikazzjoni parzjali jew pubblikazzjoni tal-estratti biss huma meħtieġa, l-entrati fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati kompletament mid-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-gazzetta uffiċjali mingħajr dewmien. Id-dokumenti u d-dettalji kollha, li bil-liġi jridu jiġu ppreżentati u ppubblikati, jiġu ppubblikati bl-istess mod (l-Artikolu 956 et seq. PGR). L-informazzjoni ppubblikata hija affidabbli fil-konfront ta' kulħadd minn tmiem dakinhar li tiġi ppubblikata.

L-avviżi li jikkonċernaw kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften), soċjetajiet en commandite (Kommanditaktiengesellschaften) u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung) jieħdu l-forma ta' referenza ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali għall-entrata u għad-dokumenti ta' prova u d-dettalji. L-istess japplika fil-każ ta' persuna ġuridika li tieħu sehem f'negozju b'mod kummerċjali. F'każijiet oħra l-avviżi jieħdu l-forma ta' referenza għall-entrata fir-reġistru (l-Artikolu 957 PGR).

L-effettività tal-entrati f'negozjar ma' partijiet terzi

Fir-rigward ta' partijiet terzi, entrata fir-reġistru kummerċjali tkun effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħha, dejjem jekk ikun hemm rekwiżit legali għall-pubblikazzjoni (l-Artikolu 947(2) PGR).

Fil-każ ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften), soċjetajiet en commandite (Kommanditaktiengesellschaften) u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung) parti terza ma tistax toqgħod fuq fatt li jkun ġie rreġistrat u ppubblikat jekk ikun relatat ma' tranżazzjoni legali li titwettaq fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta l-entrata tidħol fis-seħħ u l-parti terza tista' tipprova li ma kinitx taf bih u ma setgħetx tkun mistennija li tkun taf bih (l-Artikolu 949(1a) PGR).

Ladarba r-reġistrazzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward ta' partijiet terzi, ħadd ma jkun għadu jista' joġġezzjona li ma kienx jaf bl-entrata (l-Artikolu 949(1) PGR).

L-entrati fir-reġistru kummerċjali jikkostitwixxu evidenza sħiħa tal-fatti li jattestaw sakemm ma jintweriex li jkunu skorretti (l-Artikolu 949(3) PGR).

Diskrepanzi bejn entrata kif ippreżentata u kif ippubblikata

Jekk ikun hemm diskrepanza bejn l-entrata fir-reġistru u l-informazzjoni ppubblikata, l-entrata fir-reġistru tieħu preċedenza, u mbagħad l-informazzjoni ppubblikata, u finalment il-kontenut tad-dokumenti ta' prova. F'każ ta' diskrepanza bejn entrata fir-reġistru u l-informazzjoni ppubblikata, partijiet terzi li jaġixxu b'bona fide jistgħu joqogħdu wkoll fuq l-informazzjoni ppubblikata fil-konfront tal-parti li l-entrata hija dwarha (l-Artikolu 959(2) u (3) PGR).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Persuni u l-Kumpaniji (Personen- und Gesellschaftsrecht, PGR) tal-20 ta' Jannar 1926 (ippubblikat LGBl. 1926 Nru 4)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Pubblikazzjoni (Kundmachungsgesetz) tas-17 ta' April 1985 (ippubblikat LGBl. 1985 Nru 41)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament tal-Gazzetta Uffiċjali (Amtsblattverordnung ) tal-4 ta' Settembru 2012 (ippubblikat LGBl. 2012 Nru 284)


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 20/05/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Belġju

Din it-taqsima tagħti ħarsa lejn ir-reġistru Belġjan tal-kummerċ.


X’joffri r-reġistru Belġjan tal-kummerċ?

Ir-reġistru Belġjan tal-kummerċ, il-Bażi tad-Dejta tal-Hub tal-Kummerċ (Banque-Carrefour des Entreprises (BCE) bil-Franċiż, Kruispunktbank van Ondernemingen (KBO) bl-Netherlandiż) huwa miżmum minn uffiċċju fid-Dipartiment Federali tal-Ekonomija. Ir-reġistru nħoloq sabiex jissimplifika l-amministrazzjoni u jipprovdi mezz biex jiġu identifikati negozji b'mod mhux ambigwu. Il-bażi tad-dejta tkopri l-impriżi kollha, u l-liġi teħtieġ li l-impriżi kollha jirreġistraw. Telenka wkoll l-istabbilimenti tan-negozji (jew "l-unitajiet ta' stabbiliment"): dawn huma l-indirizzi fejn - jew minn fejn - in-negozju jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Il-bażi tad-dejta tipprovdi wkoll links għal bażijiet tad-dejta oħrajn. Tkopri mhux biss negozji iżda anke persuni ġuridiċi oħrajn. Il-kummerċjanti waħdiena, il-korpi pubbliċi, u f'xi każijiet in-negozji barranin, huma kollha inklużi.

L-aċċess għar-reġistru tal-kummerċ huwa bla ħlas?

Kulħadd jista' jikkonsulta d-dejta pubblika dwar in-negozji bla ħlas billi juża l-funzjoni "Public Search" onlajn.

Il-magna tat-tiftix tagħmilha possibbli li wieħed ifittex għal negozji jew stabbilimenti billi juża kriterji varji tat-tiftix. Fajl "Open Data" huwa disponibbli wkoll bla ħlas; dan jista' jeġa' jintuża minn kull persuna interessata diment li jirreġistraw. Il-funzjoni "Public Search" tagħmilha possibbli li tinkludi parti kbira mid-dejta pubblika fl-applikazzjonijiet proprji tal-utent. Madankollu, dan is-servizz huwa pprovdut bi ħlas.

Kif nista' nfittex fir-reġistru Belġjan tal-kummerċ?

Il-funzjoni "Public Search" tippermettilek li tfittex dejta dwar in-negozji kollha, kemm jekk ikunu attwalment attivi kif ukoll jekk ikunu waqfu mill-kummerċ, u kemm jekk ikunu persuni ġuridiċi kif ukoll jekk ikunu kummerċjanti waħdiena, u dwar l-istabbilimenti tagħhom.

X'dejta tista' tinstab?

Fil-livell tal-intrapriża:

  1. numru ta’ reġistrazzjoni tal-intrapriża
  2. status
  3. sitwazzjoni legali
  4. data tal-bidu
  5. isem
  6. indirizz tal-uffiċċju prinċipali
  7. numru tat-telefon
  8. faks
  9. indirizz elettroniku
  10. sit web
  11. forma ġuridika tal-intrapriża
  12. għadd ta' stabbilimenti
  13. uffiċjali
  14. ħiliet professjonali u għarfien tal-immaniġġjar bażiku li għalih tkun ingħatat evidenza
  15. kwalitajiet
  16. awtorizzazzjonijiet
  17. attivitajiet għall-finijiet ta' VAT u sigurtà soċjali
  18. informazzjoni finanzjarja
  19. links ma' negozji oħrajn
  20. Links esterni (gazzetta uffiċjali ((Moniteur belge/Belgisch Staatsblad)), 
    bank ċentrali (Banque nationale de Belgique/Nationale Bank van België),
    u r-reġistru tal-impjegati miżmum mill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali (ONSS/RSZ)

Fil-livell tal-istabbiliment individwali:

  1. numru ta’ reġistrazzjoni tal-intrapriża
  2. status
  3. numru tal-istabbiliment
  4. data tal-bidu
  5. isem l-istabbiliment
  6. indirizz
  7. numru tat-telefon
  8. faks
  9. indirizz elettroniku
  10. sit web
  11. awtorizzazzjonijiet
  12. Attivitajiet għal finijiet ta' sigurtà soċjali u attivitajiet kummerċjali u mhux kummerċjali

Kemm hija affidabbli d-dejta fir-reġistru?

Il-kumpaniji huma meħtieġa jiddivulgaw ċerta informazzjoni u dokumenti. Ir-raġuni hija biex b'mod partikulari jiġi żgurat li dawn l-affarijiet ikunu ta' min joqgħod fuqhom f'negozjati ma' partijiet terzi. Fil-Belġju, din l-informazzjoni trid tkun ippubblikata fil-gazzetta uffiċjali; il-kontijiet annwali iridu jiġu ppubblikati permezz tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Karti tal-Bilanċ (Centrale des bilans/Balanscentrale) fil-bank ċentrali. L-Artikolu 76 tal-Kodiċi dwar il-Kumpaniji jistabbilixxi r-regoli dwar meta d-dokumenti u l-informazzjoni jkunu ta' min joqgħod fuqhom wara d-divulgazjoni.

L-Artikolu 76 tal-Kodiċi dwar il-Kumpaniji jistipula li d-dokumenti u l-informazzjoni li għandhom jiġu divulgati għandhom effetti fil-konfront ta' partijiet terzi biss mid-data li fiha jiġu ppubblikati f'forma estratta jew irrapurtati fl-annessi tal-gazzetta uffiċjali, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista' tista' turi li dawn il-partijiet terzi kienu konxji tagħhom minn qabel.

Madankollu, il-partijiet terzi jistgħu jiddependu fuq id-dokumenti li ma ġewx ippubblikati.

Jekk tranżazzjoni sseħħ qabel is-16-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni, din ma jkollhiex effett fil-konfront tal-partijiet terzi li jistgħu juru li ma kellhomx mod kif ikunu jafu biha.

Fil-każ ta' diskrepanza bejn it-test li jkun ġie rreġistrat u t-test li jkun ġie ppubblikat fl-annessi tal-gazzetta uffiċjali, it-test ippubblikat ma jkunx ta' min joqgħod fuqu fil-konfront ta' partijiet terzi. Madankollu, il-partijiet terzi infushom jistgħu jinvokawh, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista' turi li fil-fatt kienu konxji tat-test li jkun ġie rreġistrat.

Fil-każ ta' diskrepanza bejn id-dokumenti li jridu jiġu rreġistrati f'lingwa uffiċjali tal-pajiż u traduzzjonijiet f'lingwa/lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jkunu ġew reġistrati b'mod volontarju, it-traduzzjonijiet ippubblikati b'mod volontarju ma jkunux ta' min joqgħod fuqhom fil-konfront ta' partijiet terzi. Iżda l-partijiet terzi jistgħu jiddependu fuq dawn it-traduzzjonijiet li jkunu ġew ippubblikati b'mod volontarju, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista' turi li kienu konxji tal-verżjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(2) tal-Kodiċi dwar il-Kumpaniji, li jirreferi għal kopji ċċertifikati ta' dokumenti awtentiċi, atti privati duplikati jew oriġinali, u dikjarazzjonijiet li jridu jiġu rreġistrati, f'forma elettronika jew le, mar-reġistru tal-qorti tal-kummerċ.

L-informazzjoni dwar impriżi li jkunu aċċessibbli permezz tal-funzjoni Public Search tinkludi links diretti għall-avviż ippubblikat fil-gazzetta uffiċjali u għall-Uffiċċju Ċentrali tal-Karti tal-Bilanċ tal-bank ċentrali.

Kif tfittex

Din il-link tieħdok għall-funzjoni Public Search:

Hem erba' opzjonijiet ta' tiftix differenti, li huma separati b'tabs:

  • fittex bin-numru (jekk tkun taf in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-impriża jew in-numru tal-istabbiliment)
  • fittex bl-isem
  • fittex bl-indirizz
  • fittex bl-attività

Is-sit tal-internet huwa disponibbli f'erba' lingwi: Ingliż, Netherlandiż, Franċiż u Ġermaniż.

Issib informazzjoni ġenerali dwar il-Bażi tad-Dejta tal-Hub tal-Kummerċ permezz tas-sit web tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija (fit-taqsima "Enterprises & Self-Employed" (Entreprises & Indépendants/Ondernemingen & Zelfstandigen), taħt l-intestatura Banque-Carrefour des Entreprises/Kruispuntbank van Ondernemingen.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Ewropew dwar il-Kummerċ; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja; Id-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, tal-SMEs, tal-Ħaddiema għal Rashom u tal-Enerġija


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2017

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Bulgarija

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħti ħarsa lejn ir-reġistri tan-negozji Bulgari u r-reġistru Bulstat. Il-Bulgarija tiggarantixxi li dawn ir-reġistri huma konformi mal-prinċipji tal-pubbliċità, it-trasparenza u s-sigurtà tal-informazzjoni.


Ir-reġistru tan-negozji Bulgaru x'jipprovdi?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tan-negozji Bulgaru huwa amministrat mill-Aġenzija tar-Reġistri li tagħmel mal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-operaturi tas-suq u l-fergħat tal-operaturi tas-suq barranin jiddaħħlu fir-reġistru, flimkien mad-dettalji dwarhom li l-liġi tirrekjedi li jiddaħħlu. Ir-reġistru tan-negozji jagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet u d-dokumenti marbuta mal-operaturi tas-suq u mal-fergħat tal-operaturi tas-suq barranin li l-liġi titlob li jibqgħu disponibbli għall-ispezzjoni mill-pubbliku.

Ir-reġistru tan-negozji huwa bażi ta’ dejta elettronika li fiha d-dettalji li l-liġi titlob li għandhom jiġu reġistrati u d-dokumenti li l-liġi titlob li jibqgħu disponibbli għall-ispezzjoni mill-pubbliku marbuta ma' operaturi tas-suq u l-fergħat tal-operaturi tas-suq barranin. Il-fajls dwar l-operaturi tas-suq u l-fergħat tal-operaturi tas-suq barranin jinżammu f'forma elettronika. Il-fajls ikun fihom applikazzjonijiet, dokumenti li jissostanzjaw id-dettalji rreġistrati, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħrajn, li jista' jkun fihom ukoll dejta personali li tidentifika individwi li jirrappreżentaw jew jimmaniġġjaw l-entità kkonċernata.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozju huwa bla ħlas?

Ir-reġistru tan-negozji qiegħed fid-dominju pubbliku. L-aċċess għall-bażi ta’ dejta tar-reġistru tan-negozji huwa miftuħ għal kulħadd mingħajr ħlas. B'konformità ma' emenda li saret lill-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozji (ZTR) bid-data tal-1 ta' Jannar 2013, l-aċċess għall-fajls dwar l-operaturi tas-suq li ddaħħlu fir-reġistru tan-negozji jrid jinżamm rekord tiegħu. Dan ifisser li d-dokumenti skenjati maħżuna fil-"fajl" dwar operatur tas-suq partikolari jiġu aċċessati abbażi ta' firma elettronika jew ċertifikat elettroniku maħruġ mill-Aġenzija. Iċ-ċertifikat jinħareġ mill-Aġenzija mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Bulgaru.

Ir-reġistru tan-negozji jista' jiġi aċċessat 24 siegħa kuljum fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brra.bg/Default.ra.

Kulħadd jista' jfittex fir-reġistru tan-negozji għal dettall jew dikjarazzjoni partikolari.

Fil-portal tar-reġistru tan-negozji, jistgħu jsiru tiftixiet bl-użu tal-kriterji li ġejjin:

  • l-isem jew il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni Uniku (KIU) tal-operatur tas-suq jew tal-fergħa ta' operatur tas-suq barrani;
  • ismijiet jew numru tal-ID, jew isem tan-negozju jew KIU ta' sieħeb jew sid uniku tal-kapital;
  • ismijiet jew numru tal-ID, jew isem tan-negozju jew KIU ta' membru ta' korpi tal-entità ġuridika – operatur tas-suq;
  • il-fajl ta' operatur tas-suq jew fergħa ta' operatur tas-suq barrani u tal-uffiċjali u s-suċċessuri legali tiegħu jistgħu jiġu mfittxa permezz ta' kull dettall jew dikjarazzjoni rreġistrata.

Huwa disponibbli wkoll servizz bi ħlas li jippermetti lill-utenti jfittxu fil-bażi ta’ dejta kollha kemm hi skont il-kriterji speċifiċi tagħhom. Il-ħlas annwali għal dan is-servizz huwa ta' BGN 30 000 (skont l-iskeda ta' tariffi statali miġbura mill-Aġenzija ta' Reġistrazzjoni); għall-awtoritajiet pubbliċi, l-aċċess sħiħ għall-bażi ta' dejta huwa mingħajr ħlas.

Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu kemm fil-post mill-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni stess, kif ukoll b'mod elettroniku (it-tariffi jinġabru skont mal-iskeda msemmija fuq).

Kopji ta' dokumenti miżmuma fir-reġistru jistgħu jinħarġu kemm fil-post jew inkella elettronikament (it-tariffi jinġabru skont mal-iskeda msemmija fuq).

Sa liema punt jista' wieħed jiddependi fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Il-Bulgarija adottat il-prinċipji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE li tirregola l-validità tad-dħul jew it-tħassir ta' dettalji u l-pubblikazzjoni ta' dokumenti marbutin ma' operaturi tas-suq. L-arranġamenti speċifiċi fil-livell nazzjonali huma stabbiliti fl-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozji.

Skont dak l-att, dettall imdaħħal fir-reġistru jitqies, sa minn mindu jiddaħħal, li sar magħruf minn partijiet terz bona fede. Qabel ma jgħaddu 15-il ġurnata minn mindu tkun saret entrata, din ma tistax tintuża kontra partijiet terzi li jagħtu prova li ma kienx possibbli għalihom li jkunu konxji tagħha. Partijiet terzi jistgħu jiċċitaw detall li għad irid jiġi rreġistrat minkejja li l-entrata tkun għadha ma saritx, sakemm il-liġi ma tiddisponix b'mod speċifiku li din issir effettiva biss wara d-dħul. Ladarba titħassar, entrata ma tkunx effettiva. Id-dokumenti fir-reġistru jitqiesu li saru magħrufa minn partijiet terzi mid-data li jiġu ppublikati.

Partijiet terzi bona fede jistgħu jiċċitaw entrata jew pubblikazzjoni, saħansitra jekk id-dettall imdaħħal jew l-att jew id-dokument ippubblikat ma jeżistux. B'rabta ma' partijiet terzi bona fede, dettalji mhux imdaħħla fir-reġistru huma meqjusa noneżistenti.

L-istorja tar-reġistru tan-negozji Bulgaru

Mad-dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozji fl-1 ta' Jannar 2008 bdiet riforma tar-reġistru. B'riżultat:

  1. Ir-responsabbiltà għaż-żamma tar-rekords tan-negozju kkonċernati għaddiet mill-qrati għal korp amministrattiv tal-gvern ċentrali, jiġifieri l-Aġenzija tar-Reġistri.
  2. Ir-reġistri tal-qrati provinċjali ġew konsolidati f'bażi ta' dejta waħda u ċentralizzata li fiha d-dettalji li huma meħtieġa jiġu rreġistrati u d-dokumenti meħtieġa li jinżammu disponibbli għall-ispezzjoni pubblika, kif ukoll kull dokument ippreżentat, deċiżjonijiet li ma ssirx reġistrazzjoni, u fajls tal-kumpaniji. Minħabba f'hekk, kull operatur tas-suq kellu jagħmel reġistrazzjoni mill-ġdid sal-31 ta' Diċembru 2011.
  3. Il-prinċipju tal-pubbliċità tal-informazzjoni huwa ta' importanza fundamentali fil-proċedura ta' reġistrazzjoni. L-Aġenzija tar-Reġistri hija obbligata mil-liġi li tiżgura aċċess miftuħ u mingħajr ħlas għall-applikazzjonijiet u d-dokumenti mehmuża li jinsabu fis-sistema kompjuterizzata tar-reġistru tan-negozji.
  4. Il-proċedura ta' reġistrazzjoni titwettaq billi jintużaw bosta tipi ta' formoli ta' applikazzjoni. It-tip ta' applikazzjoni jiddependi fuq it-tip ta' operatur tas-suq jew id-dettalji fil-waqt tar-reġistrazzjoni.

Kif tippreżenta applikazzjoni lir-reġistru tan-negozji

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi kwalunkwe uffiċċju tal-Aġenzija tar-Reġistri, inkella b'mod elettroniku permezz tal-portal tal-Aġenzija, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brra.bg/Default.ra.

Applikazzjonijiet kartaċji jistgħu jitressqu f'kull uffiċċju lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri, irrispettivament minn fejn ikun ibbażat l-operatur tas-suq. Ladarba jiġu aċċettati mill-uffiċċji tal-Aġenzija, l-applikazzjonijiet kartaċji jiġu skenjati u maħżuna bħala hemżiet fis-sistema kompjuterizzata tar-reġistru tan-negozji. Dokumenti mehmuża bħala annessi għal applikazzjonijiet għandhom ikunu kopji oriġinali jew inkella kopji ċċertifikati mill-applikant jew nutar pubbliku.

Applikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati f'kull ħin permezz tal-portal tar-reġistru tan-negozji.

L-applikazzjonijiet li jitressqu kif jiġu eżaminati?

Kull ħaġa li tiġi rċevuta biex tiddaħħal fis-sistema kompjuterizzata tar-reġistru tan-negozji (applikazzjoni, deċiżjoni ta' qorti, talba biex jiġi rranġat żball, talba għall-ħatra ta' esperti, verifikaturi, kontrolluri, eċċ) tingħata numru ta' referenza uniku fil-format "ssssxxjjssmmss" (sena, xahar, jum, siegħa, minuta, sekonda). Ladarba applikazzjoni, deċiżjoni ta' qorti, jew talba tkun irċeviet in-numru ta' referenza uniku tagħha, din tiġi allokata b'mod aleatorju mis-sistema kompjuterizzata lil uffiċjal tar-reġistrazzjoni biex jeżaminaha. L-applikazzjonijiet għad-dħul jew it-tħassir jew l-impustar ta' dokumenti skont l-Artikolu 14 jiġu allokati awtomatikament, fl-ordni li jkunu waslu, ladarba uffiċjal tar-reġistrazzjoni jkun għadda b'mod elettroniku l-applikazzjoni li tkun ġiet allokata preċedentement u li mbagħad skont dan is-sistema kompjuterizzata tarah li jkun disponibbli.

Wara li saru emendi fl-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozji li jipprevedu li deċiżjoni tinħareġ skont l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 19(2), is-sistema kompjuterizzata għandha funzjoni li tippermetti li l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati fl-ordni msemmi hawn fuq sa tmiem il-limitu ta' żmien ta' tlett ijiem. L-eżiti varji jistgħu jkunu kif ġej:

  • struzzjonijiet iffirmati elettronikament mill-uffiċjal tar-reġistrazzjoni meta tkun lesta l-eżaminazzjoni u ppubblikata immedjatament fil-kont tal-operatur tas-suq - għandhom jiġu implimentati fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 19(2) ZTR;
  • ċaħda, iffirmata elettronikament mill-uffiċjal ta' reġistrazzjoni meta tkun tlestiet l-eżaminazzjoni u ppubblikata mill-ewwel fil-kont tal-operatur tas-suq;
  • ordni ta' reġistrazzjoni, iffirmata elettronikament mill-uffiċjal ta' reġistrazzjoni meta tkun lesta l-eżaminazzjoni, li sa meta jiskadi l-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 19(2) ZTR tkun tidher fil-kont tal-operatur tas-suq li jkollha l-istatus "qed tistenna l-limitu ta' żmien ta' tlett ijiem". Wara l-iskadenza tal-perjodu statutorju, is-sistema kompjuterizzata tagħmel l-entrata awtomatikament u tiġġenera in-numru tal-entrata fil-format speċifikat iktar 'il fuq. Is-sena, ix-xahar u l-jum huma dawk tal-pubblikazzjoni awtomatika mis-sistema kompjuterizzata, filwaqt li s-siegħa, il-minuta u s-sekonda jikkorrespondu għall-ħin li fih ir-reġistrazzjoni ġiet ordnata mill-uffiċjal tar-reġistrazzjoni l-jum ta' qabel.

Ir-reġistru BULSTAT x'jipprovdi?

Ir-reġistru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBULSTAT fih informazzjoni dwar:

  1. persuni ġuridiċi li mhumiex operaturi tas-suq;
  2. fergħat ta' entitajiet barranin li mhumiex operaturi tas-suq;
  3. aġenziji ta' entitajiet barranin taħt l-Artikolu 24 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Investiment;
  4. persuni ġuridiċi barranin involuti f'attività kummerċjali fil-Bulgarija u li għandhom stabbiliment fiss hemmhekk;
  5. persuni ġuridiċi barranin li l-post ta' ġestjoni effettiva tagħhom huwa fil-Bulgarija;
  6. persuni ġuridiċi barranin li huma sidien ta' proprjetà immobbli fil-Bulgarija;
  7. unitajiet organizzattivi li jaqgħu taħt l-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, inklużi impriżi tas-snajja' u assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni taħt l-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali;
  8. entitajiet li huma kontributuri għas-sigurtà soċjali u li mhumiex persuni fiżiċi;
  9. fergħat u diviżjonijiet ta' entitajiet taħt il-punti 1 u 8 u diviżjonijiet ta' operaturi tas-suq imdaħħla fir-reġistru tan-negozji;
  10. persuni fiżiċi li jeżerċitaw professjoni libera jew li jaħdmu bħala nies tas-sengħa;
  11. ċittadini barranin li m'għandhomx numru tal-identità personali Bulgaru jew numru tal-identità tar-residenti barranin u li:
  • jagħtu servizzi personali indipendenti fil-Bulgarija, inkluż permezz ta' stabbiliment, bażi jew faċilità permanenti;
  • jixtru proprjetà immobbli;
  • huma kontributuri għas-sigurtà soċjali;
  1. persuni fiżiċi oħrajn - kontributuri għas-sigurtà soċjali;
  2. persuni jew entitajiet barranin soġġetti għal reġistrazzjoni speċjali skont id-dritt fiskali, inkluż fejn ikunu eżenti mit-taxxa skont ftehim internazzjonali li jkun fis-seħħ u li r-Repubblika tal-Bulgarija tkun parti minnu;

L-aċċess għar-reġistru BULSTAT huwa bla ħlas?

Ir-reġistru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBULSTAT mhuwiex mingħajr ħlas. Biex taċċessa d-dejta, trid tkun reġistrat u tħallas tariffa. It-tariffa minima hija ta' BGN 10.

L-istorja tar-reġistru BULSTAT

Skont deċiżjoni tal-Assemblea Nazzjonali tat-8 ta' Ġunju 1995, il-kompitu tal-istabbiliment, iż-żamma u l-iżvilupp tar-reġistru BULSTAT ġie assenjat lill-Istitut Nazzjonali għall-Istatistika (INS). Ir-reġistru unifikat tal-Istat tal-entitajiet kummerċjali, "BULSTAT", beda jaħdem fir-Repubblika tal-Bulgarija fl-1 ta' Jannar 1996. Fis-17 ta' Ġunju ta' dik is-sena, l-Assemblea Nazzjonali adottat l-Att dwar l-Istatistika. Dan l-Att stipula l-metodu tat-twaqqif, il-ħidma u l-użu tar-reġistru unifikat BULSTAT għall-identifikazzjoni tal-operaturi involuti fl-attivitajiet kummerċjali fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija. Ir-reġistru BULSTAT żviluppa biex sar wieħed mir-reġistri amministrattivi ewlenin tal-pajjiż, u fl-2000 id-dejta tiegħu saret disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapermezz tas-sit web tar-reġistru.

Fil-11 ta' Awwissu 2005, il-ġestjoni tar-reġistru BULSTAT ġiet mgħoddija lill-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2008, skont l-Att dwar ir-Reġistri tan-Negozji li kien fis-seħħ, l-operaturi tas-suq u l-fergħat tal-operaturi tas-suq li kienu mdaħħla fir-reġistri tan-negozji u l-kooperattivi fil-qrati provinċjali kienu obbligati jirreġistraw mill-ġdid mal-Aġenzija tar-Reġistri sal-31 Diċembru 2011.

Kif tippreżenta applikazzjoni lir-reġistru BULSTAT

Skont l-istatus tagħhom, entitajiet li jixtiequ jirreġistraw mal-BULSTAT iridu jipprovdu:

1. kopja ta' deċiżjoni jew dokument ieħor, kif ġej:

(a) persuni ġuridiċi: dokument ta' twaqqif u dokument li jispeċifika l-persuna jew persuni fiżiċi li timmaniġġja u/jew tirrappreżenta l-entità;

(b) aġenziji ta' entitajiet barranin taħt l-Artikolu 24 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Investiment: dokument li jiċċertifika r-reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Bulgara (KKIB);

(c) persuni ġuridiċi barranin: dokument li jixhed it-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali fil-Bulgarija; dokument legalizzat li jixhed l-oriġini ta' persuni ġuridiċi barranin fil-pajjiż ikkonċernat;

(d) unitajiet organizzattivi mingħajr personalità ġuridika taħt l-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, u fondi ta' assigurazzjoni taħt l-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali: kuntratt tal-kumpanija u ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Introjtu;

(e) fergħat u diviżjonijiet: dokument li jiċċertifika l-istabbiliment tagħhom u li jispeċifika l-persuna jew il-persuni li jimmaniġġjawhom u/jew jirrappreżentawhom;

(f) entitajiet għajr dawk imsemmija minn (a) sa (e) li huma kontributuri għas-sigurtà soċjali: dokumenti li jixhdu l-identità u/jew li attività speċifika qiegħda titwettaq, fejn il-liġi titlob dan.

2. applikazzjoni fuq formola standard approvata mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tar-Reġistri;

3. karti tal-identifikazzjoni, meta jkun qed jiġi reġistrat għeluq/tħassir jew bidla fiċ-ċirkostanzi;

4. dokument li jagħti xhieda ta' ħlas ta' tariffa tal-Istat taħt l-iskeda approvata mill-Kunsill tal-Ministri;

5. kwestjonarju ta' reġistrazzjoni u/jew verifika tar-reġistrazzjoni fir-rigward ta' entitajiet imdaħħla fir-reġistru speċjali.

Ladarba d-dokumenti jkunu ddaħħlu, l-entrata ssir mingħajr dewmien.

Il-verifika onlajn fiha l-informazzjoni li ġejja:

  • Numru ta' identifikazzjoni uniku
  • Isem l-entità
  • Attività
  • Dokument dwar l-istabbiliment/bidla/stralċ
  • Uffiċċju reġistrat/indirizz amministrattiv
  • Dettalji tat-telekomunikazzjoni
  • Staff maniġerjali/rappreżentattiv
  • Korp ta' mmaniġġjar kollettiv
  • Il-kompożizzjoni tal-korp ta' mmaniġġjar kollettiv: jirrappreżenta/irrappreżentat minn
  • L-oġġett tal-attività kummerċjali
  • Sħab/sidien
  • Diżaggregazzjoni tas-sjieda

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Repubblika Ċeka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: iċ-Ċek diġà ġew tradotti.

F’din it-taqsima għandek issib ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru pubbliku fir-Repubblika Ċeka. Ir-Reġistru ta’ Assoċjazzjonijiet, ir-Reġistru Kummerċjali, ir-Reġistru ta’ Fondazzjoni, ir-Reġistru tal-Istituzzjonijiet, ir-Reġistru Komunitarju tal-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Unitajiet u r-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet ta’ Benefiċċju Pubbliku jifforma parti mir-reġistru pubbliku.


X’informazzjoni joffri r-reġistru pubbliku Ċek?

Ir-reġistru pubbliku jżomm rekord ta' informazzjoni statutorja dwar persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat. Ir-regoli ġenerali li jirregolaw ir-reġistri pubbliċi huma stabbiliti fl-Artikolu 120 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili. Regoli aktar dettaljati li jirregolaw ir-reġistru pubbliku miżmuma mill-qrati huma stabbiliti fl-Att Nru 304/2013 dwar reġistri pubbliċi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi. Parti mir-reġistru pubbliku huwa reġistru ta' dokumenti (fejn jinżammu dokumenti statutorji, pereżempju l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, rapporti finanzjarji, eċċ.). Ir-reġistru pubbliku jinżamm mill-qorti tal-kummerċ. Ir-reġistru pubbliku huwa amministrat mill-Ministeru tal-Ġustizzja. L-entitajiet li ġejjin huma mdaħħla fir-reġistru pubbliku:

  • Assoċjazzjonijiet
  • Trejdjunjins
  • Trejdjunjins internazzjonali
  • Organizzazzjonijiet tal-impjegaturi
  • Organizzazzjonijiet internazzjonali tal-impjegaturi
  • Assoċjazzjonijiet settorjali
  • Organizzazzjonijiet settorjali tat-trejdjunjins
  • Organizzazzjonijiet settorjali internazzjonali tat-trejdjunjins
  • Organizzazzjonijiet settorjali tal-impjegaturi
  • Organizzazzjonijiet settorjali internazzjonali tal-impjegaturi
  • Negozjanti waħedhom – imniżżla fir-reġistru kummerċjali
  • Kumpaniji kummerċjali pubbliċi (soċjetajiet)
  • Soċjetajiet limitati
  • Kumpaniji b’responsabbiltà limitata
  • Kumpaniji b’ishma konġunti
  • Kooperattivi
  • Intrapriżi tal-istat
  • Intrapriżi spin-off
  • Assoċjazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku
  • Fondazzjonijiet
  • Kontribuzzjonijiet
  • Istituti
  • Organizzazzjonijiet iffinanzjati mill-istat
  • Assoċjazzjonijiet ta’ sidien ta’ unitajiet
  • Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku
  • Stabbilimenti li jappartjenu lil persuni barranin
  • Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej
  • Kumpaniji Ewropej

L-informazzjoni mdaħħla fir-reġistru pubbliku hija stabbilita fl-Att Nru 304/2013 dwar ir-reġistri pubbliċi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi. L-informazzjoni bażika li trid tiddaħħal hija prinċipalment: l-isem jew l-isem tan-negozju, l-uffiċċju rreġistrat, l-attività jew in-negozju, il-forma ġuridika, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-indirizz jew l-isem tan-negozju u l-uffiċċju rreġistrat tal-persuna li huwa l-korp statutorju.

L-aċċess għar-reġistru pubbliku Ċek huwa mingħajr ħlas?

Ir-reġistru pubbliku jinżamm f’format elettroniku. Dan huwa disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas permezz tal-portal tal-internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/ u/jew direttament fuq il-paġna tat-tiftix tar-reġistru pubbliku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://or.justice.cz/ias/ui/rejstrik. Ir-reġistru pubbliku huwa disponibbli għal kulħadd. Kulħadd jista’ jikkonsultah, u jagħmel kopji jew jieħu xi partijiet minnu.

Kif tfittex fir-reġistru pubbliku Ċek

Ir-reġistru pubbliku Ċek għandu applikazzjoni ta' tiftix avvanzat ta' informazzjoni online. Jista’ jsir tiftix fir-reġistru skont l-isem tal-entità jew skont in-numru ta’ identifikazzjoni.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-iżvelar tad-dokumenti

Il-qorti kummerċjali ddaħħal l-entrati fir-reġistru pubbliku, l-emendi u t-tħassir, kif ukoll id-depożizzjoni ta’ dokumenti, inklużi dawk f’format elettroniku, kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul. Id-dejta mdaħħla fir-reġistru pubbliku u d-dokumenti ddepożitati fir-reġistru ta' dokumenti tiddaħħal b’mod li jippermetti aċċess remot. Il-qorti kummerċjali ddaħħal id-dejta inkwistjoni u tagħmilha possibbli li tinkiseb kopja elettronika ċċertifikata uffiċjalment. Dan id-dokument huwa ffirmat b’mod elettroniku bl-użu ta' ċertifikat ta’ sistema kkwalifikata mill-qorti kummerċjali rilevanti u huwa disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisterstva spravedlnosti ČR. Fuq talba, il-qorti kummerċjali toħroġ kopja awtentika ċċertifikata b'mod parzjali jew sħiħ tal-entrata jew tad-dokumenti ddepożitati fir-reġistru ta' dokumenti jew ċertifikat li jikkonferma li xi entrata ta' dejta mhijiex fir-reġistru pubbliku, sakemm l-applikant ma jitlobx speċifikament kopja mhux iċċertifikata. Il-qorti kummerċjali toħroġ biss kopji stampati ta’ dettalji partikolari mniżżla fir-reġistru pubbliku u d-dokumenti ddepożitati fir-reġistru ta' dokumenti qabel l-1 ta’ Jannar 1997, sakemm ir-rekords ta’ dawn il-fatti jew dokumenti jkunu diġà miżmuma fil-forma elettronika.

Dipendenza fuq dokumenti u dejta

Il-persuna li entrata tkun relatata magħha ma għandhiex id-dritt li toġġezzjona li l-entrata ma tikkorrispondix mar-realtà kontra persuna li taġixxi legalment u b’rieda tajba abbażi tal-entrata.

Persuna reġistrata tista' toġġezzjona għall-kontenut tad-dejta u dokumenti li jirrikjedu li jkunu ppubblikati bil-liġi, fir-rigward ta’ partijiet terzi mid-data tal-pubblikazzjoni oriġinali biss, sakemm ma jkunx jista’ jintwera li l-parti terza kienet diġà taf dwar dan. Madankollu, il-persuna rreġistrata ma tistax tibbaża ruħha fuq tali dejta u kontenut tad-dokument fil-każ ta’ azzjonijiet li jkunu saru qabel is-sittax-il jum wara l-pubblikazzjoni, jekk il-parti terza turi li hija ma setgħetx tkun taf.

Il-partijiet terzi jistgħu dejjem jiddependu fuq dejta u kontenut ta' dokumenti mhux ippubblikati sakemm in-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jagħmilhomx nulli u bla effett.

Nuqqas ta’ informazzjoni reġistrata

Jekk il-kontenut tal-entrata fir-reġistru pubbliku tmur kontra dispożizzjoni obbligatorja tal-Att u jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà ta’ rimedju, il-qorti kummerċjali tistieden il-persuna rreġistrata biex tikseb rimedju. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, fejn rimedju ma jinkisibx fit-terminu mogħti, il-qorti tista’ minn jeddha tagħti deċiżjoni li tillikwida, jekk tali azzjoni tkun fl-interess tal-ħarsien ta’ partijiet terzi.

Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-kliem ta’ entrata fir-reġistru pubbliku biċ-Ċek u lingwa barranija jew ta’ dokumenti miżmuma fir-reġistru Ċek u traduzzjoni ddepożitata volontarjament ta’ dawn id-dokumenti f’lingwa barranija skont l-Artikolu 74(1) tal-Att dwar reġistri pubbliċi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi, il-formulazzjoni tad-dokument ippubblikat jew imdaħħal fir-reġistru b’lingwa barranija ma tistax tiġi invokata fir-rigward ta’ partijiet terzi. Parti terza tista’ tibbaża ruħha fuq il-formulazzjoni ta’ dokument ippubblikat jew iddepożitat fir-reġistru b’lingwa barranija, kemm-il darba l-persuna rreġistrata tipprova li l-parti terza kienet konxja mill-formulazjoni tal-kontenut tal-entrata jew dokument iddepożitat biċ-Ċek.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Danimarka

Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozju tad-Danimarka


L-Awtorità tan-Negozju Daniża [Erhvervsstyrelsen]

L-Istorja tar-Reġistru tan-Negozju Daniż

L-Awtorità tan-Negozju Daniża ġiet stabbilita fl-1 ta' Jannar 2012.

L-Awtorità tan-Negozju Daniża għandha bejn wieħed u ieħor 700 impjegat. Il-kompiti tal-Awtorità tan-Negozju Daniża qabel kienu jsiru mill-Aġenzija tal-Kummerċ u l-Kumpaniji [Erhvervs- og Selvskabsstyrelsen], l-Awtorità tal-Intrapriżi u l-Kostruzzjoni [Erhvervs- og Byggestyrelsen], u l-Aġenzija tal-IT u t-Telekomunikazzjonijiet [IT- og Telestyrelsen].

L-Awtorità tan-Negozju Daniża hija parti mill-Ministeru Daniż għan-Negozju u t-Tkabbir [Erhvervs- og Vækstministeriet].

X'joffri r-Reġistru tan-Negozju Daniż?

Fis-sit erhvervsstyrelsen.dk, tista' ssib informazzjoni dwar l-oqsma ta' ħidma tal-Awtorità, inkluż ir-Reġistru tan-Negozju Daniż CVR.dk.

CVR.dk huwa l-punt ta' aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni u d-dejta dwar in-negozji kollha fid-Danimarka. Irrispettivament mit-tip ta' negozju, tista' ssib informazzjoni kemm dwar in-negozju nnifsu (magħruf ukoll bħala l-entità ġuridika) u kemm dwar l-unitajiet ta' produzzjoni tagħha.

Għal ċerti tipi ta' negozju – b'mod partikolari kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata – tista' ssib iktar informazzjoni: Kontijiet, fatti u rapporti dwar in-negozju u n-nies li jġestuh.

Id-Danimarka hija wkoll membru tar-Reġistru tan-Negozju Ewropew (EBR). Min ma jafx bid-Daniż jista' jmur ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tan-Negozju Ewropew (EBR) biex ifittex informazzjoni dwar in-negozji Daniżi bil-lingwa tiegħu. L-EBR fih informazzjoni dwar kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa.

L-aċċess għar-Reġistru tan-Negozju Daniż huwa b'xejn?

Huwa b'xejn biex tikseb informazzjoni bażika, rapporti tal-kumpaniji, rapporti sħaħ, u rekords tar-Reġistru tan-Negozju Ċentrali [CVR-udskrifter]. Tista' wkoll tixtri informazzjoni oħra dwar il-kumpaniji bħall-kontijiet. Il-prodotti li ġejjin huma disponibbli b'xejn għal kulħadd:

Ir-rekords tar-Reġistru tan-Negozju Ċentrali

Informazzjoni dwar l-indirizz privat ta' azzjonist kompletament responsabbli, meta dan l-indirizz ma jkunx l-istess bħall-indirizz tan-negozju, tiġi żvelata wara talba.

Postijiet tan-negozju

"Postijiet tan-negozju" tagħti ħarsa ġenerali lejn l-unitajiet ta' produzzjoni assoċjata bl-informazzjoni li ġejja dwar l-unitajiet ta' produzzjoni:

  • L-isem, l-indirizz u l-lokalità fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat
  • It-tip ta' negozju
  • Il-qasam fejn joperaw
  • L-għadd ta' impjegati

Ir-rapport tal-kumpanija

Ir-rapport tal-kumpanija fih:

  • In-numru tar-Reġistru tan-Negozju Ċentrali (jew in-numru tar-Reġistrazzjoni għall-kumpaniji Greenlandiżi)
  • L-isem, l-indirizz u l-lokalità fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija
  • Ismijiet sussidjarji
  • Informazzjoni dwar kwotazzjoni fil-borża
  • L-awtorità firmatarja
  • L-istatus
  • Il-persuni involuti (il-fundaturi, il-maniġment, il-bord) - mingħajr indirizzi
  • Il-perjodu kontabilistiku
  • Id-data tal-aħħar kontijiet ippubblikati

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih kulma hemm fir-rapport tal-kumpanija, flimkien ma':

  • L-istqarrija tal-fini
  • Il-persuni involuti (il-fundaturi, il-maniġment, il-bord) bl-indirizzi
  • L-awditjar
  • Il-kapital azzjonarju
  • Id-data tal-inkorporazzjoni
  • Id-data tal-aħħar tliet kontijiet ippubblikati
  • Is-sena kontabilistika
  • Informazzjoni storika

Lista qasira ta' persuni

Il-funzjonalità tal-ippaġnar turi l-affiljazzjonijiet ta' persuna ma' kumpanija

Lista espansiva ta' persuni

Il-funzjonalità tal-ippaġnar espansiv turi wkoll informazzjoni dwar il-lista sħiħa ta' persuni involuti f'kumpanija.

Bank ta' Dejta

Il-Bank ta' Dejta jista' jipprovdi dejta strutturata fuq il-bażi ta' kriterji speċifikati.

L-informazzjoni li trid tintuża tista' tiġi ordnata permezz tal-Bank ta' Dejta, irrispettivament minn jekk tkunx informazzjoni dwar kumpanija waħda jew l-affiljazzjoni ta' persuna ma' kumpaniji, jew lista ta' negozji f'żona ġeografika jew ċertu industrija. Tista' anke tipproduċi estratt jew lista bil-kriterji tiegħek stess billi żżur il-Bank tad-Dejta. Huwa faċli u ma jiħux żmien.

Massa ta' estratti

Ir-Reġistru tan-Negozju Ċentrali joffri massa ta' estratti. Dawn jipprovdu aċċess faċli għal estratt tar-Reġistru tan-Negozju Ċentrali, fejn tista' tikseb dejta tar-Reġistru tan-Negozju Ċentrali minn lista ta' numri tar-Reġistru tan-Negozju Ċentrali jew numri ta' Unitajiet ta' produzzjoni. Huwa possibbli wkoll li tipproduċi estratti uniċi.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-Artikolu 14 tal-Att dwar il-Kumpaniji jittrasponi l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva dwar id-Dritt tal-Kumpaniji fil-liġi Daniżi tal-kumpaniji, u jiddeskrivi kif ir-rekords huma affidabbli. L-Artikolu 14 tal-Att dwar il-Kumpaniji jgħid:

"Informazzjoni ppubblikata fis-sistema tal-IT tal-Awtorità tan-Negozju Daniża titqies li tkun magħrufa minn partijiet terzi. Il-Punt 1. Madankollu dan ma japplikax għal tranżazzjonijiet li jsiru fi żmien 16-il jum minn meta ssir pubblika, sakemm jintwera li parti terza ma setgħetx tkun taf biċ-ċirkostanzi li ġew ippubblikati.

Sakemm ma jkunux ġew ippubblikati fis-sistema tal-IT tal-Awtorità tan-Negozju Daniża, iċ-ċirkostanzi li jridu jiġu rreġistrati u ppubblikati ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi, sakemm ma jintweriex li l-partijiet terzi kienu jafu bihom. Il-fatt li ċirkostanzi ta' dan it-tip ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati ma jipprevjenix lil parti terza milli tipproċedi abbażi tagħhom."

Responsabbiltà għall-preċiżjoni tar-rekords

In-notifikatur huwa responsabbli għall-preċiżjoni tal-informazzjoni irrapurtata, ara l-Artikolu 8 tal-Ordni tan-Notifika [anmeldelsesbekendtgørelsen], u l-Artikolu 15(2) tal-Att dwar il-Kumpaniji. In-notifikatur jista' jkun kriminalment responsabbli jekk in-notifika ma tkunx saret legalment, jew jekk l-informazzjoni rrappurtata tkun skorretta.

L-Awtorità tan-Negozju Daniża ma tivverifikax il-preċiżjoni tal-informazzjoni rrappurtata, imma tirreġistra l-informazzjoni li tkun irrappurtata lilha. Dan ikun il-każ irrispettivament minn jekk il-kwistjoni kkonċernata tkunx reġistrazzjoni manwali jew awtoreġistrazzjoni li saret f'virk.dk.

L-Awtorità tan-Negozju Daniża tista' tkun responsabbli għad-danni għall-użu ta' informazzjoni rrappurtata jew dokumenti li jkunu skorretti minħabba fattur amministrattiv, bħal żball fl-ipproċessar.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Awtorità tan-Negozju Daniża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tan-Negozju Ċentrali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru Daniż għan-Negozju u t-Tkabbir

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tan-Negozju Ewropew (EBR)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/11/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Ġermanja

Din it-taqsima tal-portal tipprovdi ħarsa ġenerali tar-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż (Unternehmensregister).


X'joffri r-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż?

Il-portal tar-Reġistru Kummerċjali (Handelsregister) Ġermaniż huwa ġestit mill-Ministeru tal-Ġustizzja tan-North Rhine-Westphalia f'isem l-istati federali Ġermaniżi l-oħra (Länder). Huwa jipprovdi aċċess ċentrali għar-reġistri tal-istati federali kollha tal-kumpaniji, kooperattivi u soċjetajiet għar-reġistru.

Informazzjoni ġenerali tista' tinkiseb bl-Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bl-Ispanjol u bit-Tork dwar il-portal tar-Reġistru Kummerċjali; madankollu, l-informazzjoni attwali fir-reġistru nnifsu hija prinċipalment bil-Ġermaniż.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-fallimenti, il-kontabilità / rapport finanzjarji u swieq kapitali tista' tinstab fuq il-websajt tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kumpanija Ġermaniż. Din il-pjattaforma ġiet maqluba għall-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Ispanjol, għalkemm l-informazzjoni fir-reġistru nnifsu hija prinċipalment bil-Ġermaniż (madankollu, l-informazzjoni dwar is-swieq kapitali hija parzjalment bl-Ingliż u b'lingwi oħra). Barra minn hekk, ir-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż huwa marbut mal-portal tar-Reġistru Kummerċjali, għaldaqstant huwa possibbli li ssir tiftixa tad-dejta fiż-żewġ reġistri li huma.

L-aċċess għar-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż huwa mingħajr ħlas?

Ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż huwa mingħajr ħlas. Bl-istess mod, it-tiftix ta' kumpaniji individwali u l-konsultazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet u ta' dejta dwar is-sidien tan-negozji huma wkoll mingħajr ħlas. Għal kull irkupru ta' dejta marbut ma' numru ta’ reġistrazzjoni speċifiku (pereż. dejta attwali, dejta kronoloġika, dejta storika jew rikjesta ta' dokumenti), hemm ħlas ta' EUR 4,50 (dokument stampat) jew EUR 1,50 (rikjesta ta' dokumenti).

Kif tfittex fuq ir-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż

Skont l-informazzjoni disponibbli, hemm żewġ funzjonijiet ta' tiftixa fil-portal tar-Reġistru Kummerċjali li huma (t-tiftixa normali u t-tiftixa avvanzata). Il-websajt tar-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż ukoll għandha funzjoni ta' tiftixa.

Kemm huma kredibbli d-dokumenti li jinsabu fir-reġistru?

L-Artikolu 15 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kummerċjali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet nazzjonali li partijiet terzi jistgħu jistrieħu fuqhom fir-rigward tad-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11), skont l-Artikoli 3(5), (6) u (7) ta' din id-Direttiva.

Skont l-Artikolu 15: Il-kumpanija tista' topponi parti terza biss fuq il-bażi tal-fatti li ġew elenkati u mħabbrin preċedentement jew fatti li kienu magħrufa mal-parti terza minn qabel (l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż). Parti terza għandu jkollha l-possibbiltà li ssib fatti rreġistrati u ppubblikati b'mod korrett. Dan ma japplikax għal azzjonijiet ġuridiċi li tnedew fi żmien 15-il jum mit-tħabbira, sakemm il-parti terzi tipprova li l-fatt la kien magħruf u lanqas ma kellu għalfejn ikun magħruf (l-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż).

Jekk fatt li kellu jiġi elenkat ikun ġie mħabbar b'mod skorrett, parti terza tista' tistrieħ fuq il-fatt imħabbar fir-rigward tal-parti li f'isimha l-fatt kellu jiġi elenkat, sakemm il-parti ma kinitx konxja mill-iżball (l-Artikolu 15(3) tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż).

L-istorja tar-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż

L-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni miġbura mill-2007 'l quddiem hija disponibbli elettronikament.

Ħoloq relatati

Il-portal tar-Reġistru Kummerċjali Ġermaniż

Tiftixa avvanzata

Tiftixa normali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Kumpanija Ġermaniż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/06/2018

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Estonja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Estonjan diġà ġew tradotti.

Din il-paġna tipprovdik b'ħarsa ġenerali tar-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ.


X'informazzjoni tista' tinstab fir-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet li mhumiex għall-profitt?

Ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ huma miżmuma mid-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu. Ir-reġistri huma miżmuma fil-qrati biex jiġi żgurat l-istatus indipendenti u l-għarfien espert ġuridiku tar-reġistrar. Huma għandhom forza ġuridika qawwija u l-għan tagħhom huwa li jiggarantixxu ċertezza legali. Entrata fir-reġistru kummerċjali hija kkunsidrata korretta fir-rigward ta' parti terza, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf li l-entrata ma kinitx korretta. Entrata hija meqjusa li ma tapplikax fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma konklużi fi żmien ħmistax-il jum wara li tkun saret l-entrata jekk parti terza turi li l-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-kontenut tal-entrata. Għalhekk parti terza tista', in bona fide, tafda fil-veraċità tal-entrati fir-reġistru, pereżempju billi tissoponi, meta tidħol f'kuntratt, li l-persuna li ddaħħlet fir-reġistru bħala membru tal-bord maniġerjali għandha awtorità firmatarja għall-kumpanija inkwistjoni.

Ċerti ċirkostanzi ġuridiċi huma validi biss jekk jiddaħħlu fir-reġistru: pereżempju, l-awtorità firmatarja ta' membru ta' bord maniġerjali tista' tkun ċirkoskritta fl-artikoli ta' assoċjazzjoni jew fil-kuntratt li tidħol fih mal-membru tal-bord maniġerjali, iżda l-limitazzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru biss japplikaw għal partijiet terzi.

Ċerti ċirkostanzi importanti jidħlu fis-seħħ mill-mument li tiddaħħal l-entrata fir-reġistru: pereżempju, iż-żieda ta' kapital azzjonarju ta' kumpanija tidħol fis-seħħ mill-mument li ż-żieda tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, u mhux mill-mument tad-deċiżjoni biex jiżdied is-sehem azzjonarju jew mill-mument li jsiru l-kontribuzzjonijiet. L-istess japplika għall-istabbiliment ta' entità ġuridika, l-emenda tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha jew għall-merger, unità u trasformazzjoni tagħha.

Ir-reġistri huma miżmuma elettronikament.

Id-dipartiment ta' reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu jibqa' r-reġistru kummerċjali ta' persuni li jaħdmu għal rashom, kumpaniji (kumpaniji pubbliċi limitati, kumpaniji privati limitati, soċjetajiet f'isem kollettiv, soċjetajiet limitati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, Kumpaniji Ewropej (Societas Europaea), Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (Societas Cooperativa Europaea) u ragruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali) u fergħat ta' kumpaniji barranin li jinsabu fl-Estonja.

Ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ jinkludi informazzjoni dwar assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ (assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ huma meqjusa li jinkludu assoċjazzjonijiet tal-appartamenti, assoċjazzjonijiet tal-bini u assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ oħra, kif ukoll partiti politiċi, trejdjunjins, knejjes, kongregazzjonijiet, assoċjazzjonijiet ta' kongregazzjonijiet u monasteri) li jinsabu fl-Estonja.

Dawn li ġejjin jiġu miftuħa fir-reġistru kummerċjali jew ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ għal kull persuna li taħdem għal rasha, entità ġuridika u fergħa ta' kumpanija barranija:

  • kard tar-reġistru;
  • fajl tan-negozju (fir-reġistru kummerċjali) jew fajl pubbliku (fil-każ ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonjiet mhux għal skop ta' qligħ);
  • fajl tar-reġistru.

Il-fajls tan-negozju u pubbliċi jinkludu dokumenti li entità ġuridika, persuna li taħdem għal rasha jew il-fergħa ta' kumpanija barranija ssottemettew lir-reġistrar skont il-liġi, pereżempju l-artikoli ta' inkorporazzjoni jew assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn imdaħħla fir-reġistru pubbliku. Sentenzi tal-qorti, appelli kontra sentenzi, korrispondenza u dokumenti oħra li mhumiex miżmuma fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi huma miżmuma fil-fajl tar-reġistru.

L-informazzjoni li ġejja hija mdaħħla fil-kard tar-reġistru ta' entità ġuridika, persuna li taħdem għal rasha jew fergħa ta' kumpanija barranija:

  • l-isem tan-negozju jew l-isem u l-kodiċi tar-reġistru;
  • ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat u l-indirizz tal-impriża jew kumpanija;
  • dettalji dwar il-persuna li taħdem għal rasha, u d-dettalji rigward is-sospensjoni tal-operazzjonijiet tal-persuna u n-natura staġunali jew temporanja tal-operazzjonijiet;
  • dettalji rigward il-persuni bis-setgħat ta' rappreżentazzjoni (membri tal-bord, soċji solidali, soċji akkomandanti jew partijiet terzi b'setgħat ta' rappreżentazzjoni, stralċjarji u fiduċjarji fil-falliment), kif ukoll ftehimiet rigward setgħat ta' rappreżentazzjoni u l-awtorità mogħtija meta tiġi rappreżentata entità ġuridika;
  • dettalji rigward il-prokuratur;
  • il-forma ġuridika tal-impriża jew it-tip ta' kumpanija;
  • id-data meta l-artikoli tal-assoċjazzjoni ġew approvati;
  • il-valur monetarju tal-kapital azzjonarju tal-kumpanija;
  • notazzjoni rigward it-twaqqif ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata mingħajr il-kontribuzzjonijiet magħmula;
  • notazzjoni li tindika li l-ishma ġew irreġistrati fir-reġistru ċentrali Estonjan tat-titoli;
  • il-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja;
  • l-informazzjoni dwar falliment meħtieġa bil-liġi;
  • notazzjoni rigward il-fużjoni, id-diviżjoni u t-trasformazzjoni tal-kumpanija u rigward id-dissoluzzjoni u t-tneħħija mir-reġistru tagħha;
  • referenza għal entrati magħmula mir-reġistrar kif previst bil-liġi u mingħajr ma l-impriża tagħmel talba;
  • informazzjoni fuq id-depożitarju għal dokumenti minn kumpanija likwidata;
  • l-għanijiet tal-fondazzjoni;
  • informazzjoni oħra kif prevista bil-liġi.

Kwistjonijiet dwar ir-reġistru huma rieżaminati bħala kawżi ċivili mhux kontenzjużi li jużaw proċedimenti bil-miktub. Isiru annotazzjonijiet fir-reġistri fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal entrata jew deċiżjoni tal-qorti jew fuq bażijiet oħra stabbiliti bil-liġi. Applikazzjonijiet għad-dħul iridu jew ikollhom firma diġitali jew ikunu fil-forma ta' dokument notarili.

L-entrati fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet volontarji mhux għal skop ta' qligħ huma pubbliċi. Kulħadd għandu d-dritt li jeżamina d-dejta tal-kard tar-reġistru u d-dokumenti fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi u li jikseb kopji tagħhom. Il-fajls tar-reġistru jistgħu jiġu eżaminati minn korpi tal-gvern kompetenti, mill-qrati matul il-proċeduri u persuni oħra jew entitajiet b'interess leġittimu.

Il-bażi tad-dejta ċentrali tar-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ tinżamm miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. Iċ-Ċentru joffri wkoll is-servizzi li ġejjin:

Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku

Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku huwa servizz ibbażat fuq il-bażi tad-dejta tad-dipartiment tar-reġistrazzjonijiet tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu li juri dejta f'ħin reali li tikkonċerna l-entitajiet ġuridiċi, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-fergħat ta' kumpaniji barranin rreġistrati fl-Estonja kollha. Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku jagħmilha possibbli li wieħed:

  • jeżamina d-dejta tal-kard tar-reġistru, dejta ġenerali u dejta dwar l-arretrati tat-taxxa mingħajr ħlas;
  • ifittex bl-isem, bil-kodiċi tar-reġistru, bl-uffiċċju rreġistrat, bil-qasam tal-attivitajiet, eċċ.
  • jara, billi jħallas tariffa, rapporti annwali, artikli ta' assoċjazzjoni u dokumenti elettroniċi oħrajn, informazzjoni personali u dejta dwar wegħda kummerċjali, eċċ., li jinsabu fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi.
  • jissorvelja f'ħin reali informazzjoni proċedurali li tirrigwarda l-kumpaniji u l-bidliet fl-entrati tagħhom;
  • jiċċekkja bla ħlas kull projbizzjonijiet kummerċjali imposta fuq persuni jew entitajiet Estonjani;
  • jara mingħajr ħlas il-lista ta' membri ta' partiti politiċi.
  • jara r-rabtiet bejn diversi kumpaniji u persuni.

Iktar informazzjoni dwar ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku hija disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.

Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji

Il-Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa ambjent li jippermetti lil persuni u entitajiet jissottomettu dokumenti lid-dipartiment tar-reġistrazzjonijiet tal-qorti tal-kontea huma stess. L-applikazzjonijiet biex tiġi reġistrata kumpanija ġdida, biex tiġi emendata d-dejta tar-reġistru, biex tiġi likwidata u biex titħassar mir-reġistru, jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-portal. Ir-rapporti annwali wkoll jistgħu jitfasslu u jintbagħtu permezz tal-portal. Iċ-ċittadini Estonjani, Finlandiżi, Portugiżi u Belġjani jistgħu jidħlu fil-portal billi jużaw il-karti tal-identità tagħhom għall-awtentikazzjoni. Iċ-ċittadini Estonjani u Litwani jistgħu jilloggjaw bl-użu tas-servizz tal-Mobile-ID. Huwa possibbli wkoll li wieħed jilloggja fil-portal permezz tal-ħoloq tal-bank bl-internet fuq il-paġna ewlenija. Il-Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.

Ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR)

Ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR) huwa sistema ta' tiftix ibbażata fuq l-internet li tipprovdi informazzjoni uffiċjali dwar il-kumpaniji Ewropej. It-tfittxijiet jistgħu jsiru minn fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt.

  • L-informazzjoni hija disponibbli mir-reġistri kummerċjali ta' total ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida24 pajjiż.
  • It-tiftix jista’ jsir rigward kumpaniji u persuni.
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta' informazzjoni disponibbli tvarja minn pajjiż għal pajjiż.
  • Id-dejta tar-reġistri għandha effett ġuridiċi differenti f'pajjiżi differenti.
  • Il-funzjoni tat-tiftix tista' tintuża kemm minn individwi privati kif ukoll minn kumpaniji.
  • Trid titħallas tariffa għas-servizz.

Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għar-reġistru kummerċjali Estonjan?

Id-dejta tar-reġistru tista' tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafid-dipartiment tar-reġistrazzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonlajn u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-uffiċċji tan-nutara. Aċċess għad-dejta miżmuma fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ u għal dokumenti fil-fajls huwa mingħajr ħlas fid-dipartiment tar-reġistrazzjoni.

Ma trid titħallas l-ebda tariffa għat-tiftix dwar entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni dwar proċedimenti fil-qrati jew għall-aċċess għal informazzjoni fil-kards tar-reġistru. Madankollu, titħallas tariffa għar-riċerki l-oħra kollha, inklużi d-dejta tal-kard tar-reġistru storiku u l-aċċess għar-rapporti annwali, l-artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Fejn tintalab tariffa għall-informazzjoni, il-ħlas isir immedjatament permezz ta' trasferiment bankarju bl-internet. L-abbonati bid-dritt li jużaw parametri tat-tiftix estiż iħallsu fuq il-bażi ta' fatturi ta' kull xahar. Ir-rati li jintalbu għall-użu tad-dejta tal-kompjuter fir-reġistru kummerċjali huma stabbiliti f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Ministru tal-Ġustizzja.

Titħallas tariffa biex jiġu kkonsultati d-dejta tar-reġistru u d-dokumenti tal-fajl f'uffiċċju ta' nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tat-Tariffi tan-Nutara.

Kif issir tiftixa fir-reġistru kummerċjali Estonjan

It-tfittxijiet jistgħu jsiru fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ billi jintuża r-Reġistru tan-Negozju Elettroniku fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti misjuba fir-reġistru?

Din il-paġna tispjega kif l-użu ta' dejta u dokumenti misjuba fir-reġistru kummerċjali huwa regolat fl-Estonja.

Id-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu jżomm ir-reġistru kummerċjali. Persuni li jaħdmu għal rashom, fergħat ta' kumpaniji barranin, u kumpaniji (kumpaniji pubbliċi limitati, kumpaniji privati limitati, soċjetajiet f'isem kollettiv, soċjetajiet limitati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, Kumpaniji Ewropej (Societas Europaea), Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (Societas Cooperativa Europaea) u ragruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali) jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali. Dan ir-reġistru elettroniku għandu forza ġuridika qawwija u l-għan tiegħu huwa li jiggarantixxi ċertezza tad-dritt. Ir-reġistru kummerċjali jinżamm bl-Estonjan.

Entrata fir-Reġistru Kummerċjali hija kkunsidrata korretta fir-rigward ta' parti terza, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf li l-entrata ma kinitx korretta. Entrata hija meqjusa li ma tapplikax fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma konklużi fi żmien ħmistax-il jum wara li tkun saret l-entrata jekk parti terza turi li l-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-kontenut tal-entrata. Għalhekk parti terza tista', in bona fide, tafda fil-veraċità tal-entrati fir-reġistru, pereżempju billi tissoponi, meta tidħol f'kuntratt, li l-persuna li ddaħħlet fir-reġistru bħala membru tal-bord maniġerjali għandha awtorità firmatarja għall-kumpanija inkwistjoni.

Ċerti ċirkostanzi ġuridiċi huma validi biss jekk jiddaħħlu fir-reġistru: pereżempju, l-awtorità firmatarja ta' membru ta' bord maniġerjali tista' tkun ċirkoskritta fl-artikoli ta' assoċjazzjoni jew fil-kuntratt li tidħol fih mal-membru tal-bord maniġerjali, iżda l-limitazzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġsitru biss japplikaw għal partijiet terzi.

Ċerti ċirkostanzi importanti jidħlu fis-seħħ mill-mument li tiddaħħal l-entrata fir-reġistru: pereżempju, iż-żieda ta' kapital azzjonarju ta' kumpanija tidħol fis-seħħ mill-mument li ż-żieda tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, u mhux mill-mument tad-deċiżjoni biex jiżdied is-sehem azzjonarju jew mill-mument li jsiru l-kontribuzzjonijiet. L-istess japplika għall-istabbiliment ta' entità ġuridika, l-emenda tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha jew għall-merger, unità u trasformazzjoni tagħha.

Dawn li ġejjin jiġu miftuħa fir-reġistru kummerċjali għal kull persuna li taħdem għal rasha, entità ġuridika u fergħa ta' kumpanija barranija:

  • kard tar-reġistru;
  • fajl tan-negozju;
  • fajl tar-reġistru.

Il-fajl tan-negozju jinkludi dokumenti li kumpanija, persuna li taħdem għal rasha jew il-fergħa ta' kumpanija barranija ssottemettew lir-reġistrar skont il-liġi, pereżempju l-artikoli ta' inkorporazzjoni jew assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn imdaħħla fir-reġistru pubbliku. Sentenzi tal-qorti, appelli kontra sentenzi, korrispondenza u dokumenti oħra li mhumiex miżmuma fil-fajl tan-negozju huma miżmuma fil-fajl tar-reġistru.

Dokumenti fl-lingwa barranija jiġu sottomessi lir-reġistrar flimkien ma' traduzzjoni għall-Estonjan ċertifikata minn traduttur rikonoxxut uffiċjalment jew nutar jew traduzzjoni għall-Estonjan fejn nutar ikun iċċertifika l-awtentiċità tal-firma tat-traduttur. Impriża ma tistax tibbaża fuq traduzzjoni li hija differenti mid-dokument oriġinali. Parti terza tista' tibbaża fuq it-traduzzjoni ta' dokument sottomess lir-reġistrar sakemm l-impriża tipprova li l-parti terza kienet konxja tal-inakkuratezza tat-traduzzjoni.

L-entrati fir-reġistru kummerċjali huma pubbliċi. Kulħadd għandu dritt jeżamina l-informazzjoni li tinsab fl-indiċijiet tal-karti u d-dokumenti fil-fajls tan-negozju u li jiksbu kopji tagħhom. Il-fajls tar-reġistru jistgħu jiġu eżaminati minn korpi tal-gvern kompetenti, mill-qrati matul il-proċeduri u persuni oħra jew entitajiet b'interess leġittimu.

Id-dokumenti fil-fajl huma pubbliċi u jistgħu jiġu mitluba kopji tagħhom permezz tad-dipartiment tar-reġistrazzjoni, ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku jew nutar.

Storja tar-Reġistru kummerċjali Estonjan

Ir-reġistru kummerċjali Estonjan jinkludi informazzjoni li tmur lura sal-1 ta' Settembru 1995. Id-dejta tiġi aġġornata regolarment.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Ewropew tan-Negozju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFittex ir-reġistru kummerċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tan-Negozju Elettroniku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartimenti tar-reġistrazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNutara


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Irlanda

Din it-taqsima tipprovdik b’ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Irlanda.


X’għandu x’joffri r-reġistru kummerċjali Irlandiż?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kumpaniji jżomm ċerti dokumenti li huma miżmuma u maħżuna mill- Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji skont l-obbligi ta' sottomissjoni tal-kumpaniji skont u minħabba l-Att dwar il-Kumpaniji, 1963-2012.  Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni bażika fuq il-kumpanija, bħal:

  • L-indirizz,
  • Id-data ta’ inkorporazzjoni
  • Data tal-aħħar dħul annwali ppreżentat

Id-dokumenti kollha sottomessi minn kumpaniji skont l- Att dwar il-Kumpaniji huma aċċessibbli għall-pubbliku. Profil tal-kumpaniji jista’ jinxtara. Dan jipprovdi estratt tal-informazzjoni fir-reġistru, inklużi l-uffiċjali tal-kumpanija, l-imposti u lista tad-dokumenti ppreżentati.

L-aċċess għar-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għal informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji hija mingħajr ħlas. Madankollu, titħallas tariffa għall-irkupru ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra.

Kif issir tiftixa fir-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż u ismijiet kummerċjali?

It-tiftix jista’ jsir permezz ta’ numru jew isem tal-kumpanija/negozju. Hemm erba’ tipi ta' tiftix bl-isem possibbli:

  • Tiftix tat-tip ‘Fiha dawn il-kelmiet kollha” għal ismijiet li fihom dawn il-kelmiet (rakkomandat)
  • Tiftix tat-tip "Jibda b’din il-frażi" għal ismijiet li jibdew b’din il-frażi
  • Tiftix tat-tip "Fiha din il-frażi" għal ismijiet li fihom din il-frażi.
  • Din hija sekwenza alphasort hija maħluqa permezz tat-tneħħija ta’ kliem komuni bħal “l-Irlanda”, “Ristretti”, “The”, “U”, eċċ. u billi jitneħħew sinkijiet, spazji, virgoli eċċ. mill-isem tal-kumpanija. Biex twettaq tiftixa alphasort għandek tagħmel l-istess.

It-tiftix bl-isem jista’ jiġi ristrett billi jiġi nkluż l-indirizz.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (CRO) huwa r-repożitorju ċentrali għall-informazzjoni statutorja pubblika dwar il-kumpaniji fl-Irlanda. L-Att dwar il-Kumpaniji 2014, u leġiżlazzjoni relatata huma l-bażi statutorja li permezz tagħha l-kumpaniji huma obbligati jipprovdu informazzjoni lis-CRO għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni.

L-informazzjoni fir-reġistru tal-kumpaniji hija fornuta lis-CRO minn partijiet terzi, skont obbligu statutorju, inkluż l-obbligu li ma tingħatax informazzjoni falza xjentement jew bi traskuraġni lill-CRO. L-CRO ma jistax u m’għandux ikun responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta lilu minn terzi.

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tressiq ta’ ċerti dokumenti u dettalji, hemm rekwiżit statutorju li l-persuna li qiegħda tagħmel is-sottomissjoni għandha tiffirma dikjarazzjoni solenni li hija temmen li d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa ġew sottomessi b’mod xieraq. Skont l-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet Statutorji tal-1938 kif emendat, kull persuna li xjentement tagħmel dikjarazzjoni statutorja falza jew qarrieqa hija soġġetta għall-prosekuzzjoni u, wara kundanna, għal multa jew priġunerija, jew għat-tnejn li huma.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 876 tal-Att dwar il-Kumpaniji tal-2014, huwa reat kriminali li wieħed xjentement jew bi traskuraġni jinnotifika informazzjoni falza lill-CRO fuq il-forom statutorji.

L-istorja tar-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż

Id-dejta elettronika dwar ir-reġistru hija kompluta fir-rigward tal-kumpanniji kollha bi status normali.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Greċja


X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Greċja?

Fil-Greċja, ir-reġistru kummerċjali huwa magħruf bħala r-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku ((Γενικό Εμπορικό Μητρώο, Γ.Ε.ΜΗ., GEMI). Huwa regolat mil-Liġi Nru 3419/2005 (Gazzetta tal-Gvern, Sensiela I, Nru 297/06-12-2005). Huwa jżomm kull divulgazzjoni ta' dokumenti u informazzjoni kummerċjali. Is-sit elettroniku tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku huwa l-gazzetta nazzjonali mfassla għall-iskop ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni kummerċjali. Il-persuni jew assoċjazzjonijiet ta' persuni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 3419/2005 iridu jitniżżlu fir-Reġistru.

Fuq is-sit elettroniku tista' tfittex l-informazzjoni divulgata skont it-tip ta' negozji li ġejjin:

a. Persuni fiżiċi li huma negozjanti u li għandhom post tan-negozju jew stabbiliment jew li jinnegozjaw permezz ta' stabbiliment ewlieni jew sekondarju fil-Greċja.

b. Assoċjazzjonijiet ta' individwi li jinnegozjaw permezz ta' stabbiliment ewlieni jew sekondarju fil-Greċja, u l-kumpaniji kummerċjali kolha, jekk ikunu ġew inkorporati skont il-liġi Griega - sħubiji ġenerali u sħubiji b'responsabbiltà limitata, kooperattivi regolati mid-dritt ċivili (li jinkludu assoċjazzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka u kooperattivi ta' kreditu), u kumpaniji limitati pubbliċi u privati - u individwi b'obbligu li jagħtu rapport skont l-Artikolu 39 tad-Digriet Presidenzjali tas-27.11/14.12.1926.

c. Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku, kif previsti mir-Regolament 2137/1985/KEE (ĠU L199. rettifika L.247), li għandhom uffiċċju reġistrat il-Greċja.

d. Kumpaniji Ewropej, kif previsti mir-Regolament 2157/2001/KE (ĠU L 294), li għandhom uffiċċju reġistrat il-Greċja.

e. Soċjetajiet kooperattivi ewropej, kif previsti mir-Regolament 1435/2003/KE (ĠU L 207), li għandhom uffiċċju reġistrat il-Greċja.

f. Partijiet imsemmija hawn fuq li għandhom is-sede prinċipali tan-negozju jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom il-Greċja jridu jirreġistraw kull fergħa li jista' jkollhom il-Greċja.

g. Kumpaniji barranin tat-tip imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151/KEE (ĠU L 65) kif emendat mill-Artikolu 1 tad-Direttva 2003/58/KE (ĠU L 221) li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru tal-UE jridu jirreġistraw il-fergħat jew l-aġenziji tagħhom fil-Greċja.

h. Kumpaniji barranin ibbażati f'pajjiż mhux tal-UE li għandhom sura ġuridika simili għal waħda mill-kumpaniji barranin imsemmija fil-punt (g) hawn fuq iridu jirreġistraw kull fergħa jew aġenzija li għandhom il-Greċja.

i. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta' persuni li għandhom is-sede prinċipali tan-negozju jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom barra l-pajjiż u li ma jaqgħux taħt il-punti (g) u (h) iridu jirreġistraw il-fergħat jew aġenziji tagħhom li bihom jinnegozjaw fil-Greċja.

j. Negozji konġunti.

k. Kumpaniji regolati mid-dritt ċivili msemmija fl-Artikolu 784 tal-Kodiċi Ċivili.

l. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta' persuni li qegħdin jew għandhom il-ħsieb imexxu attività ekonomika jew professjonali mingħajr ma jsiru negozjanti.

Liema dokumenti u informazzjoni hemm fir-reġistru kummerċjali Grieg?

L-entrata għal negozju li hija meħtieġa għar-reġistrazzjoni trid tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

a. In-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija, fergħa jew aġenzija.

b. L-uffiċċju tar-reġistru jew dipartiment li wettaq l-ewwel reġistrazzjoni jew reġistrazzjoni sussegwenti u l-isem sħiħ tal-uffiċċjal responsabbli.

c. In-numru ta' referenza tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-kodiċi tar-reġistrazzjoni.

d. Fejn, skont il-liġi fis-seħħ, jinħtieġu l-liċenzja, l-awtorizzazzjoni professjonali jew l-istabbiliment u l-permess għan-negozju sabiex jitwaqqaf negozju jew jibda n-negozjar, id-dettalji tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità jew dipartiment kompetenti.

e. Deċiżjonijet tal-qorti li jiddikjaraw il-falliment tal-kumpanija jew li permezz tagħhom jinbdew proċeduri ta' konċiljazzjoni jew proċeduri kollettivi oħra biex jintlaqgħu t-talbiet tal-kredituri tagħha. L-entrata tinkludi l-isem sħiħ, l-ismijiet tal-ġenituri, il-kartà tal-identità jew in-numru tal-passaport, il-post u d-data ta' twelid, in-nazzjonalità u l-indirizz tad-dar tal-likwidaturi tal-kumpanija, tal-amministraturi obbligatorji, trustees u prattikanti fl-insolvenza.

f. Dettalji mid-deċiżjonijiet tal-qorti li jitterminaw, jissospendu jew iħassru s-sitwazzjonijiet legali msemmija fil-punt (e) hawn fuq.

g. Informazzjoni li trid tiġi ppublikata skont il-liġi dwar l-insolvenza.

h. Dettalji tal-applikazzjonijiet pendenti għall-insolvenza jew konċiljazzjoni jew proċeduri kollettivi oħra.

i. In-numru ta' fergħat jew aġenziji li l-kumpanija għandha l-Greċja, kif ukoll l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni ta' kull waħda minnhom.

j. In-numru, l-indirizz u d-dettalji tal-fergħat jew aġenziji li għandha l-kumpanija barra l-pajjiż.

I. Fir-rigward tal-kumpaniji bbażati l-Greċja tiġi rreġistrata u ppubblikata l-informazzjoni li ġejja:

a) il-memorandum jew l-istatut ta' assoċjazzjoni;

b) l-emendi fil-memorandum jew statut ta' assoċjazzjoni, li jinkludu kull estensjoni tad-durata tal-kumpanija, u kull emenda sussegwenti lill-memorandum jew statut ta' assoċjazzjoni, bit-test komplut kif emendat l-aħħar;

c) il-ħatra, it-terminazzjoni tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li, bħala korp kostitwenti skont il-liġi jew bħala membri ta' korp;

aa) huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija ma partijiet terzi; f'każ illi dan jikkonċerna iktar minn persuna waħda, l-entrata rilevanti trid tiddikjara jekk dawn il-persuni jistgħux jaġixxu waħedhem jew iridux jaġixxu flimkien;

bb) huma awtorizzati jirrapreżentaw lill-kumpanija l-qorti;

cc) jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tal-kumpanija;

d) għall-inqas darba fis-sena, l-ammont ta' kapital sottoskritt, fejn il-memorandum jew statut ta' assoċjazzjoni jsemmu kapital awtorizzat, sakemm kull żieda fil-kapital sottoskritt ma tkunx teħtieġ emenda tal-istatuti;

e) id-dokumenti ta' kontabbiltà għal kull sena finanzjarja li jridu jiġu ppubblikati skont id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE (ĠU L 222 14.8.1978), 83/349/KEE (ĠU L 193 18.7.1983), 86/635/KEE (ĠU L 372 31.12.1986) u 91/674/KEE (ĠU L 374 31.12.1991);

f) bdil tal-uffiċċju reġistrat,

g) l-istralċ tal-kumpanija;

h) kull dikjarazzjoni ta' nullità tal-kumpanija mill-qrati;

i) il-ħatra u d-dettalji tal-likwidaturi;

j) tmiem tal-likwidazzjoni u t-tħassir minn fuq ir-reġistru.

II. Din hija l-informazzjoni li tiġi rreġistrata u ppubblikata fir-rigward ta' kumpaniji barranin msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151/KEE (ĠU L 65) kif emendat mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/58/KE (ĠU L 221) li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru tal-UE:

a) l-indirizz tal-fergħa;

b) referenza għall-oqsma ta' attivitajiet tal-fergħa;

c) ir-reġistru tal-Istat Membru li fih huwa miżmum il-fajl tal-kumpanija u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija f'dak ir-reġistru.

d) l-isem u l-forma ġuridika tal-kumpanija, u l-isem tal-fergħa jekk hija differenti mill-isem tal-kumpanija;

e) il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija ma' partijiet terzi u fi proċedimenti legali:

aa) jekk huma meqjusa bħala korp maniġerjali ta' kumpanija skont il-liġi jew il-membri ta' dan il-korp, skont id-divulgazzjoni tal-kumpanija kif previst mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/101/KE (ĠU L 258, 1.10.2009);

bb) bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-fergħa, b'indikazzjoni tal-firxa tas-setgħat tagħhom;

f) l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra u d-dettalji tal-istralċjarji u s-setgħat tagħhom u l-konklużjoni tal-istralċ, inkluż referenza għar-reġistru tal-Istat Membru, il-proċedimenti ta' insolvenza, l-arranġamenti, kompożizzjonijiet, jew xi proċedimenti simili li l-kumpanija hija suġġetta għalihom;

g) id-dokumenti ta' kontabbiltà tal-kumpanija kif imħejjija, awditjati u żvelati skont il-liġi tal-Istat Membru li tirregola l-kumpanija skont id-Direttivi 78/660/KEE (ĠU L 222 14.8.1978), 83/349/KEE (ĠU L 193 18.7.1983) u 84/253/KEE (ĠU L 126/20 12.5/1984)

h) l-għeluq tal-fergħa.

Kif twettaq tiftixa fir-reġistru kummerċjali Grieg?

Tista' tfittex kull divulgazzjoni kummerċjali fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku billi tuża xi wieħed minn dawn id-dettalji li ġejjin marbuta mal-kumpanija:

  1. numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (Α.Φ.Μ.) jew
  2. in-numru tar-reġistru (Γ.Ε.ΜΗ.) jew
  3. l-isem tal-kumpanija jew
  4. l-isem fil-qosor.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Grieg huwa mingħajr ħlas?

Il-pubbliku jista' jaċċessa l-entrata ta' kumpanija fir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru mingħajr ħlas. Il-pubbliku jista' wkoll jaħżen b'mod diġitali fuq l-apparat elettroniku tiegħu u jistampah jew b'mod ieħor jerġa' jipproduċi, kull dokument, informazzjoni jew avviż li jkun ittella' fuq is-sit elettroniku tar-Reġistru għal konsultazzjoni pubblika mir-Reġistru stess jew minn persuni li għandhom l-obbligu jagħmlu dan. Jekk xi membru tal-pubbliku jixtieq jikseb xi ċertifikati uffiċjali (awtentiċi) jew kopji ta' dokumenti jew dejta miżmuma fl-entrata ta' kumpanija fir-Reġistru, huwa jista' jirreġistra mingħajr ħlas mad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadipartiment ta' trasparenza tar-Reġistru.

Sabiex jinkisbu ċertifikati uffiċjali jew kopji ta' dokumenti u dejta oħra, trid titħallas tariffa permezz tal-applikazzjoni onlajn rilevanti. Iċ-ċertifikati jew kopji tad-dokumenti rilevanti jew dejta jintbagħtu b'żewġ modi differenti: diġitalment permezz tal-applikazzjoni ta' trasparenza tar-Reġistru, jew bil-posta lid-destinatarju, madwar id-dinja kollha.

Kif tiġi vverifikata l-awtentiċità taċ-ċertifikati uffiċjali jew tal-kopji maħruġa mir-reġistru kummerċjali Grieg?

L-awtentiċità taċ-ċertifikati uffiċjali jew tal-kopji tiġi vverifikata mir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku Grieg.

Jekk fl-applikazzjoni l-persuna konċernata timla n-numru ta' referenza taċ-ċertifikat jew tal-kopja, in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija u d-dipartiment tar-reġistru li ħareġ id-dokument, il-korp ta' dak id-dokument għandu jidher.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti miżmuma fir-reġistru?

Id-dokumenti mniżżla fl-entrati tan-negozji huma affidabbli, għaliex ir-Reġistru huwa l-uniku sit disponibbli għad-divulgazzjoni kummerċjali u jikkostitwixxi "il-gazzetta nazzjonali intiża" għall-għanijiet ta' pubblikazzjoni ta' informazzjoni kummerċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE. Ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku huwa konness mar-reġistri tal-Istati Membri l-oħra msemmija f'dik il-leġiżlazzjoni (reġistri nazzjonali) permezz ta' sett ċentralizzat ta' għodda tal-IT (il-pjattaforma ċentrali Ewropea) bħala parti mis-sistema ta' interkonnessjoni ta' reġistri skont id-Direttiva 2012/17/UE. Id-dokumenti u d-dejta reġistrati fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku wara verifika mwettqa mill-persunal tar-Reġistru fuq il-legalità, il-preċiżjoni, il-kjarezza u l-kompletezza u jekk tħallsux it-tariffi kollha rilevanti skont il-leġiżlazzjoni kurrenti. Sakemm din il-verifika ma tiżvelax xi ħaġa li tista' tostakola r-reġistrazzjoni, id-dipartiment inkarigat tar-Reġistru jdaħħal l-informazzjoni rilevanti għan-negozju fir-reġistru. Jekk l-applikazzjoni, id-dokumenti mehmuża, u kull dokument ta' sostenn ieħor ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi jew jekk ma jkunux preċiżi u kompluti, id-dipartiment inkarigat tar-Reġistru jikkuntattja lill-persuna konċernata, bil-miktub jew permezz ta' faks jew ittra elettronika, biex tagħmel il-kjarifiki, korrezzjonijiet jew żidiet meħtieġa fl-applikazzjoni, fid-dokumenti ta' sostenn jew fid-dokumenti mehmuża, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. L-iskadenza tista' tiġi estiża sa massimu ta' xahar jekk meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi u t-tip ta' informazzjoni li trid tiġi rreġistrata. Skadenza ta' dan it-tip testendi kull skadenza legali oħra għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba matul dawk il-ħamest ijiem tax-xogħol jew ma tingħatax estensjoni, jew jekk il-persuna konċernata tissottometti informazzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti legali jew li mhix preċiża u kompluta, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiġi miċħuda mid-dipartiment permezz ta' deċiżjoni bir-raġunijiet u t-tariffi għar-reġistrazzjoni rilevanti li jkunu tħallsu jmorru għall-benefiċċju tar-Reġistru. Għal sħubijiet ġenerali u sħubijiet limitati, għal kumpaniji b'responsabbiltà limitata, kemm pubbliċi u kemm privati, kooperattivi regolati mid-dritt ċivili, gruppi Ewropej b'interess ekonomiku previsti mir-Regolament 2137/1985/KEE (ĠU L 199, rettifika 247) ibbażati l-Greċja, kumpaniji Ewropej previsti mir-Regolament 2157/2001/KE (ĠU L 294) ibbażati l-Greċja, soċjetajiet kooperattivi Ewropej previsti mir-Regolament 1435/2003/KE (ĠU L 207) ibbażati l-Greċja, u kumpaniji inkorporati skont id-dritt ċivili msemmija fl-Artikolu 784 tal-Kodiċi Ċivili, ir-reġistrazzjoni tal-fatti, dokumenti u informazzjoni oħra fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku jkollha dawn l-effetti:

a. Persuni ġuridiċi tat-tip imsemmija hawn fuq li qegħdin jiġu inkorporati jakkwistaw personalità ġuridika.

b. Skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni kurrenti li tirregola l-konverżjoni tal-kumpaniji, in-negozji li jirreġistraw konverżjoni jiġu konvertiti f'kumpaniji b'responsabbiltà limitata, pubbliċi jew privati, kooperattivi regolati mid-dritt ċivili, gruppi Ewropej b'interess ekonomiku, kumpaniji Ewropej jew kooperattivi Ewropej skont il-każ.

c. L-istrument ta' inkorporazzjoni tal-intrapriża jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni jiġu emendati.

d. Fużjoni jew diviżjoni jseħħu biss bir-reġistrazzjoni u bit-tħassir mir-reġistru tal-kumpanija li ġiet soġġetta għal fużjoni jew maqsuma.

c. Intrapriża tiġi stralċjata, wara deċiżjoni mis-soċji jew permezz tal-ħruġ tal-att amministrattiv rilevanti.

f. Negozju jerġa' jingħata l-ħajja.

Fl-aħħar nett, skont id-dispożizzjoni espressa tal-paragrafu 4 tal-Liġi Nru 3419/2005, l-entrati rilevanti fir-Reġistru huma preżunti li saru legalment u korrettament.

Hemm xi ħaġa speċifika li għandi nkun naf dwarha dwar ir-reġistru kummerċjali Grieg?

Is-sit elettroniku tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku huwa l-gazzetta nazzjonali "intiża" għall-iskop ta' pubblikazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE tas-16 ta' Settembru 2009 (GU L 258). Id-direttorju ġenerali tal-ismijiet tal-kumpaniji, l-entrata u l-informazzjoni kollha neċessarja għall-użu pubbliku tar-Reġistru huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tar-Reġistru. Il-pubbliku jista' jaċċessa r-Reġistru mingħajr ħlas. Il-pubbliku jista' wkoll jaħżen elettronikament fuq l-apparat elettroniku tiegħu u jistampa jew b'xi mod ieħor jirriproduċi kull dokument, dejta jew avviż imtella' fuq is-sit elettroniku tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku għall-konsultazzjoni pubblika jew mid-dipartiment tar-Reġistru jew mill-persuni li huma responsabbli għal dan.

Bħala parti mis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku: a) jikkomunika mar-reġistri nazzjonali l-oħra permezz tal-ittri elettroniċi u aa) jirċievi informazzjoni dwar id-dejta maħżuna f'reġistru nazzjonali ieħor relatata ma' kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru tal-UE u fergħat fi Stat Membru ieħor u bb) jipprovdi informazzjoni fuq id-dejta msemmija fl-Artikoli 6(2a) u (2b) tal-Liġi Nru 3419/2005 fuq kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew fergħat il-Greċja kif imsemmija taħt il-punt (g) tal-paragrafu 1 tal-istess liġi; u b) iwieġeb għad-domandi sottomessi mill-utenti individwali lill-punt uniku ta' aċċess elettroniku Ewropew tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri (il-portal) f'dak li jirrigwarda l-informazzjoni taħt il-punt (a)(bb).

Id-Dipartiment għall-Kumpaniji u r-Reġistru tad-Direttorat-Ġenerali għas-Swieq (Is-Segretarjat Ġenerali għall-Kummerċ u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi, il-Ministeru tal-Ekonomija, l-Iżvilupp u t-Turiżmu) huwa responsabbli biex iwieġeb għad-domandi sottomessi permezz tal-portal elettroniku Ewropew dwar id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2a) u (2b) tal-Liġi Nru 3419/2005 għal kumpaniji b'ishma elenkati fuq il-Borża ta' Ateni, il-banek u l-fergħat tal-banek fl-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, kumpaniji tal-assigurazzjoni pubbliċi b'responsabbiltà limitata u fergħat ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni fi Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, fondi ta' investiment pubbliċi b'responsabbiltà limitata, kumpaniji maniġerjali pubbliċi ta' fondi reċiproċi b'responsabbiltà limitata, kumpaniji maniġerjali pubbliċi ta' fondi reċiproċi b'responsabbiltà limitata għall-propjetà immobbli, kumpaniji maniġerjali pubbliċi ta' fondi b'responsabbiltà limitata għall-propjetà immobbli, kumpaniji maniġerjali pubbliċi b'responsabbiltà limitata għall-assi u l-obbligazzjonijiet, kumpaniji pubbliċi ta' investiment b'responsabbiltà limitata u kumpaniji pubbliċi għall-isports (futbol u baskitbol) b'responsabbiltà limitata.

Barra minn hekk, dipartiment tar-Reġistru jopera għal kull kamra tal-kummerċ fil-Greċja, u huwa responsabbli, fost affarijiet oħra, biex iwieġeb għad-domandi sottomessi permezz tal-portal elettroniku Ewropew dwar id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2a) u (2b) tal-Liġi Nru 3419/2005 dwar il-forom ġuridiċi kollha ta' kumpaniji għajr dwar msemmija hawn fuq:

NB: L-informazzjoni provduta hawnhekk hija biss ħarsa ġenerali maħsuba sabiex tagħti informazzjoni lil partijiet interessati dwar l-interkonnessjoni bejn ir-reġistru tal-kummerċ Grieg u r-reġistri nazzjonali l-oħra tal-Istati Membri tal-UE. Informazzjoni aktar dettaljata dwar il-qafas legali tista' tinkiseb mis-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-pubblikazzjoni elettronika mir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistrazzjoni tal-membri tal-pubbliku għas-servizzi tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistrazzjoni tan-negozji fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikati u l-kopji maħruġa mir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku

Il-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku

Ċirkulari dwar is-servizzi elettroniċi tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku u ċ-ċirkolari dwar ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Spanja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjol diġà ġew tradotti.

Fi Spanja, ir-‘Registradores’ (Reġistraturi) huma responsabbli biex iżommu r-reġistri li ġejjin:

  • Reġistri tal-Artijiet u tal-Proprjetà ('Registros de la Propiedad de Bienes Inmuebles', li b’mod ġeneriku huma magħrufa bħala Reġistri tal-Artijiet (“Registros de la Propiedad”).
  • Reġistri tal-Proprjetà Mobbli ('Registros de la Propiedad de Bienes Muebles').
  • Reġistri Kummerċjali ('Registros Mercantiles').
  • Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali ('Registro de Condiciones Generales de la Contratación')

Fit-taqsima dwar ir-Reġistri tal-Artijiet tal-portal tal-Ġustizzja Elettronika ssib spjegazzjoni dwar ir-'Registros de la Propiedad', flimkien ma’ links relatati.

Din il-paġna fiha:

  • Spjegazzjoni dwar ir-Reġistri Kummerċjali fi Spanja, flimkien ma' websajts relatati.
  • Spjegazzjoni qasira tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli, flimkien ma' links relatati.
  • Spjegazzjoni qasira tar-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali, flimkien ma' links relatati.

X’jipprovdi r-Reġistru Kummerċjali Spanjol?

Ċertezza legali u ekonomika.

Il-karatteristiċi prinċipali tas-sistema tar-Reġistru Kummerċjali Spanjol jinsabu hawn taħt.

1. – Skop tar-Reġistru Kummerċjali.

1.1 – Entitajiet li għandhom ikunu rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali.

  • L-imprendituri individwali
  • Il-kumpaniji kummerċjali
  • L-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ
  • L-entitajiet ta’ kreditu u tal-assigurazzjoni u l-kumpaniji ta' garanziji reċiproċi
  • L-impriżi tal-investiment kollettiv
  • Il-gruppi ta’ interess ekonomiku
  • Il-banek għat-tfaddil tal-flus
  • Il-fondi tal-pensjonijiet
  • Il-fergħat ta’ kwalunkwe mill-entitajiet imsemmija hawn fuq
  • Il-fergħat ta’ kumpaniji barranin
  • Il-kumpaniji barranin li jittrasferixxu l-uffiċċju reġistrat tagħhom lejn it-territorju Spanjol.
  • Kwalunkwe entità li twettaq attività kummerċjali, sakemm iċ-ċifri tax-xiri li tkun għamlet jew li tkun intermedjarja fihom, jew il-kwantità ta’ bejgħ, ikunu iktar minn EUR 600 000.

1.2 – L-oqsma ta’ attività tar-Reġistru Kummerċjali.

  • Dokumenti tal-kumpaniji.- Ir-reġistrazzjoni tal-inkorporazzjoni ta' kumpaniji kummerċjali tkun l-ewwel dokument fil-kronoloġija tar-reġistru ta' kumpanija. Wara dan, ikun hemm iskrizzjonijiet li jirrigwardaw id-dokumenti u l-kuntratti relatati ma’ kull kumpanija (pereżempju żieda jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, bdil fil-kostituzzjoni tal-bord, il-ħatra jew it-terminazzjoni tal-inkarigu ta' amministraturi jew maniġers, proċeduri ta' insolvenza, appelli kontra deċiżjonijiet korporattivi, etc.).
  • Il-kotba tal-kontabilità.- L-intraprendituri u l-kumpaniji għandhom obbligatorjament iżommu sensiela ta' kotba tal-kontabilità u jippreżentawhom lir-Reġistru Kummerċjali lokali tagħhom biex jiġi awtentikat mir-Reġistratur Kummerċjali. Il-kontijiet iridu jiġu ppreżentati mill-inqas erba' xhur wara li tispiċċa s-sena finanzjarja tal-kumpanija. Għaldaqstant, dawk il-kumpaniji li s-sena finanzjarja tagħhom tispiċċa fil-31 ta' Diċembru għandhom jippreżentawhom sal-31 ta’ Mejju.
  • Preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-intraprendituri u ta' individwi oħrajn li huma meħtieġa jippreżentawhom.- Skont il-Pjan Ġenerali tal-Kontabilità, iż-żamma ta' kontijiet annwali hija obbligatorja. Dawn għandhom jiġu approvati mis-sħab jew mill-azzjonisti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja tal-kumpanija u, ladarba jiġu approvati, fi żmien xahar għandhom jiġu ppreżentati għal awtentikazzjoni obbligatorja mir-Reġistru Kummerċjali lokali. Għaldaqstant, f’ċirkostanzi normali, l-impriżi li s-sena finanzjarja tagħhom tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru u li jkunu approvaw il-kontijiet tagħhom sat-30 ta’ Ġunju, għandhom jippreżentawhom sat-30 ta’ Lulju.
  • L-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-ħatra ta’ awdituri u esperti.- Kwalunkwe azzjonarju li jkollu 5% mill-kapital azzjonarju ta’ kumpanija għandu d-dritt li fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja jitlob lir-Reġistru Kummerċjali lokali biex jaħtar awditur. Fil-każ ta’ kumpaniji li s-sena finanzjarja tagħhom tispiċċa fil-31 ta' Diċembru, is-sħab jew l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas 5% mill-kapital azzjonarju jistgħu, sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, jitolbu li jinħatar awditur. Huma jistgħu wkoll jitolbu lir-Reġistratur Kummerċjali lokali biex jaħtar esperti fin-negozju f’każijiet meta jkun jeħtieġ li jsiru kontributi mhux finanzjarji f’każ ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni.

2. – Ċertezza tad-dritt fir-Reġistru Kummerċjali Spanjol.

Ir-Reġistru Kummerċjali huwa l-istrument legali prinċipali biex tiġi rreġistrata l-attività tan-negozji. Huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku, bħala mezz biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet.

L-informazzjoni tiddaħħal fir-Reġistru wara li jsiru l-verifiki: verifiki tal-legalità u l-validità tal-kontenut tad-dokumenti u tal-ftehimiet korporattivi u tal-kapaċità u l-leġittimità ta’ dawk li jkunu ffirmawhom.

B’konsegwenza ta’ dawn il-verifiki li jsiru mir-Reġistratur, dawn l-iskrizzjonijiet ikollhom stat legali sod ħafna:

  1. Il-kontenut tar-Reġistru jitqies preċiż u validu.
  2. L-istrumenti rreġistrati jistgħu jintużaw bħala prova kontra partijiet terzi b’bona fidi.
  3. Dak li jiddaħħal fir-Reġistru jiġi protett mill-qrati u jkollu effett sakemm ma jiġix iddikjarat mhux preċiż jew null permezz ta’ sentenza mogħtija minn qorti.
  4. Sentenza li tiddikjara li informazzjoni mdaħħla fir-reġistru mhix preċiża jew hija nulla ma tippreġudikax id-drittijiet miksuba legalment ta’ partijiet terzi b’bona fidi.

B’hekk, kemm il-kumpaniji kif ukoll iċ-ċittadini u d-dipartimenti tal-gvern jevitaw spejjeż għoljin tat-tranżazzjonijiet peress li jkollhom biżżejjed informazzjoni akkreditata dwar l-entitajiet li magħhom ikollhom il-ħsieb li jibdew relazzjoni kuntrattwali, u dwar is-sitwazzjoni legali u ekonomika tagħhom.

3.- Il-Proċedura tar-Reġistrazzjoni.

Il-prinċipju ġenerali huwa li huwa neċessarju li ssir ċertifikazzjoni pubblika biex l-informazzjoni tiddaħħal fir-Reġistru. Id-dokumenti jistgħu jiġu awtentikati minn nutara, mill-qrati jew mill-awtoritajiet amministrattivi. Id-dokumenti privati jistgħu jiddaħħlu biss f’każijiet speċifikament stipulati mil-liġi u skont ir-regolamenti tar-Reġistru Kummerċjali. Xi eżempji ta’ dokumenti privati li jistgħu jiddaħħlu huma: reġistrazzjoni ta' kumpaniji individwali li mhumiex involuti fl-industrija tal-bastimenti merkantili; il-ħatra, it-terminazzjoni ta’ servizz, l-aċċettazzjoni u r-riżenji minn karigi ta’ amministraturi, likwidaturi u awdituri.

Il-proċedura trid tintalab. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan ifisser li tinbeda mill-persuna li tkun talbet l-iskrizzjoni.

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali huwa bla ħlas?

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali fi Spanja mhux bla ħlas.

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tar-Reġistraturi Kummerċjali u r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali jistipulaw l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni u tal-pubblikazzjonijiet.

It-tariffi għar-reġistrazzjoni jiddependu minn fatturi varji u għandhom jiġu kkonsultati direttament fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tar-Reġistraturi Kummerċjali.

L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni jvarjaw minn EUR 1.20 sa EUR 24 u jistgħu jinsabu direttament fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tar-Reġistraturi Kummerċjali jew fil-paġna tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tar-Reġistraturi ta’ Spanja.

Kif nista’ nikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali Spanjol?

1. – In-natura pubblika tar-reġistru.

Ir-Reġistru Kummerċjali huwa pubbliku. Ir-Reġistratur Kummerċjali għandu r-responsabbiltà li jipproċessa l-kontenut ta’ dak li jiddaħħal fir-reġistru għal skopijiet professjonali.

2. Estratt mir-Reġistru.

Deskrizzjoni.- in-natura ta' estratt mir-reġistru ("nota simple") hija biss informattiva u mhix rappreżentazzjoni awtentika tal-kontenut tal-iskrizzjoni. Din ikun fiha xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha relatati mal-iskrizzjoni kkonċernata.

Kif tikseb estratt.- Hemm żewġ metodi:

  • Bil-miktub fuq karta. Billi titlobha personalment mir-Reġistru Kummerċjali rilevanti.
  • Bl-internet. Billi tuża l-ewwel ħolqa f'qiegħ din il-paġna.

3.- Ċertifikati.

Deskrizzjoni. - Ċertifikat huwa kopja, traskrizzjoni jew trasferiment, f’forma kompluta jew f’forma ta’ taqsira, tal-kontenut tal-informazzjoni miżmuma fir-Reġistru li, ladarba tiġi pproċessata mir-Reġistratur, jirrappreżenta l-uniku mod li bih tiġi trażmessa n-natura awtentika tal-iskrizzjoni fir-Reġistru Kummerċjali. Ir-Reġistraturi jistgħu wkoll jiċċertifikaw dokumenti li jiġu depożitati jew arkivjati fir-Reġistru.

Kif tikseb ċertifikat.- Iċ-ċertifikati jinkisbu biss permezz ta’ talba bil-miktub. Tista’ titlobhom personalment, bil-posta jew bil-faks jew b’xi mezz simili.Tista' titlob ukoll Ċertifikati elettroniċi li jkun fihom il-firma elettronika rikonoxxuta tar-Reġistratur.

4. – Kif tikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali permezz tal-Internet.

Ara l-"ĦOLOQ UTLI" f'qiegħ il-paġna. Il-proċedura hija sempliċi ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-paġna indikata:

Il-websajt tagħtik il-possibilità li tħallas permezz ta’ karta ta' kreditu jekk ma tkunx abbonat jew ma jkollokx ċertifikat rikonoxxut mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi:

  • "ħlas b'karta ta’ kreditu". Jeħtieġ li ddaħħal id-dettalji tal-karta ta’ kreditu.
  • Imbagħad agħfas fuq "Entrar".

F'din il-paġna tkun tista’ tagħżel bejn: ir-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru Kummerċjali, ir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli jew ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Agħżel: "Publicidad Mercantil" (Dokumentazzjoni Kummerċjali Pubblika).

  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak u li trid tikkonsulta.

Kulħadd jista' jikkonsulta, fil-ħin reali, l-informazzjoni kummerċjali interattiva pprovduta mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi permezz ta’ din il-paġna web. Xi informazzjoni dwar il-kumpaniji, inkluż il-kontenut eżatt tal-kontijiet annwali rreġistrati, hija immedjatament disponibbli, 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena. L-informazzjoni li tinkiseb minn dokumenti ta’ kumpanija li jkunu rreġistrati tkun aġġornata u veraċi.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti tar-Reġistru?

Id-Direttiva 2012/17/UE dwar l-interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali tintroduċi, fost l-oħrajn, l-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE li jikkonċerna l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni aġġornata li tispjega d-dispożizzjonijiet nazzjonali li bis-saħħa tagħhom partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq l-indikazzjonijiet u kull tip ta' att imsemmi fl-Artikolu 2, b'konformità mal-Artikolu 3(5), (6) u (7). Fi ftit kliem, l-Istati Membri jridu jipprovdu din l-informazzjoni għall-pubblikazzjoni fuq il-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika b'konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tekniċi tal-portal. Din l-informazzjoni tirreferi għall-mod kif għal kull ordinament ġuridiku, jistgħu jsiru talbiet biex jiġu kkonsultati d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva, kif ukoll għall-eżekutorjetà fil-konfront ta' partijiet terzi tal-atti rreġistrati fir-Reġistru.

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva jiġu ppubblikati fir-Reġistru Kummerċjali Spanjol, li huwa rregolat mill-prinċipji tal-forma personali, ċertifikazzjoni pubblika, legalità, leġittimità, awtorità uffiċjali, eżekutorjetà, sekwenza tat-trasferimenti tat-titolu u pubblikazzjoni.

L-Artikolu 19 tal-Liġi 14/2013, u t-13-il Dispożizzjoni Addizzjonali, dwar is-sostenn għall-intraprendituri u l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom, jistabbilixxu li r-Reġistru Kummerċjali għandu jinżamm f'format elettroniku, permezz ta' sistema informatika unika, kif mitlub mil-liġi.

Id-dettalji tar-Reġistru Kummerċjali jiġu ppubblikati bħala ċertifikat jew testratt informattiv.

Iċ-ċertifikat maħruġ mir-Reġistru Kummerċjali huwa l-uniku mezz ta' akkreditazzjoni inkonfutabbli tal-kontenut tal-kotba u hemm referenza għalih fl-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi Kummerċjali u l-Artikoli 12 u 77 tar-Regolament tar-Reġistru Kummerċjali.

L-Artikoli 12 u 78 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali jirreferu għall-estratt informattiv ta' xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha mdaħħla fir-Reġistru.

Huwa possibbli wkoll li tikkonsulta r-Reġistru onlajn, kif imsemmi fl-Artikolu 79 tal-istess Regolament.

Skont l-Artikolu 23(4) tal-Kodiċi Kummerċjali u l-Artikolu 80 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali, japplikaw ukoll ir-regoli tal-pubblikazzjoni li jinsabu fil-leġiżlazzjoni ipotekarja, b'mod partikolari l-Artikoli 221, 222, 222bis, 227 y 248 tal-Liġi Ipotekarja, li jipprevedu l-possibilità li l-informazzjoni tkun ippubblikata b'mezzi elettroniċi. L-Artikolu 110(1) tal-Liġi 24/2001 jittratta l-pubblikazzjoni mir-Reġistratur bl-użu tal-firma elettronika u japplika wkoll għar-Reġistri Kummerċjali, bħala parti mill-inkorporazzjoni tat-tekniki elettroniċi, informatiċi u diġitali (l-Artikoli 106 sa 115).

Skont l-Artikolu 379 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali, l-għan tar-Reġistru Kummerċjali Ċentrali huwa li jorganizza, jirreġistra u jippubblika, għal finijiet ta' informazzjoni biss, id-dettalji li jirċievi mir-Reġistri Kummerċjali, iżomm u jippubblika l-ismijiet ta' entitajiet u persuni ġuridiċi, jippubblika l-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġistru Kummerċjali, iżomm ir-Reġistru tal-kumpaniji u tal-entitajiet li jkunu mexxew l-indirizz irreġistrat tagħhom 'il barra minn Spanja mingħajr ma tilfu n-nazzjonalità Spanjola u jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001. Ir-Reġistru Kummerċjali Ċentrali jista' jipprovdi estratti, b'konformità mal-Artikolu 23 tal-Kodiċi Kummerċjali u l-Artikolu 382 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali imma ma jistax joħroġ ċertifikati ħlief dawk relatati mal-ismijiet tal-kumpaniji rreġistrati.

Talba għall-pubblikazzjoni tista' ssir bil-posta, b'faks jew b'xi ħaġa simili.

Permezz tal-paġna web tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistraturi ta' Spanja tista' titlob l-informazzjoni permezz tal-għodda ta' tiftix (FLEI - Fichero Localizador de Entidades Inscritas).

B'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali, fir-rigward tal-eżekutorjetà, "1. L-atti li jridu jiġu rreġistrati jistgħu jkunu eżegwiti biss fil-konfront ta' persuni terzi b'bona fidi ladarba jkunu ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġistru Kummerċjali. L-effetti proprji tar-reġistrazzjoni mhumiex affettwati. 2. Fir-rigward ta' operazzjonijiet realizzati fi żmien 15-il jum wara l-pubblikazzjoni, l-atti rreġistrati u ppubblikati ma jkunux eżekutorji fuq terzi li jippruvaw li ma setgħux ikunu jafu bihom. 3. F'każ ta' diskrepanza bejn il-kontenut tal-pubblikazzjoni u l-kontenut tar-reġistrazzjoni, terzi b'bona fidi jistgħu jinvokaw il-pubblikazzjoni jekk tkun favorevoli għalihom. Min ikun responsabbli għad-diskrepanza, ikun obbligat jagħti kumpens lill-persuna preġudikata. 4. Il-bona fidi tat-terza persuna hija preżunta sakemm ma jkunx ippruvat li kien jaf bl-att li kellu jiġu rreġistrat u ma ġiex, bl-att irreġistrat imma mhux ippubblikat jew bid-diskrepanza bejn il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni."

Għal aktar informazzjoni tista' tikkonsulta:

L-istorja tar-Reġistru Kummerċjali fi Spanja

1.- Leġiżlazzjoni preċedenti.

Fi Spanja, il-leġiżlazzjoni storika ta' qabel il-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-Reġistru Kummerċjali hija:

  • L-Ordenanzas de Bilbao tal-1737, li waqqfu reġistru tan-numri ta’ reġistrazzjoni u l-bnadar għall-vapuri.
  • Il-Código de Comercio tal-1885 (il-Kodiċi Kummerċjali).
  • Ir-Regolament Provviżorju dwar it-tfassil tar-Reġistru Kummerċjali tal-1885 u r-Regolamenti li segwew tal-1919 u tal-14 ta’ Diċembru 1956, kif emendati permezz tad-Digriet tal-21 ta’ Lulju 1973.

2. Leġiżlazzjoni attwali dwar ir-Reġistru Kummerċjali.

Regoli ġenerali li jinsabu fil-Kodiċi Kummerċjali tat-22 ta’ Awwissu 1885. Filwaqt li f’dan il-Kodiċi hemm id-dispożizzjonijiet bażiċi dwar ir-Reġistru Kummerċjali, dawn ġew emendati ħafna darbi, u l-iktar reċentement permezz tal-Liġi Nru 19/1989 tal-25 ta’ Lulju 1989.

  • Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 1/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Liġi Nru 3/2009 tat-3 ta’ April 2009 dwar modifiki strutturali tal-kumpaniji.
  • Leġiżlazzjoni speċifika dwar ċerti kumpaniji skont il-qasam tal-attività tagħhom (entitajiet finanzjarji, kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-qasam tal-elettriku, il-kumpaniji fil-qasam tal-leasing, eċċ.)
  • Ir-Reġolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali tad-19 ta’ Lulju 1996. Bħalissa qed jitħejja test ġdid tar-Regolament.

3.- Organizzazzjoni.

Ir-Reġistru Kummerċjali huwa istituzzjoni pubblika li tinsab fil-kapitali tal-provinċji kollha u fi bliet oħrajn imsemmija mil-liġi, li titmexxa minn Reġistratur Kummerċjali wieħed jew iktar u taqa’ taħt l-awtorità diretta tal-Ministeru tal-Ġustizzja, b’mod speċifiku d-Direttorat Ġenerali tar-Reġistri u tan-Nutara.

Ir-Reġistratur huwa espert legali professjonist li jwettaq servizz pubbliku: għandu r-responsabbiltà li jikklassifika u jivverifika d-dokumenti kollha li għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru.

F'kull kapitali tal-provinċji fi Spanja hemm Reġistru Kummerċjali wieħed. Hemm Reġistri Kummerċjali wkoll f'Ceuta, Melilla, Ibiza, Mahón, Arrecife, Puerto del Rosario, Santa Cruz de la Palma, San Sebastián de la Gomera, Valverde u f’Santiago de Compostela. Reġistru Kummerċjali Ċentrali jittratta l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-entitajiet kummerċjali.

Il-kumpaniji jiksbu l-personalità ġuridika billi jinkitbu fir-Reġistru Kummerċjali fil-post fejn ikunu stabbilew is-sede prinċipali tagħhom, u dan ifisser li huwa obbligatorju li jinkitbu fir-Reġistru u huwa pass li jagħmel parti mill-proċess tat-twaqqif tal-kumpanija.

Ħoloq relatati

IR-REĠISTRU TAL-PROPRJETÀ MOBBLI.

1. X’inhu l-iskop tar-Reġistru Spanjol tal-Proprjetà Mobbli?

Ċertezza legali u ekonomika.

1.1.– L-iskop tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli.

L-iskop tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli huwa li tiġi rreġistrata s-sjieda u drittijiet oħrajn in rem relatati ma' proprjetà mobbli li tista' tiġi rreġistrata.

1.2.– X’tip ta’ proprjetà mobbli tista’ tiġi rreġistrata?

Proprjetà mobbli proprja: Vetturi bil-mutur, oġġetti tal-konsum, makkinarju industrijali, stabbilimenti industrijali, stokk, makkinarju agrikolu u rziezet tal-bhejjem u tipi oħrajn ta’ proprjetà mobbli previsti mil-liġi.

Xi beni u drittijiet intanġibbli li jistgħu jiġu rreġistrati: Drittijiet industrijali u intellettwali, drittijiet ta’ sfruttament ta’ films, liċenzji amministrattivi u self b'mod ġenerali.

1.3.– X’tipi ta’ drittijiet jiġu rreġistrati fir-rigward tal-proprjetà mobbli?

Sjieda, sekwestri, riserva ta’ sjieda, projbizzjoni fuq it-trasferiment ta' proprjetà, ipoteki fuq proprjetà immobbli, rahan ta’ oġġetti mingħajr ma jibdlu l-idejn u beni oħrajn li jistgħu jiġu rreġistrati jew iskritti skont il-liġi.

2.– Il-karatteristiċi tar-Reġistru Spanjol tal-Proprjetà Mobbli.

Dan huwa Reġistru tal-Istat fir-responsabilità tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Huwa Reġistru legali u mhux biss wieħed amministrattiv. Ġeneralment jaħdem fuq bażi volontarja. Madankollu hemm inċentiv biex issir ir-reġistrazzjoni minħabba l-impatt favorevoli tagħha. M’hemmx rekwiżiti formali: il-kuntratti ġeneralment jiġu rreġistrati bħala dokumenti privati u anki bħala mudelli uffiċjali. Hemm ukoll sistema ta’ approvazzjoni li permezz tagħha, qabel ir-reġistrazzjoni, ir-Reġistratur jivverifika l-leġalità tad-deskrizzjoni, tat-titolu u tal-att li jkunu qed jiġu rreġistrati.

3.- Organizzazzjoni.

Dan ir-Reġistru jinżamm b’mezzi elettroniċi u fiżiċi.

Id-Digriet Irjali 1828/1999 jaqsam ir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli f’sitt taqsimiet:

  • Bastimenti u mezzi tal-ajru
  • Karozzi u vetturi oħrajn bil-mutur
  • Makkinarju industrijali, stabbilimenti kummerċjali u oġġetti kapitali
  • Kollateral ieħor
  • Proprjetà mobbli oħra li tista' tiġi rreġistrata
  • Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali

4.– L-aċċess għar-Reġistru Spanjol tal-Proprjetà Mobbli huwa bla ħlas?

Le. It-tariffi tiegħu huma stipulati mill-Ordinanza tal-20 ta’ Lulju 1999, fl-Artikolu 36 li fih lista tal-ammonti li għandhom jitħallsu skont il-valur ta’ dak li jkun qed jiġi rreġistrat:

  • Sa valur ta’ EUR 600: EUR 2.40
  • Valur bejn EUR 600 u EUR 6000: EUR 6
  • Valur bejn EUR 6000 u EUR 12000: EUR 10
  • Valur bejn EUR 12000 u EUR 18000: EUR 13
  • Valur ogħla minn EUR 18000: EUR 1.20 għal kull EUR 3000 jew parti minn dak l-ammont.

Is-sistema ta’ tariffi tar-Reġistru tal-Artijiet tapplika għal ipoteki fuq proprjetà immobbli u rahan mingħajr bdil ta' pussess, għalhekk jiġu applikati t-tariffi ta' dik is-sistema (jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima dwar ir-Reġistru tal-Artijiet).

Fir-rigward tal-informazzjoni f'dan ir-Reġistru, isir ħlas ta' EUR 3 għal kull nota ta' informazzjoni u EUR 6 sa EUR 24 għal kull ċertifikazzjoni.

Titħallas wkoll il-VAT applikabbli f’dak il-mument.

5.– Kif tikkonsulta r-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli permezz tal-Internet

Ara l-"ĦOLOQ UTLI" f'qiegħ il-paġna. Il-proċedura hija sempliċi ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-paġna indikata:

Wara agħfas fuq: “Aċċess għar-Reġistru Elettroniku”. Is-sit jagħtik il-possibilità li tħallas permezz ta’ karta ta' kreditu jekk ma tkunx abbonat jew ma jkollokx ċertifikat rikonoxxut preċedentement mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi:

  • "ħlas b'karta ta’ kreditu". Jeħtieġ li ddaħħal id-dettalji tal-karta ta’ kreditu.
  • Imbagħad agħfas fuq "Entrar".

F'din il-paġna tkun tista’ tagħżel bejn: ir-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru Kummerċjali, ir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli jew ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Agħżel: “Reġistru Pubbliku tal-Proprjetà Mobbli”.

  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak u li trid tikkonsulta.

6.- Ħoloq utli.

REĠISTRU TAL-KUNDIZZJONIJIET KUNTRATTWALI ĠENERALI.

1. X’inhu l-iskop tar-Reġistru Spanjol tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali?

Dan ir-Reġistru jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u tal-utenti li jiffirmaw kuntratt ma’ persuna fiżika jew ġuridika li tuża kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali. Joffri iktar sigurtà fit-tranżazzjonijiet legali privati u b’hekk anki l-mezzi meħtieġa biex jiġi evitat it-tilwim.

1.2.- L-iskop tar-Reġistru Spanjol tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali.

Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali għandu l-għan li jikseb l-objettivi li ġejjin:

1.- Huwa d-depożitu ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali.

Il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali huma klawżoli kuntrattwali li jkunu ġew abbozzati unilateralment minn parti waħda fil-kuntratt (klawżoli standard), li jintużaw f’għadd ta’ kuntratti. Fil-fatt huma kundizzjonijiet li ma jkunux ġew innegozjati individwalment. Mhux bilfors ikunu inġusti.

Fil-prattika, mhux il-kundizzjonijiet ġenerali kollha fil-kuntratti jiġu ddepożitati fir-Reġistru, minkejja li huwa daqshekk faċli biex jintuża. Il-kundizzjonijiet ġenerali jiġu ddepożitati fuq bażi volontarja, ħlief f’xi oqsma speċifiċi li jistgħu jiġu ddeterminati mill-Gvern.

F’dawk il-każijiet meta l-kundizzjonijiet ġenerali jiġu ddepożitati, il-parti li tiddepożitahom spiss tagħmel referenza għall-fatt li jkunu ġew depożitati f'dan ir-Reġistru meta tiffirma kuntratti oħrajn fil-futur. Għalhekk, minflok jiġu riprodotti f’kuntratti li jsiru fil-futur, issir biss referenza għall-fatt li ġew depożitati fir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Ħafna utenti li jkunu ffirmaw kuntratt li jkun fih kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali ma jkunux jafu bl-eżatt liema huma l-kundizzjonijiet li jorbtuhom, għalhekk jaf ikun vitali li l-utent ikun jaf x’kienu t-termini tal-kuntratt, għal xiex impenja ruħu, kif jista’ jinħeles minn dawn l-impenji iktar 'il quddiem u l-konsegwenzi ta’ dan.

2.- Sentenzi mogħtija mill-Qrati li jiddikjaraw li ċerti klawżoli f’dawn il-kuntratti standard huma nulli u bla effett.

Dawn ikunu sentenzi finali favur l-attur f’kawżi miftuħa minn individwi privati (kawżi individwali) jew minn organizzazzjoni tal-konsumaturi li tirrappreżenta għadd ta’ individwi privati (kawżi kollettivi).

Meta sentenza finali tiġi rreġistrata, hija taffettwa proċeduri oħrajn li jinvolvu klawżoli identiċi.

Eluf ta’ lmenti jistgħu jiġu solvuti permezz ta’ sentenza waħda li tiddikjara li ċerti klawżoli huma inġusti, u jekk sussegwentement terġa’ tintuża l-istess klawżola inġusta ma jkunx meħtieġ li jittieħdu passi legali ulterjuri, sakemm tkun involuta l-istess parti li tkun oriġinarjament stabbiliet dawn il-klawżoli. Għaldaqstant huwa importanti li dawn is-sentenzi jiġu ppubblikati f' dan ir-Reġistru.

In-natura estremament legali ta’ dan ir-Reġistru tinsilet mill-effetti tar-reġistrazzjoni fuq dikjarazzjoni legali li klawżola hija nulla u bla effett. Jekk jiġi rreġistrat li klawżola tkun inġusta, dan ikollu effetti fir-rigward ta' partijiet terzi. Ir-Reġistru jistipula li meta sentenza finali tkun ġiet irreġistrata, u jibqgħu jintużaw il-klawżoli li jkunu ġew iddikjarati nulli u bla effett b’riżultat ta’ kawża individwali jew kollettiva, ir-Reġistratur jista’ jagħmel nota dwar il-fatt li l-użu ta' dawn il-klawżoli baqa’ jippersisti u jagħmel rapport lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

2.- Il-leġiżlazzjoni li tirregola r-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali.

Il-Liġi tal-1998 dwar il-Kundizzjonijiet Ġenerali stabbiliet ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali u fdatu lir-Reġistraturi tal-Proprjetà u Kummerċjali. Huwa jagħmel parti mir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli.

3.- Organizzazzjoni.

Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali huwa Taqsima waħda tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli. Jista' jinkiseb aċċess għar-Reġistru bl-użu tal-ħoloq imniżżla f'qiegħ din il-paġna.

4.– L-aċċess għar-Reġistru Spanjol tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali huwa bla ħlas?

Iva.

5. – Kif tikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali permezz tal-Internet.

Jekk jogħġbok ara l-“ĦOLOQ UTLI” iktar 'l isfel. Il-proċedura hija sempliċi ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-paġna indikata:

  • Indirizz: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.registradores.org/
  • Wara agħfas fuq: “Ikkonsulta r-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Ġenerali Kuntrattwali”
  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak u li trid tikkonsulta.

6.- Ħoloq utli.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 26/03/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Franza

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tinfurmak dwar kif tista’ tikkonsulta r-reġistri kummerċjali fi Franza.


X'informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali fi Franza?

Ir-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji (RCS) lokali jinżammu mir-reġistraturi tal-Qrati Kummerċjali u tal-Qrati Ċivili b’kompetenza kummerċjali (il-qrati tal-maġistrati fid-dipartimenti ta' Bas-Rhin, ta' Haut-Rhin u tal-Moselle u l-qrati kummerċjali mħallta fir-reġjuni u d-dipartimenti extra-Ewropej). L-informazzjoni li tinsab f’dawn ir-reġistri hija kkontrollata. Ir-reġistraturi jridu jivverifikaw li d-dettalji jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti, jikkorrispondu mad-dokumenti ta’ sostenn u mad-dokumenti fl-anness u li fil-każ ta’ applikazzjoni għal modifika jew tħassir, li jkunu aġġornati. Huma jivverifikaw ukoll li l-kostituzzjoni jew il-modifiki statutorji tal-kumpaniji kummerċjali jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet u tar-regolamenti li jirregolawhom.

L-estratt Kbis li jinħareġ mir-reġistraturi jirrappreżenta l-vera “karta tal-identità”, l-istat ċivili ta’ kumpanija rreġistrata mar-RCS. Dan id-dokument jiġbor fih l-informazzjoni kollha li l-kumpanija trid tiddikjara, u tirreferi, fejn meħtieġ, għad-dettalji mogħtija mir-reġistratur inkarigat miż-żamma ta’ dan ir-reġistru. Dan l-estratt Kbis jiċċertifika l-eżistenza ġuridika tal-kumpanija u jagħti informazzjoni verifikata. L-estratt huwa magħmul minn dokument uffiċjali wieħed li jipprova l-identità u l-indirizz tal-persuna (fiżika jew ġuridika) reġistrata, l-attività, l-entitajiet maniġerjali, l-amministrazzjoni, il-ġestjoni jew is-superviżjoni tagħha, kif ukoll jekk teżistix xi proċedura kollettiva mibdija kontriha. Id-dokument uffiċjali maħruġ u ffirmat mir-reġistratur tal-qorti fih l-informazzjoni awtentika pprovduta mill-kumpanija lill-RCS.

Reġistru nazzjonali tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RNCS) jinżamm mill-Institut National de la Propriété Industrielle (INPI) li jiċċentralizza d-dokumenti li huma validi bħala oriġinali tar-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji miżmuma f’kull reġistru.

Dawn ir-reġistri fihom l-informazzjoni kollha dwar in-negozjanti u l-kumpaniji. Huma jagħtu aċċess għall-entrati u d-dokumenti kollha maħżuna fir-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji.

Il-websajt Infogreffe tagħti aċċess b’mod ċentralizzat għall-informazzjoni tar-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji. Is-servizz jingħata bil-Franċiż u bl-Ingliż.

Is-sit tal-INPI jippermetti li wieħed jikseb, minn isem il-kumpanija u numru SIREN, kopja ta’ dokument depożitat fir-RNCS jew kopja tal-fajl komplet tar-RNCS.

Il-konsultazzjoni ta' reġistru kummerċjali hija bi ħlas?

L-utenti tas-sit infogreffe jistgħu jaċċessaw bla ħlas ċerta informazzjoni dwar l-impriżi li huma elenkati, iżda l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-dejta tista’ tinkiseb biss bi ħlas.

Id-dokumenti jew tal-fajl sħiħ mill-INPI jista’ jintbagħat permezz tal-posta jew permezz tal-ħanut elettroniku tas-sit tal-INPI u dan isir bi ħlas.

Kif issir tiftixa f'reġistru kummerċjali Franċiż?

Is-sit Infogreffe jippermettilek tfittex kumpanija skont:

  • isimha,
  • isem id-diretturi u l-amministraturi,
  • il-belt jew id-dipartiment tal-uffiċċju prinċipali tagħha, tad-domiċilju tagħha, jew tal-istabbilimenti tagħha,
  • in-numru SIREN (Système d'Identification du Répertoire des Entreprises) tagħha,
  • in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji.

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegistre de Commerce européen (Reġistru Kummerċjali Ewropew)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInfogreffe

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaINPI

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCNGTC


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/09/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - il-Kroazja

Fir-Repubblika tal-Kroazja r-reġistru tal-qorti huwa mmaniġġjat mill-qrati kummerċjali (trgovački sudovi).


Ir-reġistru tal-qorti (Sudski registar)

Ir-reġistru tal-qorti huwa reġistru pubbliku li fih dejta u dokumenti dwar entitajiet li skont il-liġi għandhom jiġu mdaħħla. Kull qorti li twettaq ir-reġistrazzjoni hija responsabbli għall-awtentiċità tal-entrati tagħha fir-reġistru. Fir-reġistru jiddaħħal dan li ġej: kumpaniji kummerċjali pubbliċi, soċjetajiet limitati , gruppi b'interess ekonomiku, kumpaniji b'ishma konġunti, kumpaniji b'responsabbiltà limitata , negozjanti waħedhom , Kumpaniji Ewropej (SEs), Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku (EEIGs), Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs), istituzzjonijiet, komunitajiet ta' istituzzjonijiet, kooperattivi, unjonijiet ta' kooperattivi, unjonijiet tal-kreditu, kumpaniji b'responsabbiltà limitata (j.d.o.o.) u persuni oħra li skont il-liġi jridu jiġu reġistrati. Is-sussidjarji jiddaħħlu fir-reġistru jekk dan ikun mitlub mil-liġi.

Ir-reġistru ma fihx dejta dwar artiġġani jew assoċjazzjonijiet.

Kulħadd, mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti prova ta' xi interess leġittimu, huwa intitolat li jeżamina l-informazzjoni mdaħħla fir-reġistru ġenerali, id-dokumenti li fuqhom tkun ibbażata entrata u d-dokumenti u l-informazzjoni l-oħrajn maħżuna fil-ġabra ta' dokumenti (ħlief għal dokumenti li l-liġi tgħid li mhumiex soġġetti għall-prinċipju tad-dominju pubbliku). Kulħadd jista' jitlob ukoll estratt, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni ta' dokumenti u dejta maħżuna fil-ġabra ta' dokumenti.

Reġistru

Informazzjoni dwar id-dħul fir-reġistru u l-pubblikazzjoni ta' dejta dwar entitajiet reġistrati

Il-biċċiet ewlenin ta' leġiżlazzjoni li jirregolaw it-twaqqif ta' entitajiet soġġetti għal reġistrazzjoni u d-dħul tagħhom fir-reġistru huma: l-Att dwar ir-Reġistru tal-Qorti (Zakon o sudskom registru) (minn issa 'l quddiem "ZSR"), l-Att dwar il-Kumpaniji Kummerċjanti (Zakon o trgovačkim društvima) (minn issa 'l quddiem "ZTD") u r-Regoli dwar il-metodu li bih issir entrata fir-reġistru tal-qorti (Pravilnik o načinu upisa u sudski registar). Id-dejta stipulata mil-liġi, u kull bidla lil tali dejta, tiddaħħal fir-reġistru abbażi ta' dawn il-liġijiet.

Id-dejta dwar entitajiet reġistrati hija aċċessibbli 24 siegħa kuljum u tista' tiġi kkonsultata mingħajr ħlas fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tar-reġistru tal-qorti.

It-tnedija tal-proċedura ta' reġistrazzjoni

Il-proċedura li biha ssir entrata fir-reġistru titnieda permezz ta' applikazzjoni bil-miktub għad-dejta li għandha tiddaħħal, jew għad-dejta li trid tiġi emendata, li tiġi konsenjata f'forma kartaċja jew elettronikament lill-qorti tar-reġistrazzjoni. Applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lil qorti fi żmien 15-il jum mid-data li fuqhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet għad-dħul, ħlief meta l-liġi tipprevedi mod ieħor. Qorti tista' tniedi l-proċedura ex officio meta dan ikun previst mil-liġi.

In-nutara jistgħu jikkomunikaw elettronikament mal-qorti li tkun qed twettaq ir-reġistrazzjoni, skont is-setgħat tagħhom u d-dispożizzjonijiet taz-ZSR.

Hemm proċedura simplifikata għar-reġistrazzjoni ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata sempliċi (j.d.o.o.) (kumpanija b'mhux iktar minn tliet membri, bord maniġerjali ta' persuna waħda u kapital azzjonarju ta' mill-inqas HRK 10.00). Sabiex jiġu stabbiliti b'dan il-mod, tali kumpaniji jridu jużaw il-formoli mfassla minn nutar.

Il-persuni li ġejjin huma awtorizzati jissotomettu applikazzjonijiet għad-dħul fir-reġistru:

  • Nutara (li huma awtorizzati jissottomettu applikazzjonijiet elettronikament u li joħorġu estratti, kopji u traskrizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2) ZSR).
  • Persuni li huma awtorizzati skont il-liġi li jipproponu entrati fir-reġistru (personalment jew permezz ta' rappreżentant awtorizzat).
  • Persuni li jittrattaw ma' kwistjonijiet tal-uffiċċji HITRO.HR (li huma awtorizzati jissottomettu applikazzjonijiet għall-istabbiliment ta' kumpaniji kummerċjanti permezz tas-sistema e-Tvrtka, b'konformità mas-setgħat stabbiliti f'regolamenti separati).

Effett ta' entrata

Entrata jkollha effett legali għall-entità reġistrata fil-jum wara l-entrata fir-reġistru (ħlief meta l-liġi tipprevedi mod ieħor) u jkollha effett legali għal partijiet terzi fil-jum li fih tkun ippubblikata.

Ħadd ma jista' jgħid li ma jafx informazzjoni mdaħħla fil-ktieb ġenerali tar-reġistru li tkun ġiet ippubblikata fil-manjiera stipulata miz-ZSR.

Kull persuna tista' tiċċita entrata fir-reġistru rigward dejta legalment stabbilita u fatti li jiddaħħlu fir-reġistru f'konformità mal-liġi, ħlief għal persuna li jintwera li kienet taf li d-dejta relevanti fl-entrata fir-reġistru ma kinitx tikkorrispondi għar-realtà. L-azzjonijiet meħuda minn parti terza qabel is-sittax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' entrata fir-reġistru ma tistax tiġi opposta abbażi tad-dejta reġistrata jew id-dokumenti msemmija fil-pubblikazzjoni, jekk il-parti terza tista' tagħti prova li hi ma setgħetx tkun taf dwarhom.

Persuna b'bona fede ma tistax issofri dannu talli tkun qagħdet fuq entrata fir-reġistru rigward dejta u fatti legalment stabbiliti.

Reati u mġiba ħażina u l-pieni imposti mill-qrati li jwettqu r-reġistrazzjoni

Ir-reati, imġiba ħażina u l-pieni imposti mill-qrati li jwettqu r-reġistrazzjoni huma stipulati fl-Artikoli 624 sa 632 ZTD, u t-tnedija ta' proċedura tat-twissija u l-penalizzazzjoni ta' persuni li kellhom id-dmir li jwettqu obbligi legali rigward is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għad-dħul fir-reġistru hija regolata mill-Artikoli 81 u 81a ZSR.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Italja

Din it-taqsima fiha tagħrif ġenerali dwar ir-reġistru tal-impriżi fl-Italja.


Liema tagħrif jinsab fir-reġistru tal-impriżi Taljan?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Impriżi Taljan jinżamm mill-Kmamar tal-Kummerċ, bl-appoġġ ta' Unioncamere, taħt is-sorveljanza tal-imħallef tar-Reġistru u tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. L-infrastruttura telematika nbniet u tinżamm minn InfoCamere, kumpanija konsorzjali tal-Kmamar tal-Kummerċ.

Ir-Registru jagħti tagħrif dettaljat relatat mal-impriżi, fosthom:

  • l-isem sħiħ tal-kumpanija
  • is-sede legali
  • in-numru tal-VAT
  • l-attività u l-forma ġuridika
  • l-organi amministrattivi
  • il-kapital investit
  • ir-rappreżentanti legali
  • il-kapaċitajiet rappreżentattivi
  • il-fergħat

Ir-reġistru barra minn hekk jagħti l-possibiltà li jiġu konsultati dokumenti pubbliċi tal-kumpanija, fosthom:

  • rendikonti finanzjarji kompluti
  • strumenti ta' inkorporazzjoni
  • listi tal-azzjonisti

Ir-Reġistru tal-Impriżi Taljan joffri żewġ tipi ta' divulgazzjoni:

  1. divulgazzjoni ġuridika
  • għall-fini tal-garanzija tal-eżistenza tal-kumpanija
  • biex l-informazzjoni tkun tista' tiġi fdata f'atti ma' partijiet terzi (l-Artikolu 2193 tal-Kodiċi Ċivili)
  1. divulgazzjoni ekonomika
  • għall-finijiet statistiċi u ekonomiċi

Il-konsultazzjoni tar-reġistru tal-impriżi hija mingħajr ħlas?

Huwa possibbli li wieħed jaċċessa r-Reġistru mingħajr ħlas biex jikseb xi informazzjoni (pereżempju l-isem u l-indirizz ta' kumpanija). Madankollu, l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni fir-Reġistru jista' jsir biss fuq talba u bi ħlas.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li jinsabu fir-reġistru?

Ir-Reġistru tal-Impriżi jinżamm, fl-Italja, minn uffiċċji apposta tal-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, l-artiġjanat u l-agrikoltura. Dawn l-uffiċċji huma magħrufa bħala uffiċċji tar-Reġistru tal-Impriżi u jaġixxu taħt il-viġilanza - tat-tip ġuriżdizzjonali - ta' mħallef delegat mit-tribunal li għandu kompetenza fit-territorju (viġilanza fuq ir-regolarità formali tal-iskrizzjoni unika), kif ukoll taħt is-sorveljanza amministrattiva tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku.

Ir-Reġistru tal-Impriżi jaf l-organizzazzjoni tiegħu attwali fl-Italja lil riforma tal-1993 (l-Artikolu 8 tal-Liġi nru 580 tal-1993) li ġiet attwata b'regolament tal-1995 (digriet tal-President tar-Repubblika nru 581 tal-1995).

B'din ir-riforma, ir-Reġistru tal-Impriżi, li sa dak iż-żmien kien jinżamm purament f'forma kartaċja mill-kanċelleriji kummerċjali tat-tribunali, ġie trasferit għall-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, l-artiġjanat u l-agrikoltura, sabiex iżommuh b'mod kompletament kompjuterizzat, b'disponibbiltà sħiħa u immedjata tat-tagħrif u tal-atti preżenti fir-reġistru fit-territorju nazzjonali kollu kemm hu.

Dawn id-dispożizzjonijiet ġew suċċessivament integrati fl-Artikolu 31 tal-Liġi Nru 340 tal-2000, li għamlet obbligatorju għal kważi kull tip ta' impriża (b'mod partikolari għal kull kumpanija) l-użu tal-firma diġitali u tal-għodod tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, u tad-dokumenti li jakkumpanjawhom, għar-Reġistru tal-Impriżi.

Wara żviluppi fir-regolamenti (l-Artikolu 9 tad-digriet-liġi nru. 7 tal-2007) illum kull tip ta' impriża, inklużi dawk individwali, ikollhom laqgħat mar-Reġistru tal-Impriżi, għall-finijiet tal-iżvolġiment tar-rekwiżiti tar-rapportar, permezz tal-użu tal-firma diġitali kif ukoll il-mezzi ta' telekomunikazzjoni xierqa.

Qabel ma jkomplu bl-iskrizzjoni, l-uffiċċju tar-Reġistru tal-Impriżi jivverifika (l-Artikolu 11(6), tad-digriet iċċitat tal-President tar-Repubblika Nru 581 tal-1995):

a) l-awtentiċità tal-applikazzjoni;

b) li l-formola ta' applikazzjoni tkun imtliet tajjeb;

c) li l-att jew il-fatt li jkun qed jiġi mitlub li jkun reġistrat jikkorrespondi għal dak li titlob il-liġi;

d) li d-dokumenti li l-liġi titlob li jkunu ppreżentati jkunu mehmuża;

e) li l-kundizzjonijiet l-oħra li titlob il-liġi għar-reġistrazzjoni jkunu ssodisfati.

Ta' min jinnota wkoll li kważi kull att marbut mar-reġistrazzjoni ta' kumpaniji fir-Reġistru tal-Impriżi jitħejjew bl-intervent ta' nutar: l-Artikolu 11(4) tad-digriet iċċitat tal-President tar-Repubblika Nru 581 tal-1995 jgħid, infatti: "L-att li għandu jiġi rreġistrat jiġi ddepożitat fil-kopja oriġinali, bis-sottoskrittura awtentikata, jekk dan ikun jittratta skrittura privata li ma tkunx ġiet depożitata għand nutar. Fil-każijiet l-oħra tiġi depożitata l-kopja awtentika. L-estratt jiġi depożitat fil-forma awtentika skont it-tifsira tal-Artikolu 2718 tal-Kodiċi Ċivili."

Skont it-tifsira tal-Artikolu 2193 tal-Kodiċi Ċivili:

  1. L-informazzjoni li l-liġi tgħid li għandha tiġi rreġistrata, jekk ma tiġix reġistrata, ma tistax tintuża fil-konfront ta' partijiet terzi minn min huwa obbligat li jitlob li tiġi rreġistrata, sakemm dan ma jurix li l-partijiet terzi kellhom għarfien tagħha.
  2. Il-partijiet terzi ma jistgħux jgħidu li mhumiex mgħarrfa b'informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata ladarba din tiġi rreġistrata.
  3. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet partikolari tal-liġi.

L-istorja tar-reġistru tal-impriżi

Ir-Reġistru tal-Impriżi Taljan ġie mwaqqaf fl-1993.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/06/2018

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Ċipru

Din it-taqsima tal-paġna tippreżenta test ta' introduzzjoni dwar ir-Reġistru tal-Kumpaniji ta' Ċipru.

It-Taqsima dwar il-Kumpaniji titratta r-reġistrazzjoni, is-segwitu, il-verifika u t-tħassir tal-kumpaniji domestiċi, il-kumpaniji barranin, l-isħubiji, l-ismijiet tan-negozji u taqa' wkoll taħt id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali (DRCOR) tal-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu.


Is-servizzi disponibbli fuq l-internet huma:

  • Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDokumenti u l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaApplikazzjonijiet huma aċċessibbli għat-Taqsima tal-Kumpaniji.
  • Iċ-ċittadini jistgħu isiru jafu aktar (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi ) għal kull dokument u formola ta' applikazzjoni sottomessa.
  • Hemm l-I (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstatistika) dwar it-Taqsima tal-Kumpaniji.

X'joffri r-Reġistru tal-Kumpaniji?

Kulħadd jista' jsir jaf onlajn jekk organizzazzjoni partikolari tinsabx fir-Reġistru tal-Kumpaniji jew le u x'inhu l-istatus tagħha (attwalment reġistrata jew imħassra). Tista' ssir tiftixa onlajn tad-dejta tal-kumpaniji kollha u verifika tad-dokumenti fil-fajls elettroniċi tal-kumpaniji.

Id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali huwa responsabbli għaż-żamma tar-reġistru tal-kumpaniji.

L-aċċess għar-reġistru tal-kumpaniji huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess onlajn għar-reġistru huwa mingħajr ħlas fir-rigward tal-informazzjoni bażika dwar il-kumpanija.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti tar-reġistru?

L-affidabilità tad-dokumenti fir-reġistru hija assigurata fil-Kapitolu 113 tal-Liġi dwar il-Kumpaniji, li jassigura l-validità tal-informazzjoni mogħtija lil partijiet terzi abbażi tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva Ewropea 2009/101/KE, permezz tal-Artikoli tal-Liġi li ġejjin:

L-Artikolu 365

L-ispezzjoni, il-produzzjoni u l-prova tad-dokumenti miżmuma mir-reġistratur.

L-Artikolu 365A

Avviż mir-Reġistratur dwar iż-żamma tar-rekords - Prevalenza tad-dettalji fir-reġistru jew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika.

L-Artikolu 365B(7)

Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji jassigura illi l-istrumenti u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 huma disponibbli permezz tas-sistema elettronika intra-UE ta' interkonnessjoni tar-reġistri f'format ta' messaġġ standard u huma aċċessibbli elettronikament, b'konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà għat-trażmissjoni tad-dejta.

L-Artikolu 366

L-eżekuzzjoni tal-obbligu tal-kumpanija li ddaħħal ritorni lir-reġistratur, inkluż ir-Rapport Annwali u d-Dikjarazzjoni Finanzjarja għal kull sena. (l-Artikoli 118 - 121)

Kif tista' twettaq tiftixa fir-Reġistru?

Tista' tfittex bl-isem u/jew bin-numru tal-kumpanija. Fil-paġna tat-tiftix issib iktar informazzjoni dwar kif għandek tagħmel tiftixa.

L-isfond tar-Reġistru

Ir-reġistru onlajn tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali jinkludi l-organizzazzjonijiet kollha reġistrati mill-1923 sal-ġurnata tal-lum, inkluż il-kumpaniji barranin, l-isħubiji u l-ismijiet tan-negozji.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaΤμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη (Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mcit.gov.cy/mcit/mcit.nsf


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/09/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Latvja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

F’din it-taqsima ssib informazzjoni ġenerali dwar ir-reġistru kummerċjali tal-Latvja.


X’joffri r-reġistru kummerċjali tal-Latvja?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja (Latvijas Republikas Uzņēmumu reģistrs) huwa korp pubbliku Latvjan li jirreġistra kumpaniji, kummerċjanti, il-fergħat u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom u tibdiliet fid-dokumenti kostituttivi, u jwettaq attivitajiet oħra previsti fil-leġiżlazzjoni. Ir-Reġistru tal-Intrapriżi jirreġistra wkoll il-mass medja, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet, ipoteki kummerċjali, interess kontrollanti, ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati u kitbiet taż-żwieġ, partiti politiċi, korpi ta' arbitraġġ, trade unions, organizzazzjonijiet reliġjużi u istituzzjonijiet reliġjużi, u proċeduri ta' insolvenza.

Jeħtieġ li tħallas biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali?

Iva, fil-Latvja ma jeżisti l-ebda reġistru kummerċjali onlajn bla ħlas.

Madankollu, jekk tuża l-funzjonijiet ta' tiftix disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-websajt tar-Reġistru tal-Intrapriżi l-informazzjoni bażika li ġejja dwar entitajiet ġuridiċi mdaħħla fir-reġistri tar-Reġistru tal-Intrapriżi tista' tinkiseb mingħajr ħlas:

  • it-tip ta' entità ġuridika;
  • uffiċċju rreġistrat;
  • l-isem jew l-isem kummerċjali ġdid jew attwali u isem preċedentement irreġistrat jew isem storiku jew isem kummerċjali;
  • in-numru tar-reġistrazzjoni;
  • il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-benefiċjarju taż-Żona Unika ta' Pagamenti f'Euro (jekk allokat);
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • data tat-tħassir tal-entità ġuridika mir-reġistru (jew id-data tar-riorganizzazzjoni jekk ir-raġuni għat-tħassir hija riorganizzazzjoni);
  • l-iskadenza għar-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet reliġjużi li huma suġġetti għal reġistrazzjoni mill-ġdid.

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tal-Latvja joffri l-possibbiltà li tinkiseb mingħajr ħlas l-informazzjoni li ġejja rigward kull entità ġuridika rreġistrata bħala dejta miftuħa:

  • in-numru tar-reġistrazzjoni;
  • l-isem jew l-isem kummerċjali tal-entità;
  • it-tip ta' entità ġuridika;
  • f'liema reġistru tinsab irreġistrata l-entità;
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • informazzjoni rigward it-tħassir tal-entità ġuridika mir-reġistru jew ir-rikonoxximent tagħha;
  • id-data tat-tħassir tal-entità ġuridika mir-reġistru (jew id-data tar-riorganizzazzjoni jekk ir-raġuni għat-tħassir hija riorganizzazzjoni);
  • l-uffiċċju rreġistrat.

Din l-informazzjoni tingħata f'formati ta' dejta .csv, .txt jew .xlsx u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-aċċess għaliha huwa hawn. L-utent jista' jagħżel il-format tad-dejta skont l-użu intenzjonat tagħha.

L-entitajiet kollha fir-reġistru kummerċjali huma ppubblikati elettronikament fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-gazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis L-istess proċedura tapplika għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti ppreżentati separatament. L-entrati jistgħu jiġu invokati kontra partijiet terzi biss wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-gazzetta uffiċjali, sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx magħrufa mill-partijiet terzi qabel il-pubblikazzjoni. Madankollu, jekk parti terza tista' turi li ma kinitx konxja u ma setgħetx tkun konxja tal-informazzjoni ppubblikata, dik l-informazzjoni ma tistax tkun invokata fir-rigward ta' passi legali li jittieħdu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni.

Jekk l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali tiġi rrekordjata jew ippubblikata b'mod skorrett, parti terza f'bona fide tista' tinvoka l-informazzjoni ppubblikata anke jekk ma tkunx tikkorrispondi mal-entrati fir-reġistru kummerċjali jew ma' kif inhuma fil-fatt l-affarijiet. Iżda parti terza ma tistax tinvoka informazzjoni li kienet ippubblikata b'mod skorrett meta l-parti terza kienet konxja tal-iskorrettezza.

Kif titlob informazzjoni mir-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Ir-Reġistru tal-Imprizi tar-Repubblika tal-Latvja jipprovdi informazzjoni dwar l-entitajiet ġuridiċi kollha rreġistrati u dwar il-fatti legali.

Informazzjoni tista' tinkiseb mir-Reġistru tal-Intrapriżi, bi ħlas ta' tariffa, permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola għat-talba ta’ informazzjoni personali, bil-miktub, jew b'posta elettronika f'għamla ta' dokument elettroniku b'firma elettronika fiż-żgur u b'timbru diġitali li jirreġistra l-ħin (f'dan il-każ l-informazzjoni mitluba tintbagħat bl-istess mod). It-talba trid tagħti dettalji tal-pagament magħmul lir-Reġistru tal-Intrapriżi (dokument li jiċċertifika li jkun sar il-pagament, kopja ta' tali dokument, jew verżjoni stampata tat-tranżazzjoni elettronika bl-internet). Meta titlob informazzjoni jekk jogħġbok indika l-mezz li tippreferi biex tirċeviha (personali, bil-posta jew bil-posta elettronika). It-talbiet jistgħu jsiru wkoll onlajn permezz tal-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.latvija.lv/epakalpojumi/ep120/apraksts.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista tal-ammonti tat-tariffi tinstab fuq l-internet.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru

L-entitajiet kollha fir-reġistru kummerċjali huma ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis u f'forma elettronika fis-sit web tal-gazzetta uffiċjali f'www.vestnesis.lv. L-istess proċedura tapplika għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti ppreżentati separatament.

L-entrati fir-reġistru kummerċjali jistgħu jiġu invokati kontra partijiet terzi biss wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-gazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis, sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx magħrufa mill-parti terza qabel il-pubblikazzjoni. Madankollu, jekk parti terza tista' turi li ma kinitx konxja u ma setgħetx tkun konxja tal-informazzjoni ppubblikata, dik l-informazzjoni ma tistax tkun invokata fir-rigward ta' passi legali li jittieħdu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni.

Jekk l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali tiġi rrekordjata jew ippubblikata b'mod skorrett, parti terza f'bona fide tista' tinvoka l-informazzjoni ppubblikata anke jekk ma tkunx tikkorrispondi mal-entrati fir-reġistru kummerċjali jew ma' kif inhuma fil-fatt l-affarijiet. Iżda parti terza ma tistax tinvoka informazzjoni li kienet ippubblikata b'mod skorrett meta l-parti terza kienet konxja tal-iskorrettezza.

Għal informazzjoni aktar dettaljata jekk jogħġbok ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 12 tal-Liġi Kummerċjali(Komerclikums)(fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal hemm ukoll traduzzjoni bl-Ingliż).

Kif tikkuntattja r-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Dettalji ta’ kuntatt:

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja
Pērses iela 2, Riga, Latvia, LV 1011
Informazzjoni dwar il-linja telefonika: 67031703 (Jekk jogħġbok kun af li ma jingħatawx pariri legali)
Fax: 67031793
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@ur.gov.lv

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-orarju tal-ftuħ jinstab fuq l-internet.

L-istorja tar-reġistru kummerjċali tal-Latvja

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja twaqqaf fl-1 ta’ Diċembru 1990.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew (aċċess ipprovdut minn Lursoft)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 29/09/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Litwanja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi.


Liem informazzjoni tista' tinsab fir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi?

Id-dejta fir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi (Lietuvos juridinių asmenų registras), id-dokumenti maħżuna fir-reġistru u kull informazzjoni oħra mogħtija lir-reġistru huma pubbliċi. Id-dejta u d-dokumenti dwar persuni ġuridiċi privati u pubbliċi jinħażnu fir-reġistru ta' persuni ġuridiċi. B'kollox, jidhru 26 tip differenti ta' persuna ġuridika fir-reġistru.

L-informazzjoni li ġejja tiġi rrekordjata fir-reġistru: isem il-persuna ġuridika; il-kodiċi; il-forma ġuridika; l-istatus ġuridiku; l-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika; il-korpi tal-persuna ġuridika; il-membri tal-korpi li jirregolawha (l-isem, il-kunjom, in-numru ta' identità, il-post tar-residenza) u s-sħab awtorizzati li jidħlu f'kuntratt f'isem il-persuna ġuridika u sa fejn iwasslu d-drittijiet tagħhom; fergħat u rappreżentanti; restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-persuna ġuridika; l-iskadenza tat-terminu stabbilit għall-persuna ġuridika; is-sena finanzjarja; id-dati li fihom sar tibdil f'dokumenti u dejta fir-reġistru; informazzjoni dwar persuni ġuridiċi li huma kapaċi jidħlu f'kuntratt f'isem il-persuna ġuridika u dejta oħra prevista mil-liġi.

Ir-reġistru tal-persuni ġuridiċi jinkludi wkoll: dokumenti dwar l-istabbiliment ta' persuni ġuridiċi, deċiżjonijiet tal-korpi tal-persuna ġuridika, settijiet ta' rapporti finanzjarji annwali ppreżentati minn kumpaniji u dokumenti oħrajn previsti mil-liġi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi huwa mmaniġġjat u miżmum mill-intrapriża tal-Istat Registrų centras (Ċentru tar-Reġistru).

L-aċċess għar-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi huwa mingħajr ħlas?

Jista' jsir tiftix għal persuni ġuridiċi fir-reġistru mingħajr ħlas. L-informazzjoni li ġejja dwar il-persuna ġuridika tiġi pprovduta mingħajr ħlas:

  • il-kodiċi
  • l-isem
  • l-uffiċċju reġistrat
  • il-forma ġuridika
  • l-istatus ġuridiku.

Jinżamm ħlas għal tagħrif iktar dettaljat dwar persuni ġuridiċi, li jingħata jekk:

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi joffri l-possibbiltà li jiġi vverifikat, mingħajr ħlas, jekk isem huwiex identiku għal ismijiet li jintużaw minn persuni ġuridiċi, fergħat jew rappreżentanti oħra, jew ismijiet li ġew imniżżla temporanjament fir-reġistru.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

Ladarba l-maniġer tar-reġistru jkun daħħal tibdil fid-dejta jew l-informazzjoni dwar persuni ġuridiċi fir-reġistru, dan it-tibdil jiġi ppubblikat mhux iktar tard mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss, u d-data li fiha jkunu ġew reġistrati tiġi ppubblikata fil-bulettin ta' informazzjoni elettroniku.

Meta l-maniġer tar-reġistru jippubblika estratti ta' informazzjoni jew dejta jew kopji ta' dokumenti mir-reġistru, dan jindika li, mal-ewwel daqqa t'għajn, ikunu validi.

Kif tfittex fir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi

Jista' jsir tiftix għal persuni ġuridiċi fir-reġistru bl-użu tal-kriterji tat-tiftix li ġejjin:

  • il-kodiċi
  • l-isem
  • l-isem storiku.

Utenti reġistrati li jkunu ffirmaw kuntratt għall-għoti ta' servizzi jistgħu jagħmlu tiftix bil-kriterji li ġejjin: kodiċi, isem, persuna fiżika, persuna ġuridika jew persuna ġuridika barranija.

Is-sistema self-service tippermetti li jsir tiftix għal persuna ġuridika permezz tal-kodiċi, l-isem u l-isem storiku (għal persuni ġuridiċi li jkunu bidlu isimhom).

L-istorja tar-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi

Ir-reġistru tal-persuni ġuridiċi nħoloq fl-2004, għalkemm id-dejta dwar il-persuni ġuridiċi minn sistemi ta' informazzjoni preċedenti kienet qed tiġi trasferita awtomatikament mill-1990.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta' persuni ġuridiċi


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/02/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Lussemburgu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu.


X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru kummerċjali (Registre de Commerce et des Sociétés (RCS)) huwa direttorju uffiċċjali tal- persuni fiżici u ġuridiċi kollha fin-negozju u korpi oħra msemmija mill-Att emendat tad-19 ta' Diċembru 2002.

Ir-reġistru kummerċjali jopera taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja. L-obbligu tal-ġestjoni tar-reġistru tal-kummerċ huwa fdat mill-Ministru għall-Ġustizzja lil Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku GIE RCSL, li jinkludi l-Istat, il-Kamra tal-Kummerċ (Chambre de Commerce) u l-Kamra tas-Snajja' (Chambre des Métiers).

L-għan tar-reġistru kummerċjali huwa li:

  • jassigura illi l-persuni li għalihom hija meħtieġa reġistrazzjoni jew elenkar bil-liġi jistgħu jiġu identifikati, permezz ta' inventarju permanenti,
  • jipprovdi aktar siġurtà għat-tranżazzjonijiet,
  • jipprovdi informazzjoni lil partijiet terzi.

Ir-reġistru kummerċjali jiġbor żewġ tipi ta' dejta:

  • dejta ta' identifikazzjoni u legali, bħal n-numru tan-negozju jew tal-kumpanija, l-attivitajiet kummerċjali tagħha, il-kapital reġistrat tagħha, il-kompożizzjoni tal-bord, l-awdituri, is-setgħa tal-firma u dejta oħra ta' din ix-xorti.
  • il-kontijiet annwali.

Kuntatt

Indirizz tal-uffiċċju

Indirizz postali

Ħinijiet u ġranet ta' ftuħ

Centre administratif Pierre Werner Bâtiment F
13, rue Erasme
Luxembourg - Kirchberg

Tel: (+352) 26 428-1

Fax: (+352) 26 42 85 55

Posta elettronika: helpdesk@rcsl.lu

Registre de Commerce et des Sociétés
L-2961 Luxembourg

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 9.00 sa 12.00 u 13.30 sa 16.00

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa mingħajr ħlas?

Il-fajls jistgħu jiġu konsultati fl-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali mingħajr ħlas.

Xi informazzjoni bażika hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali

  • Numru RCS,
  • data ta' reġistrazzjoni,
  • isem,
  • forma ġuridika,
  • indirizz tal-uffiċċju reġistrat,
  • lista tad-dokumenti ippreżentati mill-2006.

Bi ħlas ta' tariffa, jistgħu jinkisbu:

  • estratt li jipprovdi taqsira aġġornata tad-dejta li persuna fir-reġistru kummerċjali trid tippreżenta
  • kopja elettronika tad-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali.

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatabella tat-tariffi li jridu jitħallsu hija disponibbli onlajn taħt l-intestatura ‘informations générales-Tarifs’ (informazzjoni ġenerali - Tariffi).

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu

Tista' ssir tiftixa fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali bl-:

  • isem (jew parti mill-isem) jew
  • bin- numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna reġistrata.

Il-magna tat-tiftix tas-sit imbagħad itella' lista ta' ismijiet li jaqblu mal-kriterji tat-tiftixa.

Kif tikklikkja fuq l- isem tal-persuni fuq il-lista, tidher l-informazzjoni li ġejja mingħajr ħlas:

  • Numru RCS,
  • data ta' reġistrazzjoni,
  • isem,
  • forma ġuridika,
  • indirizz tal-uffiċċju reġistrat,
  • lista tad-dokumenti ippreżentati mill-2006.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

Skont l-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Kumpaniji Kummerċjali tal-10 ta' Awwissu 1915, id-dokumenti u l-estratti mid-dokumenti għandhom effetti vis-à-vis partijiet terzi biss mid-data li fiha jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċċjali tal-Lussemburgu (Mémorial C, Recueil des sociétés et associations), sakemm il-kumpanija ma turix illi dawk il-partijiet terzi kien jafu bihom minn qabel. Il-partijiet terzi jistgħu, madanakollu, jistrieħu fuq id-dokumenti u l-estratti li ma ġewx ippubblikati.

Fejn tranżazzjoni tkun seħħet qabel is-16-il jum wara d-data ta' pubblikazzjoni, dawn id-dokumenti u estratti ma jkollhomx effett vis-à-vis partijiet terzi li jistgħu juru illi ma setgħux ikunu jafu bihom.

F'każ ta' diskrepanza bejn it-test li ġie ppreżentat u t-test li ġie ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċċjali, it-test pubblikat ma jistax jintuża kontra partijiet terzi. Madanakollu, il-partijiet terzi nfushom jistgħu jinvokawhom, sakemm il-kumpanija tista' turi illi huma kien fil-fatt jafu li t-test kien ġie ppreżentat.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu

Ir-reġistru kummerċjali ilu jeżistu sa mill-1909.

Mill-2003, huwa jopera taħt l-Awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-ġestjoni tiegħu ġiet fdata lil grupp ta' interess ekonomiku, GIE RCSL. Minn dakinhar, għadda minn proċess sħiħ ta' kompjuterizzazzjoni.

Id-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali mill-1 ta' Jannar 2006 jiġu diġitalizzati awtomatikament u huma disponibbli f'forma elettronika għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku.

Id-dokumenti ppreżentati mill-bidu tal-ħolqien tar-reġistru kummerċjali fl-1090 huma fil-proċess li jiġu diġitalizzati u jsiru disponibbli għall-pubbliku meta jkunu lesti.

Ir-reġistru kummerċjali mbagħad isir disponibbli kollhu kemm hu għal konsultazzjoni f'format elettroniku.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru kummerċjali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/06/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Ungerija

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Ungerija.


X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Ungerija?

Ir-reġistru kummerċjali fih dejta dwar il-kumpaniji reġistrati u d-dokumenti statutorji, li jservu bħala bażi għar-reġistrazzjoni. Id-dejta fir-reġistru kummerċjali (tal-kumpaniji reġistrati fih) hija ġestita mill-qrati bħala qrati ta' reġistrazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kumpanija u d-dokumenti statutorji huma maħżuna elettronikament. Id-dejta tal-kumpaniji reġistrati f'kull qorti ta' reġistrazzjoni fl-Ungerija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/).

Tista taċċessa l-informazzjoni li ġejja ( jekk għadha valida jew le) li qiegħda fir-reġistru kummerċjali dakinhar tat-talba tiegħek:

  • in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija (cégjegyzékszám);
  • l-isem tal-kumpanija;
  • is-sede prinċipali (székhely);
  • il-faċilitajiet tan-negozju (telephelyek);
  • il-fergħa(t) (fióktelepek);
  • l-attività(ajiet);
  • kapital azzjonarju maħruġ;
  • in-numru tat-taxxa;
  • jekk sarux proċedimenti ta' insolvenza, likwidazzjoni jew ta' ftehim finali;
  • jekk (eks) uffiċċjal eżekuttiv jew maniġer ta' assoċjazzjoni tan-negozji, skont l-Artikolu 3:22 tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili jistax ikun uffiċċjal eżekuttiv jew maniġer ta' assoċjazzjoni tan-negozji oħra.

Fl-ewwel ġurnata ta' kull ġimgħa, tiġi aġġornata l-informazzjoni li ġejja:

  1. Id-dejta kollha tal-kumpanija fir-reġistru kummerċjali (estratt maħżun tal-kumpanija) (tárolt cégkivonat), flimkien ma' dejta dwar talbiet għar-reġistrazzjoni jew bidliet fir-reġistrazzjoni li għadhom ma ġewx inkorporati fir-reġistru.
  2. L-informazzjoni dwar il-kumpanija tinkludi:
  • l-istatus tas-sjieda (membri jew azzjonisti) u r-rappreżenanti legali tal-persuni fiżiċi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji mingħajr personalità ġuridika (jogi személyiség nélküli gazdasági társaság), jew assoċjazzjonijiet oħra;
  • setgħa ta' rappreżentazzjoni u l-membership tal-bord ta' superviżjoni, għall-persuni fiżiċi.

Fl-ewwel jum ta' kull ġimgħa, l-informazzjoni aġġornata tinsab ukoll permezz tal-magna tat-tiftix.

Ir-reġistru kummerċjali jaħżen l-informazzjoni dwar il-kumpanija abba'i ta' kriterji oħra (dejta li ma tibqax valida tista' tiġi aċċessata wkoll) u dokumenti statutorji jistgħu jiġu aċċessati flimkien mal-informazzjoni dwar il-kumpanija. Id-dejta tista' tiġi aċċessata fil-Qrati ta' Reġistrazzjoni u permezz tas-Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, filwaqt li kopji awtentiċi jew mhux ċertifikati ta' dokumenti statutorji u informazzjoni dwar il-kumpanija jistgħu jinksibu bi ħlas ta' tariffa amministrattiva.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Unġeriż huwa mingħajr ħlas?

Il-kontentut tar-reġistru kummerċjali Ungeriż huwa aċċessibbli sa fejn ġie deskritt aktar il-fuq, mingħajr ħlas, hawnhekk, <Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/?ceginformacio>. L-aċċess għal aktar kontenut isir bi ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali Ungeriż

L-informazzjoni dwar il-kumpanija tista' tinkiseb permezz ta' wieħed minn dawn il-kriterji:

- l-isem tal-kumpanija;

- in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija;

- in-numru tat-taxxa;

Kemm hija affidabbli l-informazzjoni fir-reġistru?

Id-dejta msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE hija aċċessibbli onlajn mingħajr ħlas, għall-kumpaniji rreġistrati fl-Ungerija.

Fl-Ungerija, l-informazzjoni pubblika dwar il-kumpaniji hija provduta mill-qorti ta' reġistrazzjoni, mis-Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji jew ippubblikata fil-Gazzetta tal-Kumpaniji. Il-Gazzetta tal-Kumpaniji hija l-ġurnal uffiċċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, u tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.e-cegkozlony.gov.hu/ Meta tippubblika dejta mir-reġistru kummerċjali marbuta ma' kumpanija b'kapital konġunt jew kumpanija b'responsabbiltà limitata, il-qorti ta' reġistrazzjoni tippubblika wkoll fil-Gazzetta tal-Kumpaniji l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpanija u xi emendi li jkunu saru fihom, li jġi aġġornati kuljum.

Id-dejta fir-reġistru kummerċjali hija ġestita mill-qrati bħala qrati ta' reġistrazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kumpanija u d-dokumenti statutorji huma maħżuna elettronikament. Id-dejta tal-kumpaniji reġistrati f'kull qorti ta' reġistrazzjoni fl-Ungerija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/).

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Ungeriż

Minn Lulju tal-1993, meta' s-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Országos Céginformációs és Cégnyilvántartási Rendszer), bdiet taħdem għal kollox, id-dejta tar-reġistru kummerċjali tiġi mdaħħla elettronikament mill-qrati.

Il-ħin ta' rispons tas-sistema bejn żewġ qrati jieħu biss ftit minuti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Malta

in it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġstru tal-kummerċ ta’ Malta.


X'joffri r-reġistru tal-kummerċ Malti?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kummerċ ta' Malta jinkludi informazzjoni ġenerali marbuta mal-kumpaniji f’Malta.

Ir-Reġistru huwa l-proprjetà tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), li hija legalment responsabbli biex iżżomm aġġornat ir-reġistru nazzjonali tal-kumpaniji. Is-sit elettroniku tal-MFSA jipprovdi informazzjoni rigward il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inklużi:

  • Atti tal-Parlament u avviżi legali rilevanti (b’links għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali);
  • Regoli;
  • Liċenzji;
  • Ċirkolari;
  • Opuskoli;
  • Twissijiet; u
  • Informazzjoni oħra maħruġa mill-MFSA flimkien ma’ materjal ieħor rilevanti għar-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji f’Malta.

L-aċċess għar-reġistru tal-kummerċ Malti huwa mingħajr ħlas?

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ hija disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, imma hemm ukoll taqsimiet mis-sit elettroniku fejn l-aċċess huwa bi ħlas.

Is-sit elettroniku tal-MFSA huwa disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-kummerċ Malti?

L-utenti rreġistrati tas-sistema onlajn tar-Reġistru għandhom aċċess mingħajr ħlas għall-bażi tad-dejta tar-Reġistru. M’hemm l-ebda ħlas ta’ abbonament sabiex wieħed isir utent irreġistrat. It-tniżżil mis-sit elettroniku tad-dokumenti tal-kumpaniji individwali huwa bi ħlas, imma t-tiftix għall-informazzjoni fil-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas. Għalhekk, kulħadd jista’ jfittex kumpanija, billi juża isimha, jew parti minnu, jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha. Informazzjoni oħra li hija disponibbli mingħajr ħlas tinkludi l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija, u l-ismijiet tad-diretturi, tas-segretarju/a u tal-azzjonisti.

Kemm jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti li jinsabu fir-reġistru?

L-Att dwar il-Kumpanniji, 1995, il-Kapitolu 386 tal-Liġijiet ta' Malta huwa l-liġi ewlenija li tirregola l-Kumpannija ta' Responsabbilta' Limitata reġistrati f'Malta u jinkludi disposizzjonijiet li jippremettu lil terzi li joqogħdu fuq id-dokumenti reġistrati u partikolaritajiet kif se jkun spjegat:

Id-dokumenti kollha u n-notifikazzjonijiet statutorji magħmulin mill-kumpanniji għar-reġistrazzjoni jkunu ffirmati/awtentikati bil-firma tad-direttur jew segretarju tal-kumpannija. Id-dokumenti u n-notifikazzjonijiet statutorji jirċevihom ir-Reġistratur tal-Kumpanniji in buona fede. L-uffiċjal tal-kumpannija li jiffirma huwa responsabbli għall-kontenut tad-dokument. F'Malta huwa reat li xi ħadd jagħti dikjarazzjoni falza ta' dokument li jkun intiż għal xi awtorita' pubblika biex b'hekk jakkwista vantaġġ jew benefiċċju għalih jew persuni oħrajn.

L-istorja tar-reġistru tal-kummerċ Malti

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kumpaniji ġiet introdotta f’Malta permezz tal-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali tal-1962. Ir-Reġistru originarjament kien jaqa’ taħt id-Dipartiment tal-Kummerċ, dipartiment tal-gvern. Sar parti mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta fl-1997 wara li ġie introdott l-Att il-ġdid dwar il-Kumpanniji tal-1995. Id-dokumenti rreġistrati kollha tal-kumpaniji eżistenti kollha jiġu skannjati u għal kull kumpanija jinħloq fajl elettroniku tal-kumpanija. L-aċċess mill-bogħod għall-bażi tad-dejta tal-kumpaniji u għad-dokumenti inklużi fiha għall-ewwel kien disponibbli permezz ta’ sistema diretta dial-in, li kienet aġġoranta għall-Internet fl-2000. Tard fl-2004, tnediet sistema ġdida bbażata fuq il-web, filwaqt li fl-2006 ġiet introdotta sistema ta’ fajls elettroniċi li jużaw firma diġitali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kummerċ ta' Malta

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/08/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Olanda

Din it-taqsima tipprovdik b'ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali Netherlandiż.


X'joffri r-reġistru kummerċjali Netherlandiż?

Ir-reġistru kummerċjali Netherlandiż huwa proprjetà u miżmum mill-Kamra tal-Kummerċ Netherlandiża (Kamer van Koophandel), kif awtorizzat mill-gvern permezz tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali.

Dan ir-reġistru joffri ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni (ġuridika) rilevanti kollha dwar l-entitajiet ekonomiċi rilevanti kollha fin-Netherlands. L-entitajiet kollha huma rreġistrati. Dan jinkludi:

  • Kumpaniji (privati u pubbliċi limitati: BVs u NVs)
  • Kummerċjanti waħedhom
  • Assoċjazzjonijiet
  • Fondazzjonijiet
  • Professjonisti (pereżempju avukati, tobba, artisti)
  • Assoċjazzjonijiet tas-sidien
  • Knejjes u
  • Uffiċċji tal-gvern.

L-ammont ta' dejta rreġistrata tvarja skont il-forma ġuridika tal-organizzazzjoni. L-aktar dejta rreġistrata importanti hija:

  • L-isem (irreġistrat legalment)
  • Ismijiet kummerċjali oħra
  • Is-sede
  • L-indirizzi
  • Il-kapital (ishma)
  • Id-diretturi
  • Persuni bi prokura
  • Fergħat
  • Dettalji ta' kuntatt
  • Attivitajiet (skont il-klassifikazzjoni NACE).

Ir-reġistru fih madwar 2.5 miljun entità.

Skont il-liġi Netherlandiża, l-informazzjoni fir-reġistru hija valida (u vinkolanti għall-partijiet terzi), sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. L-obbligu ta' reġistrazzjoni (u reġistrazzjoni ta' kull tibdil) huwa tal-organizzazzjonijiet infushom. Kull bidla trid tkun reġistrata fi żmien ġimgħa minn meta ssir.

Ir-reġistrazzjoni ma tiffurmax parti mill-proċess tat-twaqqif ta' kumpanija fin-Netherlands. Mill-perspettiva legali, kumpanija tista' teżisti fin-Netherlands mingħajr ma tkun ġiet irreġistrata. Għalhekk, għalkemm huwa illegali li ma tirreġistrax, kumpanija mhux reġistrata tista' teżisti u tista' taġixxi bħala kumpanija (kuntrarju għal, pereżempju, is-sitwazzjoni fir-Renju Unit).

Il-kumpaniji b'responsabbiltà (mhux) limitata għandhom ukoll jippreżentaw il-kont annwali tagħhom mar-reġistru kummerċjali. Dan japplika għal madwar 900,000 kumpanija. Il-maġġoranza għandhom jippreżentaw biss karta tal-bilanċ, filwaqt li kumpaniji kbar (ta' bejn wieħed u ieħor 20,000) għandhom jippreżentaw il-kont ta' profitt u telf tagħhom.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Netherlandiż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni bażika dwar ir-reġistru kummerċjali Netherlandiż hija disponibbli bla ħlas permezz tal-internet, iżda għal xi servizzi (pereżempju estratti uffiċjali) tkun meħtieġa miżata.

L-organizzazzjonijiet iħallsu darba biss biex jiġu rreġistrati fir-reġistru kummerċjali. Ma hemm l-ebda miżata annwali, u lanqas mhu dovut ħlas biex jippreżentaw bidliet.

Sa fejn jistgħu jiġu fdati d-dokumenti fir-reġistru?

Id-Direttiva 2012/17/ KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tikkonċerna l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji. Din tipprovdi għall-ħolqien ta' pjattaforma ċentrali Ewropea. Is-sistema ta' reġistri interkonnessi mbagħad tifforma din il-pjattaforma, ir-reġistri tal-Istati Membri u portal li jservi bħala l-punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

Id-Direttiva tistabbilixxi żewġ skadenzi għad-dħul fis-seħħ. Bl-eċċezzjoni ta' għadd żgħir ta' artikoli, l-Istati Membri kellhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva sas-7 ta' Lulju 2014. L-artikoli li jifdal iridu jiġu trasposta fi żmien sentejn minn meta l-Kummissjoni Ewropea tadotta l-atti ta' implimentazzjoni.

Il-leġiżlazzjoni Netherlandiża diġà tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-artikoli inkwistjoni. L-ebda emenda oħra għall-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali tal-2007 jew il-leġiżlazzjoni sekondarja bbażata fuq ma huma meħtieġa sabiex jissodisfaw iż-żewġ skadenzi għat-traspożizzjoni. Ġie ppubblikat avviż għal dan l-iskop fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta tal-Gvern tal-4 ta' Lulju 2014.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali Netherlandiż

Tista' tfittex fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali Netherlandiż hawnhekk:

  • (Parti mill-) isem tal-kumpanija
  • In-numru uffiċjali tar-reġistru kummerċjali
  • L-indirizz u
  • Il-firxa tal-kodiċi postali.

Storja tar-reġistru kummerċjali Netherlandiż

L-informazzjoni hija disponibbli sa mill-bidu tar-reġistru kurrenti (1920). Hemm ukoll dejta disponibbli għall-kumpaniji eqdem.

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Ewropew, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamer van Koophandel


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/10/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Awstrija

Din it-taqsima tal-Portal tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali fl-Awstrija.


X'joffri r-reġistru tal-kummerċ Awstrijak?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali (Firmenbuch, magħruf ukoll bħala "reġistru prinċipali" (Hauptbuch)) jinkludi l-informazzjoni dwar il-kumpaniji rreġistrati Awstrijaċi kollha (ara t-Taqsima 2 tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali (Firmenbuchgesetz - FBG)). Id-dokumenti li fuqhom ikunu bbażati l-entrati jinżammu f'arkivju elettroniku tad-dokumenti mill-Ministeru tal-Ġustizzja. L-informazzjoni tal-kumpaniji u l-ġabra ta’ dokumenti huma disponibbli pubblikament online, iżda l-aċċess huwa bi ħlas.

Id-dejta tal-kumpaniji hija disponibbli lill-Awtoritajiet Awstrijaċi anki permezz tal-portal taċ-Ċentru tal-Kompjuterizzazzjoni Federali (BRZ). Il-membri tal-UE jista’ jkollhom aċċess għad-dejta permezz tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tan-Negozju Ewropew (European Business Register, EBR).

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Awstrijak huwa bi ħlas.

Kif tagħmel tiftix fir-reġistru kummerċjali

Kulħadd jista’ jkollu aċċess għall-bażi tad-dejta tar-reġistru kummerċjali biex jikseb informazzjoni dwar l-entrati fir-reġistru.

Billi ddaħħal in-numru tal-fajl tar-reġistru kummerċjali (Firmenbuchnummer), tista’ tirkupra kopja tad-dejta kurrenti. Id-dejta li tkun tħassret tista’ tinkiseb ukoll fuq talba (sakemm tkun disponibbli b’mod elettroniku). Il-mistoqsijiet jistgħu anki jikkonċernaw entrati li għadhom kemm ġew irreġistrati, emendati jew imħassra.

L-aċċess pubbliku għall-bażi tad-dejta tar-reġistru kummerċjali huwa pprovdut mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakumpaniji magħrufa bħala "kmamar tal-ikklirjar" (Verrechnungsstellen) b’kuntratt mal-Ministeru tal-Ġustizzja biex iwieġbu għall-mistoqsijiet. Dawn iwettqu servizzi bi ħlas, bħal iwieġbu mistoqsijiet dwar ir-reġistru kummerċjali jew jipprovdu kopji ċċertifikati tal-entrati fir-reġistru li huma identiċi għal ċertifikati maħruġa uffiċjalment.

Iżda dokument pubbliku li jiċċertifika l-istatus tal-kumpanija fir-reġistru kummerċjali għall-użu ta' awtorità pubblika jista' jingħata biss minn qorti reġjonali (uffiċċju tar-reġistru kummerċjali (Firmenbuchabteilung)).

Kemm huma kredibbli d-dokumenti inklużi fir-reġistru?

Skont l-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE kif emendata bid-Direttiva 2012/17/UE, l-Istati Membri jridu jispjegaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali skont liema terzi persuni jistgħu jiddependu fuq id-dettalji u d-dokumenti rigward kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2 (pereż. is-setgħa ta’ rappreżentanza ta’ korp, l-artikoli ta’ assoċjazzjoni). Din l-iskeda informattiva tistabbilixxi s-sitwazzjoni legali fl-Awstrija.

Fl-Awstrija, skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, id-dettalji u d-dokumenti dwar il-kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften - AG) u kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung - GmbH) jridu jkunu disponibbli fir-reġistru kummerċjali, li l-bażijiet ġuridiċi tagħhom huma l-Kodiċi Kummerċjali (Unternehmensgesetzbuch - UGB) u l-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali (Firmenbuchgesetz - FBG). Ir-reġistru kummerċjali jinżamm aġġornat mill-qrati fil-forma ta’ reġistru elettroniku. Dan jikkonsisti fir-reġistru prinċipali, li l-fatti legali inklużi fih (pereżempju s-setgħa ta’ rappreżentanza ta’ korpi) jiddaħħlu u jitħassru, u l-ġabra ta’ dokumenti, li tinkludi dokumenti rilevanti (pereżempju l-artikoli ta' assoċjazzjoni).

Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 10(1) tal-UGB, l-entrati fir-reġistru kummerċjali jridu jiġu kkomunikati fil-bażi tad-dejta tal-avviżi legali (Ediktsdatei, li tkun disponibbli b’xejn online) min-naħa l-waħda, u fil-Gazzetta Uffiċjali Wiener Zeitung, min-naħa l-oħra. Jitqies li din il-komunikazzjoni ssir fil-mument meta d-dejta rilevanti tiġi rreġistrata f’din il-bażi ta’ dejta tal-avviżi legali.

L-effetti ta’ entrati fir-reġistru kummerċjali vis-à-vis it-terzi persuni huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 15 tal-UGB, li jistipula li fatt li kellu jiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, iżda ma kienx, ma jistax jiġi invokat mill-kumpanija kkonċernata kontra terza persuna, sakemm it-terza persuna ma kinitx diġà taf dwar il-fatt inkwistjoni (il-paragrafu 1). Ladarba jkun iddaħħal fatt, it-terza persuna trid taċċettah bħala vinkolanti għaliha. Madankollu, dan ma japplikax għal azzjonijiet ġudizzjarji ppreżentati fi żmien 15-il jum mit-tħabbir, sakemm it-terza persuna tkun tista’ tipprovdi evidenza li ma kinitx mgħarrfa dwar il-fatt u lanqas kellha tkun mgħarrfa dwaru (il-paragrafu 2). Il-kumpanija trid taċċetta wkoll entrati żbaljati bħala vinkolanti għaliha fil-konfront ta’ terza persuna fi tranżazzjonijiet kummerċjali jekk tkun għamlet l-entrata żbaljata hija stess jew ma ħassritx entrata li hija kienet taf jew kellha tkun taf li kienet żbaljata. Madankollu, il-kumpanija mhijiex obbligata li taċċetta entrata żbaljata bħala vinkolanti għaliha jekk tkun tista’ tagħti evidenza li t-terza persuna ma kkummerċjatx fuq l-assunzjoni li d-dħul kien korrett, jew li t-terza persuna kienet taf li kienet inkorretta jew ma kinitx taf minħabba negliġenza gravi (il-paragrafu 3).

Il-verżjoni vinkolanti tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni ta’ AG jew GmbH hija dejjem dik li tidher fir-reġistru kummerċjali, minħabba li kull emenda għall-istatut ta’ assoċjazzjoni ma għandha ebda effett legali qabel ma tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali (l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 148(3) tal-Liġi dwar il-Kumpaniji b'Kapital Azzjonarju (Aktiengesetz - AktG), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 49(2) tal-Liġi dwar il-Kumpaniji b’Responsabbiltà Limitata (GmbG Gesetz - GmbHG).

L-istorja tar-reġistru kummerċjali

L-entrati fir-reġistru kummerċjali kienu oriġinarjament miżmuma fuq karta. Meta r-Reġistru ġie awtomatizzat fl-1991, id-dejta kartaċeja ġiet ittrasferita f’bażi tad-dejta elettronika. Minn dak iż-żmien lil hawn, id-dejta kollha, kemm kurrenti kif ukoll storika, hija disponibbli elettronikament.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni ġenerali dwar ir-reġistru kummerċjali Awstrijak

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBażi ta' dejta dwar avviżi legali tas-settur ġudizzjarju Awstrijak

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTest ġuridiku sħiħ tal-UGB

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTest ġuridiku sħiħ tal-FBG

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTest ġuridiku sħiħ tal-AktG

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTest ġuridiku sħiħ tal-GmbHG


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/05/2018

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Polonja

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozji tal-Polonja.


Ir-reġistru tan-negozji Pollakk x'joffri?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tan-negozji Pollakk (Ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) huwa operat u mmaniġġjat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Pollakk.Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ms.gov.pl/en/about-the-ministry-of-justice/

Dan jagħti tagħrif dwar kumpaniji, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u entitajiet oħrajn.

B'mod iktar speċifiku, ir-reġistru fih bosta tipi ta' informazzjoni marbuta ma' dawn l-entitajiet:

  • In-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (in-numru KRS)
  • In-Numru REGON (in-numru fil-lista tal-attività ekonomika ċentrali)
  • Isem
  • Karattru u status ġuridiku
  • Id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali
  • Dettalji dwar l-indirizz
  • Dati importanti (dati ta' dħul u tneħħija)
  • Awtoritajiet kompetenti
  • Persuni intitolati għar-rappreżentazzjoni.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozji Pollakk huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa b'xejn.

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Pollakk

Tista' tfittex fir-reġistru tan-negozji Pollakk billi tuża t-termini ta' tiftix li ġejjin:

  • In-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (in-numru KRS), jew
  • Isem l-entità.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru?

Skont il-liġi Pollakka, il-kwistjoni tal-protezzjoni ta' partijiet terzi b'rabta mal-għoti ta' informazzjoni u dokumenti koperti mid-Direttiva 2009/101/KE hija regolata fl-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, numru1203).

B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, numru 1203):

Artikolu 12.
1. Id-dejta li tinsab fir-reġistru ma tistax titneħħa sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor.

2. Jekk jidher li hemm entrata fir-reġistru li fiha żbalji evidenti jew nuqqas ta’ konformità mal-inġunzjoni, il-qorti awtomatikament tirranġa l-entrata.

3. Jekk ir-reġistru jkun fih dejta li mhijiex ammissibbli fit-termini tal-liġi, il-qorti tar-reġistru, wara li tkun semgħet lill-persuni kkonċernati f'laqgħa jew wara li tkun ordnatilhom jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub, awtomatikament tneħħi d-dejta.

Artikolu 13.
1. L-entrati tar-reġistru jkunu soġġetti għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor.

Artikolu 14.
Entità li hija meħtieġa tressaq applikazzjoni biex tiddaħal fir-reġistru ma tistax, kontra partijiet terzi b'bona fede, tinvoka dejta li ma tkunx iddaħħlet jew tkun tneħħiet mir-reġistru.

Artikolu 15.
1. Mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, ħadd ma jista' jgħid li ma jafx dwar entrati ppubblikati. Madankollu, fir-rispett ta' atti li jkunu saru qabel is-sittax-il jum wara l-pubblikazzjoni, l-entità mdaħħla fir-reġistru ma tistax tinvoka l-entrata kontra parti terza jekk din tal-aħħar turi li ma setgħetx tkun taf bil-kontenut tal-entrata.

2. Fil-każ ta' diskrepanzi bejn l-entrata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, l-entrata fir-reġistru għandha tkun legalment vinkolanti. Madankollu, parti terza tista' tinvoka l-kontenut ippubblikat fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, sakemm l-entità reġistrata ma turix li l-parti terza kienet konxja mill-kontenut tal-entrata fir-reġistru.

3. Parti terza tista' tinvoka dokumenti u dejta li għalihom l-obbligu tal-pubblikazzjoni jkun għadu ma ġiex issodisfat, bil-kundizzjoni li n-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jċaħħadhomx mill-effett legali.

Artikolu 17.
1. Għandu jkun preżunt li d-dejta fir-reġistru hija korretta.

2. Jekk id-dejta mdaħħla fir-reġistru ma tikkonformax mal-applikazzjoni tal-entità, jew jekk ma jkunx hemm applikazzjoni, l-entità ma tkunx tista' tiddikjara, kontra parti terza b'bona fede, li d-dejta hija skorretta jekk hi tkun naqset milli tressaq mill-ewwel applikazzjoni biex temenda, tissupplementa jew tħassar l-entrata."

L-istorja tar-reġistru tan-negozji Pollakk

Ir-reġistru ilu jaħdem minn Jannar 2007.

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Portugall

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-portali tal-kummerċ u tal-ġustizzja tal-Portugall.


Reġistru tan-Negozju

Il-fini tar-reġistru tan-negozju huwa li jippubblika l-qagħda ġuridika ta' kummerċjanti individwali, kumpaniji kummerċjali, kumpaniji taħt id-dritt ċivili b'forma kummerċjali, stabbilimenti individwali b'responsabilità limitata, kooperattivi, intrapriżi pubbliċi, grupp ta' kumpaniji addizzjonali u Gruppi Ewropej ta' Interess Ekonomiku, kif ukoll individwi u assoċjazzjonijiet li l-liġi titlob li jkunu rreġistrati. Fatti sostnuti minn evidenza dokumentata biss jistgħu jiġu reġistrati. Dawn id-dokumenti jiġu arkivjati elettronikament.

Ir-reġistru tan-negozju jagħti personalità ġuridika lill-kumpaniji kummerċjali u r-reġistrazzjoni normalment tkun obbligatorja. Bħala regola, fatti dwar kumpaniji jiġu stabbiliti f'dokument speċifiku. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, ikun biżżejjed li wieħed jipproduċi l-minuti u d-deċiżjoni meħuda mill-azzjonisti.

In-negozji jridu jirreġistraw ruħhom fi żmien xahrejn mid-data tal-inkorporazzjoni. Il-validità ta' applikazzjoni tkun ivvalutata mill-uffiċjal responsabbli fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli, id-dokumenti prodotti u r-reġistrazzjonijiet preċedenti, b'attenzjoni partikolari għal-leġittimità tal-partijiet ikkonċernati, il-legalità tat-titoli u l-validità tal-atti stabbiliti f'dawk it-titoli.

Fil-Portugall, ir-reġistru tan-negozju huwa rregolat mill-Kodiċi ta' Reġistrazzjoni tan-Negozju, adottat mid-Digriet-Liġi Nru 403/86 tat-3 ta' Diċembru 1986, u huwa r-responsabbiltà tal-uffiċċji tar-reġistru tan-negozju mal-pajjiż kollu; dawn l-uffiċċji huma servizzi esterni tal-Istitut tar-Reġistraturi u n-Nutara (IRN), korp pubbliku taħt l-awspiċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-uffiċċji tar-reġistru tan-negozju jistgħu jkunu servizzi indipendenti jew xogħol b'konnessjoni ma' reġistri oħrajn (tal-art, ċivili u servizzi tal-IRN). Atti kummerċjali jistgħu jkunu rreġistrati fi kwalunkwe uffiċċju ta' reġistru tan-negozju, billi ma hemm l-ebda limitazzjonijiet ġeografiċi għall-qasam ta' kompetenza tagħhom.

Xi jkunu meħtieġa jirreġistraw il-kumpaniji kummerċjali:

  • inkorporazzjoni;
  • deċiżjonijiet meħuda mill-assemblea ġenerali li jikkonċernaw ix-xiri ta' prodotti mill-kumpanija, meta jkun meħtieġ mil-liġi;
  • fatti relatati ma' ishma tal-kumpaniji, it-tneħħija u l-esklużjoni ta' azzjonisti minn soċjetajiet u minn soċjetajiet limitati, l-abolizzjoni tal-ishma b'riżultat tal-mewt ta' azzjonist, l-ammissjoni ta' azzjonisti ġodda mingħajr responsabilità limitata, id-deprezzament ta' ishma u t-tkeċċija u l-esklużjoni ta' azzjonisti f'kumpaniji tal-azzjonisti, deċiżjonijiet dwar id-deprezzament, il-konverżjoni u l-fidwa ta' ishma, u l-ħruġ ta' bonds;
  • il-ħatra u tkeċċija ta' membri tal-bord tad-diretturi u l-bordijiet maniġerjali u tas-segretarju tal-kumpanija;
  • preżentazzjoni tal-kontijiet;
  • bidla fl-uffiċċju rreġistrat;
  • pjan ta' fużjoni jew diviżjoni, jew plan ta' inkorporazzjoni ta' kumpanija b'responsabilità limitata, jew estensjoni ta' kumpanija jew fużjoni jew diviżjoni interna jew transfruntiera, jew it-trasformazzjoni jew ix-xoljiment ta' kumpanija;
  • fatti relatati mal-kapital tal-kumpanija u kull bidla oħra fl-artikoli tal-assoċjazzjoni tal-kumpanija;
  • fatti relatati mal-likwidaturi tal-kumpanija.
  • it-tlestija tal-likwidazzjoni jew li l-kumpanija reġgħet bdiet topera;
  • deċiżjonijiet dwar il-kontroll totali minn kumpanija għall-oħra, fi grupp ta' kumpanija, u kuntratti ta' subordinament (contrato de subordinação);
  • ħruġ ta' mandati fuq il-valur mobiljarju;
  • atti, deċiżjonijiet u ordnijiet li jridu jkunu rreġistrati;
  • rappreżentanza kummerċjali jew kuntratti ta' aġenzija, meta bil-miktub, kull emenda li ssir lil dawn il-kuntratti u l-iskadenza tagħhom;
  • l-istabbiliment ta' rappreżentanza permanenti;
  • kull fatt ieħor li bil-liġi jrid jiddaħħal fir-reġistru tan-negozju.

Aċċess għall-informazzjoni

Kulħadd jista' jitlob estratti mir-reġistru u d-dokumenti elettroniċi korrispondenti.

Applikazzjonijiet għal estratti fuq karta jsiru fl-uffiċċji tar-reġistru imma l-informazzjoni rilevanti tista' tiġi aċċessata fis-sit web punt uniku ta' kuntatt għall-intraprendituri (Balcão do Empreendedor) fil-forma ta' estratt elettroniku dwar is-sitwazzjoni ġuridika tal-entità, li huwa aġġornat il-ħin kollu u disponibbli bil-Portugiż u bl-Ingliż fl-indirizz:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://bde.portaldocidadao.pt/EVO/Services/Online/Pedidos.aspx?serviceCPem

It-tfittxija ssir permezz tan-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tal-entità (Número de Identificação Coletiva – NIPC), li huwa n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-entità fir-reġistru tan-negozju kif ukoll in-numru tat-taxxa tagħha.

Tfittxija għal kumpanija ppubblikata tista' ssir fuq is-sit uffiċjali fuq il-bażi tal-NIPC, tad-distrett jew tat-tip ta' att.

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħmlu tfittxijiet ukoll bl-użu tal-isem tal-entità suġġetta għar-reġistrazzjoni jew l-NIPC tagħha jew permezz tas-servizz web disponibbli bl-awtorizzazzjoni tal-IRN.

Prezz tal-informazzjoni

L-informazzjoni dwar atti rreġistrati hija disponibbli b'xejn fis-sit uffiċjali għall-pubblikazzjoni tal-atti tal-kumpaniji. Il-pubblikazzjoni hija immedjata u awtomatika ladarba r-reġistrazzjoni tkun tlestiet u tista' tiġi mfittxija minn kulħadd.

Estratti mir-reġistru u ta' dokumenti relatati, sew jekk fuq karta u sew f'forma elettronika, isiru bi ħlas.

Aċċess għal estratti elettroniċi jista' jsir b'abbonament ta' EUR 25 fis-sena u jistgħu jsiru abbonamenti għal sentejn, tliet snin jew erba' snin. It-tfittxijiet iridu jsiru permezz tal-NIPC. Wara l-ħlas, l-informazzjoni tista' tinkiseb billi jiddaħħal kodiċi ta' ċertifikat.

L-istess proċedura tista' tintuża biex jintalbu estratti elettroniċi ta' dokumenti maħżuna fil-bażi tad-dejta, fi kliem ieħor dokumenti użati bħala bażi għar-reġistrazzjoni minn Jannar 2011 'il quddiem, kif ukoll kopji ċċertifikati ta' memoranda aġġornati tal-kumpaniji.

Effetti ġuridiċi tar-reġistru tan-negozju

Il-fatti li jridu jkunu rreġistrati u ppubblikati fir-reġistru tan-negozju huma eżekutorji biss wara d-data ta' pubblikazzjoni.

Ir-reġistru finali jikkostitwixxi preżunzjoni tas-sitwazzjoni ġuridika (l-Artikolu 11 tal-Kodiċi tar-Reġistru tan-Negozju).

L-informazzjoni kollha dwar l-identità tal-kumpanija (l-istatus ġuridiku, l-isem, l-uffiċċju rreġistrat, il-fini, l-identifikazzjoni tal-membri tal-organi tal-kumpanija, eċċ.) u l-biċċa l-kbira tal-fatti suġġetti għar-reġistrazzjoni jiġu minn rekords traskritti; dan ifisser li jgawdu preżunzjoni li s-sitwazzjoni ġuridika kif imsemmija fir-reġistru teżisti.

L-eċċezzjoni għal din ir-regola huma rekords iddepożitati, forma ta' reġistrazzjoni fejn ir-responsabilità għall-kontroll tal-konformità legali tad-dokumenti ppreżentati għar-reġistrazzjoni hija tal-kumpanija. Ir-reġistratur jivverifika sempliċement il-leġittimità tal-applikant għar-reġistrazzjoni. Din ir-reġistrazzjoni sservi ta' notifika pubblika, u ma tgawdix minn presunzjoni tal-verità. Rekords ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji għandhom dan l-istatus.

L-Artikolu 153 tal-Kodiċi tar-Reġistru tal-Artijiet, liġi applikabbli bħala alternattiva għar-reġistru tan-negozju, tistipula li kull persuna li tirreġistra dokument falz jew legalment noneżistenti tista', flimkien mar-responsabilità penali, tkun responsabbli għad-danni li tkun ħolqot b'hekk. Huwa stipulat ukoll li kull persuna li tagħmel jew tikkonferma dikjarazzjonijiet foloz jew impreċiżi fir-reġistru jew banda oħra sabiex jiddaħħlu rekords jew id-dokumenti neċessarji mfasslin tkun ugwalment responsabbli.

Skont l-Artikolu 348A tal-Kodiċi Kriminali, kull min jiddikjara jew jiċċertifika falzament lill-awtorità pubblika jew uffiċjal pubbliku fil-prestazzjoni ta' dmirijietu, identità, status jew kwalità oħra li l-liġi tikkonferilha effett ġuridiku, tagħha stess jew ta' ħaddieħor, u dawn id-dikjarazzjonijet ikunu jridu jiddaħħlu f'dokument awtentiku, jeħel sentenza ta' priġunerija ta' massimu ta' sentejn jew multa.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/10/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Rumanija

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: ir-Rumen diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-Reġistru tan-Negozju Rumen, miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju


X'informazzjoni fih is-sit uffiċjali tar-Reġistru tan-Negozju Rumen?

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija huwa korp pubbliku b'personalità ġuridika, taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-Uffiċċju huwa responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistru tan-negozju kompjuterizzat ċentrali.

Hemm għadd ta' uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju taħt l-awtorità tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, f'Bukarest u f'kull wieħed mill-41 kontea fir-Rumanija. Dawn huma responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistri tan-negozju lokali.

Skont il-Liġi Nru 26/1990, ir-Reġistru tan-Negozju fih informazzjoni relatata mal-professjonisti mdaħħla fir-reġistru, kif ġej:

  • kumpaniji;
  • intrapriżi nazzjonali;
  • kumpaniji nazzjonali;
  • korporazzjonijiet pubbliċi;
  • kumpaniji kooperattivi;
  • organizzazzjonijiet kooperattivi;
  • istituzzjonijiet finanzjarji;
  • gruppi b'interess ekonomiku;
  • gruppi Ewropej b'interess ekonomiku;
  • kumpaniji Ewropej;
  • kumpaniji kooperattivi Ewropej;
  • kummerċjanti waħdiena;
  • impriżi individwali;
  • negozji tal-familja, u
  • persuni oħrajn kif stipulat espressament mil-liġi.

Ir-Reġistru tan-Negozju jirreġistra d-dokumenti u l-atti kollha, l-identità tal-professjonisti kkonċernati u kull fejn jissemmew, li r-reġistrazzjoni tagħhom hija meħtieġa mil-liġi, u kull att u dokument ieħor stipulat espressament mil-liġi.

Is-sit tar-Reġistru tan-Negozju (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/) jipprovdi dan li ġej:

1. dokumenti;
2. informazzjoni u servizzi organizzati skont it-taqsimiet u s-servizzi;
3. informazzjoni relatata mal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju u l-uffiċċji tar-Reġistri tan-Negozju marbutin mat-tribunali;
4. diversi punti ta’ informazzjoni pubblika – aċċess bla ħlas;
5. formoli użati mill-istituzzjoni;
6. formalitajiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju għal kull kategorija ta’ kumpaniji u operazzjonijiet;
7. dejta statistika dwar l-operazzjonijiet irreġistrati.

  • L-istorja tal-istituzzjoni
  • In-netwerk tal-ORC [l-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju]
  • Formoli (għall-professjonisti, eċċ.) u formalitajiet
  • Tariffi u ħlasijiet oħra għas-servizzi tal-ONRC [l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju]
  • Servizzi
  • Leġiżlazzjoni
  • Dejta statistika
  • Mezzi tax-xandir

Is-servizzi onlajn ipprovduti mir-Reġistru tan-Negozju jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, li ġie żviluppat permezz tal-Programm Operattiv Settorjali "Inżidu l-Kompetittività Ekonomika", "Investimenti għall-futur tiegħek!", taħt il-proġett "Servizzi onlajn (e-Government) ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju lill-komunità tan-negozju permezz ta' portal iddedikat".

Is-servizzi onlajn ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi jinkludu dan li ġej:

  • Recom onlajn;
  • kontrolli preliminari (disponibbiltà u/jew prenotazzjoni ta' isem/logo għal persuni ġuridiċi/fiżiċi, kummerċjanti waħdiena/negozji tal-familja);
  • reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju;
  • aġġornament tad-dettalji ta' kuntatt tal-kumpaniji rreġistrati fir-Reġistru tan-Negozju;
  • aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet ta' kumpanija fil-passat, dejta statistika;
  • ħruġ ta' dokumenti (ċertifikati);
  • stat tal-każ;
  • notifika tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • deċiżjonijiet ta’ posponiment tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • dejta statistika (operazzjonijiet fir-reġistru tan-negozju ċentrali, kumpaniji b'kapital barrani).

Is-servizz "Recom onlajn" jipprovdi din l-informazzjoni:

  • l-isem;
  • l-uffiċċju rreġistrat:
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju;
  • l-istatus tal-kumpanija;
  • it-telefown;
  • it-telex;
  • il-faks;
  • il-kapital imħallas u abbonat;
  • l-attività ewlenija ddikjarata mill-professjonist;
  • l-attività sekondarja ddikjarata mill-professjonist;
  • dejta li tirrigwarda l-membri, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi (l-indirizz/l-uffiċċju rreġistrat, il-kapital, l-għadd u t-tip ta' ishma miżmuma, id-data u l-post tat-twelid għall-membri li huma persuni fiżiċi, in-numri tal-identità personali / in-numri ta’ reġistrazzjoni uniċi);
  • dejta li tirrigwarda l-amministraturi (l-indirizz/uffiċċju rreġistrat, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid, is-setgħat);
  • dejta li tirrigwarda l-fergħat u sottodiviżjonijiet (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • dejta li tirrigwarda l-uffiċċji sekondarji (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • dejta li tirrigwarda l-karta tal-bilanċ (il-fatturat, l-għadd medju ta' impjegati, il-profitt gross), meta din l-informazzjoni tkun disponibbli.

L-aċċess tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija huwa bla ħlas?

L-informazzjoni mogħtija mir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata onlajn permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju. L-aċċess ikun possibbli wara li wieħed jirreġistra bħala utent (billi joħloq username u password), wara l-konklużjoni ta’ ftehim mal-klijenti, wara applikazzjoni bi ħlas.

  • L-informazzjoni ġenerali għal persuni interessati li jwettqu ċerti attivitajiet irregolati, kif applikabbli (professjonisti, persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, korpi pubbliċi u awtoritajiet, eċċ), tista' tiġi aċċessata minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/;
  • Il-komponent bi ħlas tas-servizz “Recom onlajn” huwa disponibbli wkoll wara li wieħed jirreġistra bħala utent. Huwa żgurat li wieħed ikollu aċċess 24 siegħa kuljum;
  • Il-formoli elettroniċi jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju biss, wara li wieħed ikun irreġistra bħala utent (billi joħloq username u password);
  • It-taqsima dwar l-istat tal-applikazzjonijiet biex jiddaħħlu reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas;
  • It-taqsima dwar id-deċiżjonijiet li jipposponu l-applikazzjonijiet biex jiddaħħlu atti fir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas;
  • Ċerta informazzjoni pubblika (dikjarazzjonijiet finanzjarji, stralċ volontarju, stralċ statutorju, eċċ.) tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas;
  • It-taqsimiet kollha tas-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/ jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas u huma disponibbli 24 siegħa kuljum.
  • Is-servizzi disponibbli fuq il-portal tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju huma parzjalment mingħajr ħlas, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ;
  • L-aċċess għal kwalunkwe servizz permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tar-Reġistru tan-Negozju Nazzjonali jirrikjedi awtentikazzjoni.

Kif tfittex fir-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Wieħed jista’ jfittex l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-servizz Recom onlajn billi juża l-kriterji li ġejjin:

  • isem il-kumpanija;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju;
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
  • il-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat;

L-informazzjoni ġenerali għall-persuni interessati disponibbli bla ħlas tinkludi:

  • isem il-kumpanija;
  • il-belt u l-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju (maħruġ mir-reġistru tan-negozju kompjuterizzat);
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku (maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi);
  • l-istatut ta' assoċjazzjoni;
  • l-uffiċċju rreġistrat preċedenti;
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mhux skambjat;
  • il-kapital sottoskritt skont il-limitu statutorju;
  • stralċ;
  • falliment;
  • in-nuqqas ta' karta tal-bilanċ annwali fir-Reġistru tan-Negozju;
  • id-data tal-aħħar reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju.

L-Istorja tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Ir-Reġistru tan-Negozju twaqqaf fl-1990, permezz tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju.

Fit-tieni nofs tal-2011 ġie varat portal iddedikat li jipprovdi servizzi ġodda onlajn liċ-ċrieki kummerċjali u lil persuni interessati oħrajn.

L-għanijiet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju:

  • li jinforma ċ-ċrieki kummerċjali, il-korpi pubbliċi, il-mezzi tax-xandir u persuni interessati oħrajn b'operazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ għall-aċċess tal-informazzjoni;
  • li jnaqqas il-konġestjoni fl-uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ biex jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' reġistrazzjoni lir-Reġistru tan-Negozju;
  • li jissemplifika l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' professjonisti, għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja, u għal talbiet għal informazzjoni u dokumenti;
  • li jipprovdi lill-applikanti onlajn b'informazzjoni f'ħin reali dwar dejta fir-Reġistru tan-Negozju.

Kemm jista' wieħed iserraħ fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Ir-Reġistru tan-Negozju Rumen twaqqaf u jopera skont il-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat. Awtorizzazzjoni għat-twaqqif ta' entitajiet suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju, l-operazzjoni tagħhom u r-reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju, u r-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe emenda għad-dokumenti fundaturi, jew aspetti oħrajn stipulati espressament, jinħarġu skont il-Liġi Nru 26/1990, l-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, il-Liġi Nru 359/2004, u r-regoli ta' implimentazzjoni għaż-żamma tar-reġistri tan-negozju, ir-reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet u l-forniment ta' informazzjoni. L-aspetti speċifiċi ta' kull tip ta' attività li tkun suġġetta għall-obbligu li tiddaħħal fir-Reġistru tan-Negozju huma rregolati minn atti leġiżlattivi speċifiċi. L-iktar importanti huma l-Liġi Nru 31/1990, il-Liġi Nru 1/2005, il-Liġi Nru 566/2004, l-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 44/2008, u l-Liġi Nru 161/2003.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' hawn isfel jgħidu li partijiet terzi jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni u d-dokumenti fir-Reġistru tan-Negozju, b'konformità mal-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE, kif introdott mid-Direttiva 2012/17/UE.

  1. L-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jistipula li "qabel ma jibdew attività ekonomika, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li ġejjin għandhom japplikaw biex ikunu rreġistrati jew jiddaħħlu, kif applikabbli, fir-Reġistru tan-Negozju: kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja, kumpaniji, kumpaniji nazzjonali u intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, raggruppamenti ta' interess ekonomiku, kumpaniji kooperattivi, għaqdiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, kumpaniji kooperattivi Ewropej, raggruppamenti Ewropej ta' interess ekonomiku bl-uffiċċji prinċipali fir-Rumanija, u kull persuna fiżika jew ġuridika kif stipulat fil-liġi."


    Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) tal-Liġi msemmija iktar 'il fuq tgħid li "tul l-attività tagħhom jew fi tmiemha, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jitolbu li fl-istess reġistru jiddaħħlu annotazzjonijiet relatati mad-dokumenti u l-atti suġġetti għal reġistrazzjoni statutorja".
  1. L-għoti ta' informazzjoni mdaħħla fir-Reġistru tan-Negozju u l-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti relatati jsiru b'konformità mal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat:

(1) Ir-Reġistru tan-Negozju huwa aċċessibbli għall-pubbliku.

(2) L-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju għandu jipprovdi, bl-ispejjeż imħallsa mill-persuna li tippreżenta t-talba, kopji ċċertifikati tal-atti fir-reġistru u d-dokumenti ppreżentati, informazzjoni dwar id-dejta fir-Reġistru tan-Negozju u ċertifikati li jikkonfermaw jekk kienx irreġistrat dokument jew att partikolari.

(3) Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (2) jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.
(4) Jekk jintalab hekk, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (1) jistgħu jinħarġu f'forma elettronika, jintbagħtu onlajn, b'firma elettronika estiża inkluża, mehmuża jew b'ħolqa għaliha.

(5) Il-ħlas għall-forniment ta' kopji u/jew informazzjoni, irrispettivament mill-metodu ta' konsenja, ma jistax ikun ogħla mill-ispejjeż amministrattivi mġarrba għall-forniment tagħhom."

L-eżekutorjetà tad-dokumenti u l-atti ta' persuni suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju hija stipulata fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat:

(1) Ir-reġistrazzjoni u l-annotazzjonijiet għandhom effetti fuq partijiet terzi minn dakinhar li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju, jew jiġu ppubblikati fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew f'pubblikazzjoni oħra, kif stipulat mil-liġi.
(2) Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżekutorjetà kontra partijiet terzi ta' dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk il-partijiet terzi kienu jafu b'dawk id-dokumenti u atti.
"

Barra minn hekk, kumpaniji suġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali f'dan ir-rigward, jiġifieri l-Artikoli 50-53 tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji, ippubblikat mill-ġdid kif emendat:

L-Artikolu 50(1) Dokumenti jew atti li ma ġewx ippubblikati kif stipulat mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi, sakemm il-kumpanija ma tippruvax li dawk il-partijiet terzi kienu jafu bihom.

(2) Kull operazzjoni mwettqa minn kumpanija qabel is-16-il jum mill-pubblikazzjoni fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija tar-rapport tal-imħallef (bħalissa, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-kap tal-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju, b'konformità mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, kif emendat) ma tistax tiġi eżegwita kontra partijiet terzi, jekk dawk il-partijiet terzi jistgħujuru li kien impossibbli li jkunu jafu b'dawk l-operazzjonijiet.

L-Artikolu 51 Madankollu, partijiet terzi jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma ġewx ippubblikati, sakemm il-fatt li ma ġewx ippubblikati ma jħassarx l-effett tagħhom.

L-Artikolu 52(1) Fil-każ ta' inkonsistenza bejn it-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju u t-test ippubblikat fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-gazzetti, il-kumpanija ma tkunx tista' teżegwixxi t-test ippubblikat kontra partijiet terzi. Partijiet terzi jistgħu jeżegwixxu t-test ippubblikat kontra l-kumpanija, sakemm il-kumpanija ma tipprovax li kienu jafu bit-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju. (L-Artikolu 52 fil-Kapitolu IV taħt it-Titolu II kien emendat bl-Artikolu I(31) tal-Liġi Nru 441/2006 tal-1 ta' Diċembru 2006)

L-Artikolu 12(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jgħid:

(1) Ir-Reġistru tan-Negozju għandu jikkonsisti minn reġistru għar-reġistrazzjoni ta' persuni ġuridiċi li jkunu kumpaniji, kumpaniji nazzjonali jew intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, raggruppamenti ta' interess ekonomiku, għaqdiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, raggruppamenti Ewropej ta' interess ekonomiku, jew persuni ġuridiċi oħrajn kif stipulat espressament mil-liġi bl-uffiċċji prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija, reġistru għar-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi li huma kumpaniji kooperattivi jew kumpaniji kooperattivi Ewropej bl-uffiċċji prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija u reġistru għar-reġistrazzjoni ta' kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja b'uffiċċji professjonali jew sekondarji fir-Rumanija. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu f'sistema kompjuterizzata (l-Artikolu 12(1) fil-Kapitolu II kien emendat bl-Artikolu I(5) tal-Liġi Nru 152/2015 tas-16 ta' Lulju 2015).

  1. L-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, flimkien mal-Artikolu 1 tal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 dwar l-introduzzjoni ta' ċerti miżuri relatati mad-dħul ta' reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 84/2010, jistipula li "reġistrazzjonijiet li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju bbażati fuq id-deċiżjoni tal-kap tal-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju jew, meta applikabbli, sentenza finali tal-qorti, ħlief fejn il-liġi tistipula mod ieħor".


    L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jistipula li "d-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju hija d-data meta tkun effettivament iddaħħlet ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru".


    Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) tal-att leġiżlattiv imsemmi fuq, flimkien mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 jistipula li "reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju jiddaħħlu fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni maħruġa mill-kap tal-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju, u f'każ ta' reġistrazzjoni ta' professjonist fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni li tawtorizza r-reġistrazzjoni".


    L-Artikolu 51(2) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jistipula li "reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju jiddaħħlu elettronikament, kemm fl-uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju annessi ma' tribunali u kemm fir-reġistru kompjuterizzat ċentrali".


    Tista' ssib iktar informazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Ħoloq relatati

Is-sit uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Dokumenti relatati

Il-Liġi Nru 26/2012PDF(669 Kb)ro

L-Ordni ta' Emerġenza Nru 116/2009PDF(255 Kb)ro

Ir-Regoli ta' implimentazzjoni tal-10 ta' Ottubru 2008 dwar iż-żamma ta' reġistri tan-negozjuPDF(1034 Kb)ro

Il-Liġi Nru 359/2004PDF(527 Kb)ro


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Slovenja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tas-Slovenja.


X’fih ir-reġistru kummerċjali Sloven (Poslovni register Slovenije)?

Ir-Reġistru Kummerċjali Sloven (PRS )huwa mmaniġġjat mill-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Reġistrazzjonijiet Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve – AJPES).

Ir-reġistru kummerċjali Sloven huwa l-bażi tad-dejta ċentrali pubblika ta' informazzjoni dwar in-negozji kollha b'uffiċċju rreġistrat fis-Slovenja li huma involuti f’attivitajiet bi qligħ jew mingħajr skop ta’ qligħ u ta' informazzjoni dwar sussidjarji u diviżjonijiet oħra ta' dawk in-negozji. Ir-reġistru fih ukoll informazzjoni dwar is-sussidjarji ta' negozji barranin li jwettqu attivitajiet fis-Slovenja. Ir-reġistru jinkludi l-kategoriji li ġejjin:

  • kumpaniji (sħubiji u korporazzjonijiet)
  • kummerċjanti waħdanin
  • entitajiet ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika
  • entitajiet ġuridiċi rregolati mil-liġi privata
  • soċjetajiet
  • persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet reġistrati jew regolati
  • sussidjarji u diviżjonijiet oħra ta’ negozji
  • uffiċji prinċipali ta' negozji barranin
  • unitajiet oħra.

Għal kull reġistrazzjoni fir-reġistru Kummerċjali Sloven hemm disponibbli firxa ta' dejta ta’ reġistrazzjoni (numru tal-identifikazzjoni, isem il-kumpanija, numru tal-faks, dettalji dwar ir-rappreżentanti u l-fundaturi, eċċ.).

  • aċċess dirett għall-informazzjoni permezz tal-applikazzjoni ePRS, u
  • għoti ta’ informazzjoni għall-użu mill-ġdid.

X’jinkludi?

Applikazzjoni ePRS

L-applikazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaePRS tippermetti lill-utent jaċċedi informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet individwali fir-reġistru kummerċjali Sloven għal negozji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi fir-Repubblika tas-Slovenja.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Sloven huwa bi ħlas?

L-aċċess huwa bla ħlas, imma l-utenti jridu jilloggjaw fil-portal (utenti ġodda jridu jirreġistraw l-ewwel).

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru kummerċjali Sloven

L-utenti jridu jilloggjaw fil-portal biex ikunu jistgħu jfittxu fir-reġistru. Wieħed jista’ jaċċedi għad-dejta billi jdaħħal il-kriterji tat-tiftix f’kaxxa waħda jew aktar, jew billi jagħżel il-kriterji tat-tiftix mill-menu li jinżel. Il-kriterju tat-tiftix jista’ jkun wieħed minn dawn: dejta, parti mid-dejta (kelma), jew bidu ta' kelma. Huwa possibbli tiftix bin-numru tal-identifikazzjoni, bin-numru tat-taxxa, bl-isem tal-kumpanija, bl-isem tat-triq u n-numru, bil-muniċipalità, eċċ.

Aġġornar

Id-dejta tiġi aġġornata kuljum.

Għoti ta’ informazzjoni għall-użu mill-ġdid:

AJPES jipprovdi s-servizzi li ġejjin għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaużu mill-ġdid ta' informazzjoni mir-reġistru kummerċjali:

  • forniment kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjonijiet kollha, f’format twil jew qasir,
  • forniment kull xahar ta' dejta dwar in-negozji elenkati fir-reġistru tal-qorti (Sodni register) f'format twil jew qasir,
  • forniment kull xahar ta’ dejta dwar proprjetarji waħdanin f’format twil jew qasir,
  • forniment ta' dejta permezz ta' servizz tal-internet, f'format twil, qasir jew minimu (ara),
  • forniment ta' dejta bbażata fuq ordni speċifika f’format twil jew qasir,
  • proċessar ta' dejta miġbura skont il-kriterji stabbiliti mill-utent (dejta numerika).

Kull tliet xhur l-AJPES toffri ħarsa ġenerali bla ħlas lejn ir-reġistru kummerċjali Sloven kollu fil-format XML b’għażla prestabbilita ta’ informazzjoni għall-użu mill-ġdid.

Ipprezzar

L-AJPES tiċċarġja tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika mir-reġistru kummerċjali Sloven, kif stabbiliti
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafir-Rati tat-tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika mir-reġistru kummerċjali Sloven (Tarifa nadomestil za ponovno uporabo informacij javnega značaja Poslovnega registra Slovenije) (ħolqa għall-bażi tad-dejta tal-leġiżlazzjoni Slovena).

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li jinsabu fir-reġistru?

Partijiet terzi jistgħu jikkwotaw l-informazzjoni u kull tip ta’ dokument imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, fuq il-bażi tal-liġijiet li ġejjin.

- L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-Kumpaniji (Zakon o gospodarskih družbah) (Uradni list RS (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja (UL RS), Nru 65/09 - verżjoni konsolidata uffiċjali, 33/11, 91/11, 32/12, 57/12, 44/13 - Digriet tal-Qorti Kostituzzjonali u 82/13; minn issa ‘l quddiem: ZGD-1), li huwa att sistemiku li jirregola r-regoli bażiċi dwar l-istatus legali tal-korporazzjonijiet għat-twaqqif u l-operat ta’ kumpaniji, kummerċjanti waħdanin, persuni relatati, gruppi b’interess ekonomiku u sussidjarji ta’ kumpaniji barranin, u kwalunkwe bidla fl-istatus legali tagħhom.

-L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tar-Reġistru tal-Qorti (Zakon o sodnem registru) (UL RS, Nri 54/07 - verżjoni uffiċjali konsolidata, 65/08, 49/09 u 82/13 - ZGD-1H, minn hawn 'il quddiem: ZSReg), li jirregola r-reġistru tal-qorti, jiddefinixxi l-informazzjoni mdaħħla fir-reġistru tal-qorti, ir-regoli ta’ proċedura li permezz tagħha qorti kompetenti tiddeċiedi dwar l-entrati fir-reġistru tal-qorti, u r-regoli dwar kif l-AJPES tamministra r-reġistru tal-qorti. Din il-liġi tirregola wkoll il-proċeduri li jiffurmaw parti mis-sistema Vse na enem mestu (One-Stop Shop).

- L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tar-Reġistru Kummerċjali Sloven (Zakon o Poslovnem registru Slovenije) (UL RS, Nri 49/06 u 33/07 - ZSReg-B, minn hawn 'il quddiem: ZPRS-1), li jirregola ż-żamma u l-manutenzjoni tar-Reġistru Kummerċjali Sloven (PRS), jiddefinixxi l-entrati fir-reġistru kummerċjali, kif jiġu identifikati u l-użu obbligatorju ta’ dik l-ID, il-kontenut tar-reġistru kummerċjali u l-akkwist ta’ informazzjoni li jżomm ir-reġistru, u jiddefinixxi l-proċedura biex isiru entrati fir-reġistru kummerċjali, l-informazzjoni miżjuda jew definita mill-amministratur tar-reġistru malli ssir entrata, l-użu tad-dejta tar-reġistru kummerċjali u l-ħażna tad-dokumentazzjoni.

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali Sloven huwa bi ħlas?

Iva, l-aċċess huwa bla ħlas. Madankollu, l-utenti jridu jilloggjaw fil-portal biex jidħlu fih.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaposlovni register (bis-Sloven),Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida reġistru kummerċjali (bl-Ingliż)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Slovakkja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali Slovakk.


X'informazzjoni fih ir-reġistru kummerċjali?

L-Obchodný register (ir-reġistru kummerċjali) huwa lista pubblika li fiha dejta statutorja li tikkonċerna lill-imprendituri, lill-kumpaniji u lill-entitajiet ġuridiċi, meta dan ikun stipulat minn leġiżlazzjoni separata.

Il-lista hija amministrata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.

Ir-reġistru kummerċjali jinżamm mir-registrové súdy (il-qrati tar-reġistru) (qorti distrettwali fis-sede tal-Qorti Reġjonali).

L-aċċess għar-reġistru tan-negozju huwa bla ħlas?

Aċċess għar-reġistru kummerċjali u estratti minnu huma suġġetti għal ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali

Tista' tfittex fl-obchodný register Slovakk permezz ta':

It-tiftix jista' jsir ukoll bl-Ingliż.

Kemm jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti fir-reġistru?

L-Att Nru 513/1991, il-Kodiċi Kummerċjali, jistipula fejn hu possibbli li sserraħ fuq id-dejta mdaħħla u, fejn xieraq, fuq il-kontenut tad-dokumenti depożitati fir-reġistru kummerċjali.

Id-dejta mdaħħla fir-reġistru kummerċjali hija effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Il-kontenut tad-dokumenti ddepożitati fir-reġistru kummerċjali hija effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi mid-data tan-notifika tad-depożitu fil-Ġurnal Kummerċjali.
Minn dak il-punt 'il quddiem, partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq id-dejta jew il-kontenut tad-dokumenti. Dan ma japplikax jekk il-kumpanija rreġistrata tkun tista' turi li kienet taf b'dan qabel.

Jekk terza persuna tkun tista' turi li ma setgħetx tkun taf bid-dejta jew bil-kontenut tad-dokumenti, il-kumpanija rreġistrata tista' titlob id-dejta u l-kontenut tad-dokumenti fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dejta, u fil-każ ta' dokumenti, mid-data ta' notifika tad-depożitu tad-dokumenti.

Wara dan il-perjodu, id-dejta rreġistrata u l-kontenut tad-dokumenti ddepożitati jistgħu jintalbu fil-konfront ta' kull persuna.
F'każ ta' diskrepanza bejn dejta rreġistrata u dejta ppubblikata jew il-kontenut ta' dokumenti ddepożitati u ppubblikati, il-kumpanija rreġistrata tista' titlob biss il-verżjoni ppubblikata fil-konfront ta' partijiet terzi. Madankollu, hija tista' titlobhom jekk turi li parti terza kienet taf bil-kontenut tad-dejta rreġistrata jew bil-kontenut tad-dokument iddepożitat.

L-Istorja tar-reġistru kummerċjali Slovakk

Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni rreġistrata mill-1 ta' Jannar 2001.

Ir-reġistru kummerċjali kien stabbilit fl-1992 wara l-adozzjoni tal-Att Nru 513/1991, il-Kodiċi Kummerċjali, u ħa post ir-reġistru tal-kumpaniji li kien hemm qabel.

Il-Kodiċi Kummerċjali (l-Artikoli 27-34) emenda l-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistru kummerċjali sal-2004.

Mill-1 ta' Frar 2004, ġew introdotti u daħlu fis-seħħ rekwiżiti legali ġodda għar-reġistru kummerċjali (l-emenda tal-Att Nru 530/2003 dwar ir-reġistru kummerċjali u l-Att Nru 530/2003 kif emendat [sic]).

L-uniku Artikolu tal-Kodiċi Kummerċjali li għadu validu jirregola d-deskrizzjoni ġuridika tal-persuna rreġistrata, l-effiċenza tad-dejta rreġistrata u l-pubblikazzjoni tagħha. L-Artikoli 28 sa 34 tħassru.

L-emenda tal-Att Nru 530/2003 introduċiet il-pubblikazzjoni elettronika tar-reġistru. Id-dokumenti aġġornati jinżammu f'formati elettroniċi u fuq il-karta.

Ħoloq relatati

Obchodný register

Obchodný register SR


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Finlandja

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozju Finlandiż.


X'joffri r-reġistru tan-negozju Finlandiż?

Il-Bord Nazzjonali għall-Privattivi u r-Reġistrazzjoni (BNPR) għandu u jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Reġistru tan-Negozju Finlandiż.

Ir-reġistru tan-negozju Finlandiż huwa reġistru pubbliku li fih informazzjoni dwar operaturi tas-suq (negozji). Bħala regola, kull negozju għandu jiddaħħal fir-reġistru. In-negozji għandhom ukoll jinnotifikaw dwar kull bidla fid-dettalji tar-reġistru tagħhom. Il-biċċa l-kbira tan-negozji jridu wkoll jissottomettu l-kontijiet annwali tagħhom lir-reġistru. Kull sena, jiġu reġistrati:

  • Madwar 30 000 negozju ġdid
  • Madwar 80 000 bidla fid-dettalji tal-kumpaniji reġistrati
  • Madwar 200 000 kont annwali

Ir-reġistru tan-negozju jaqsam proċedura ta’ notifika konġunta u servizz tad-dejta mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa. Is-Servizz ta' Informazzjoni dwar in-Negozji (SIN) huwa servizz ta' dejta b'xejn li jinżamm mill-BNPR u l-Amministrazzjoni tat-Taxxa. Dan fih informazzjoni ta' kuntatt u identifikazzjoni dwar in-negozji, pereżempju:

  • L-isem tal-kumpanija ta' negozju, l-isem tal-kumpanija awżiljarju u t-traduzzjonijiet tagħhom
  • L-ID tan-negozju u d-domiċilju tal-forma tal-kumpanija
  • L-indirizz u informazzjoni ta' kuntatt oħra
  • Linja ta' negozju prinċipali
  • Ir-reġistri tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u l-BNPR li n-negozju jkun iddaħħal fihom
  • Informazzjoni dwar proċedimenti ta' terminazzjoni, interruzzjoni tan-negozju, falliment, likwidazzjoni jew riorganizzazzjoni.

B'żieda mas-servizz ta' informazzjoni mingħajr ħlas, Tiftix SIN, huwa possibbli li jiġu ordnati dettalji magħżula bi ħlas mingħand is-Sistema ta' Informazzjoni dwar in-Negozji, li hija wkoll miżmuma b'mod konġunt mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u l-Bord Nazzjonali tal-Privattivi u r-Reġistrazzjoni.

Dan jippermetti lill-klijenti jfittxu kumpaniji fis-SIN: pereżempju fi gruppi skont ir-reġjun, il-linja ta' negozju, (il-linja ta' negozju ewlenija ta' kumpanija skont il-Klassifikazzjoni Industrijali Standard ta' Statistics Finland), il-forma tal-kumpanija, ir-reġistru (ir-reġistri tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, ir-Reġistru tan-Negozju u r-Reġistru tal-Fondazzjonijiet) jew skont id-data tar-reġistrazzjoni (biex jintgħażlu kumpaniji ġodda).

Ir-Reġistru Kummerċjali Ewropew (European Business Register - EBR) jagħti aċċess fil-pront għal informazzjoni affidabbli dwar kumpaniji fl-Ewropa kollha. L-EBR huwa servizz ta' informazzjoni konġunt ipprovdut mir-reġistri tan-negozju ta' 15-il pajjiż Ewropew. Is-servizz ta' informazzjoni joffri informazzjoni uffiċjali u affidabbli direttament mir-reġistru tan-negozju nazzjonali ta' kull pajjiż parteċipi.

Is-servizz tal-EBR huwa faċli biex tużah minħabba li l-utent jista' jagħżel il-lingwa (Finlandiż, Żvediż jew Ingliż), u l-informazzjoni reġistrata għal kull pajjiż tiġi ppreżentata bl-istess mod li huwa faċli biex jinftiehem.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozju Finlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, parti mir-reġistru tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Finlandiż

Id-dettalji tal-operaturi tas-suq jiddaħħlu fir-reġistru tan-negozji abbażi ta' notifikazzjonijiet u komunikazzjonijiet irċevuti mill-awtorità tar-reġistrazzjoni kummerċjali. Ir-reġistru fih informazzjoni mogħtija kemm mill-operaturi tas-suq stess kif ukoll mill-qrati u awtoritajiet oħra.

Skont l-Artikolu 21a tal-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju, il-BNPR jista' jaġġorna r-rekords tiegħu u, billi juża s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Popolazzjoni Finlandiża, jiċċekkja d-dettalji personali li l-klijenti jkunu pprovdew fin-notifiki u l-hemżiet tagħhom.

Skont l-Artikolu 21 tal-Att ta' Projbizzjoni tan-Negozji, iċ-Ċentru tar-Reġistru Legali fil-Finlandja jagħti lir-reġistru tan-negozju dettalji ta' projbizzjonijiet tan-negozji fis-seħħ, u meta jibdew u jispiċċaw. Dawn id-dettalji mbagħad jiġu aġġornati fis-sistema tar-reġistru tan-negozju.

Il-kontenut tar-reġistru tan-negozju huwa ddeterminat mil-liġi Finlandiża. Il-leġiżlazzjoni Finlandiża li tirregola r-reġistru kummerċjali, it-tipi ta' kumpaniji u l-attivitajiet kummerċjali inġenerali tiddefinixxi liem dettalji jiddaħħlu għal tipi ta' kumpaniji differenti. (Ara, pereżempju l-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju, l-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata u l-Att dwar is-Sħubijiet).

Normalment, bħala minimu tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta' kumpanija:

  • Isem il-kumpanija
  • Muniċipalità li minnha l-kumpanija tiġi ġestita (domiċilju)
  • Linja ta' negozju (qasam ta' attività)
  • Min jirrappreżenta l-kumpanija
  • L-indirizz tal-kumpanija.

Meta ssir entrata fir-reġistru tan-negozju, din tiġi ppublikata simultanjament permezz tas-servizz ta' informazzjoni elettroniku. Is-Servizz ta' Informazzjoni Elettroniku dwar Entrati Ppubblikati huwa servizz pubbliku mingħajr ħlas li, apparti l-entrati ppubblikati, fih ukoll id-dettalji bażiċi ta' negozju. Bl-għajnuna tas-servizz tista' tiċċekkja jekk negozju jkunx, pereżempju, ippreżenta l-bord tad-diretturi l-ġdid tiegħu għar-reġistrazzjoni jew issir taf liem negozji ġodda jkunu ġew reġistrati f'ċertu perjodu ta' żmien.

Bl-użu ta' dan is-servizz, tista' tfittex informazzjoni dwar kwalunkwe kumpanija billi tuża l-ID tan-negozju tagħha. L-ID jista' jiġi ċċekkjat fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar in-Negozji jekk ikun hemm bżonn. Data speċifika jew intervall ta' żmien jistgħu wkoll jintużaw bħala terminu tat-tiftix. Inkella, tista' ddejjaq it-tiftixa skont it-tip ta' reġistrazzjoni, jew skont il-muniċipalità jew il-provinċja. Ir-riżultat tat-tiftixa jkun fih id-dettalji bażiċi tal-kumpanija, isimha, l-ID tan-negozju u d-domiċilju. Ir-reġistrazzjoni ppubblikata jkun fiha, pereżempju, it-tip ta' reġistrazzjoni u l-intestaturi tal-entrati fir-reġistru.

Jiddaħħlu wkoll dettalji oħrajn fir-reġistru, skont it-tip ta' kumpanija. L-estratti mir-reġistru ta' negozji tal-istess tip jistgħu jidhru totalment differenti minn xulxin. Xi kumpaniji b'responsabbiltà limitata, pereżempju, jieħdu vantaġġ mill-possibbiltajiet offruti mill-Att dwar il-Kumpaniji; jiddeċiedu li joħorġu drittijiet ta' opzjoni u drittijiet speċjali oħra jew li jingħaqdu, u mbagħad jirrapportaw dawn id-dettalji biex jiddaħħlu fir-reġistru. Kumpaniji oħrajn, min-naħa l-oħra, jagħżlu li jirrapportaw biss id-dettalji li għandhom jiġu ppreżentati biex jiddaħħlu fir-reġistru. B'żieda, l-emendi għal-liġijiet huma riflessi fl-estratti mir-reġistru. L-entrati fir-reġistru ta', pereżempju, kumpaniji b'responsabbiltà limitata, jistgħu jkunu differenti ħafna minn xulxin, skont jekk id-dettall li kellu jiġi rreġistrat jirreferix għal deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2006, jew għal deċiżjoni taħt Att preċedenti.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru?

L-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju (l-Att 1979/129 tat-2 ta' Frar 1979) jistipula d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-dejta li għandha tiġi rrekordjata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha. L-Att jintitola lil kulħadd jaċċessa d-dejta, estratti u ċertifikati mir-reġistru tan-negozju. Parti terza bona fide tista' toqgħod fuq l-affidabilità tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru.

Skont l-Artikolu 1a tal-Att, id-dejta kollha miżmuma fir-reġistru hija pubblika u kulħadd huwa intitolat jaċċessa dejta, estratti u ċertifikati mdaħħla fir-reġistru tan-negozju. Id-dejta tista' tiġi divulgata f'forma elettronika. Hemm eċċezzjoni biss għan-numri tal-ID personali ta' persuni fiżiċi u l-indirizzi tad-dar ta' persuni fiżiċi li jgħixu barra; dawn huma pubbliċi. Id-dejta dwar in-numri finali identifikanti tan-numru personali u l-indirizz tad-dar ta' persuni fiżiċi li jgħixu barra jiġu divulgati biss jekk id-divulgazzjoni tilħaq ir-rekwiżiti dwar il-proċeduri tal-awtorità stabbiliti fl-Artikolu 16(3) tal-Att dwar it-Trasparenza tal-Attivitajiet tal-Gvern. Inkella, il-pajjiż ta’ residenza jiġi divulgat minflok l-indirizz tad-dar.

L-Artikolu 26 tal-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju jistipula li parti terza b'bona fede tista' toqgħod fuq id-dejta mdaħħla u ppubblikata fir-reġistru. Id-dejta tiġi ppubblikata elettronikament direttament wara li tiddaħħal fir-reġistru. Il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas mis-servizz ta' informazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju.

L-istorja tar-reġistru tan-negozju Finlandiż

L-informazzjoni ilha tinżamm fir-reġistru mill-1860.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Nazzjonali għall-Privattivi u r-Reġistrazzjoni tal-Finlandja


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/04/2018

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Svezja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozji Żvediż.


X'joffri r-reġistru tan-negozji Żvediż?

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi għandu bosta reġistri li jagħtu informazzjoni dwar negozji (jiġifieri kumpaniji reġistrati). L-aċċess għall-informazzjoni f'dawn ir-reġistri huwa disponibbli permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamagna tat-tiftix fuq l-internet jew billi jsir kuntatt mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi.

Dawn ir-reġistri , minn hawn 'il quddiem, jissejħu kollettivament, ir-reġistru tan-negozji Żvediż.

Ir-reġistru tan-negozji Żvediż jipprovdi informazzjoni dwar, pereżempju:

  • ismijiet u indirizzi tal-kumpaniji
  • numru ta’ reġistrazzjoni
  • uffiċjali tal-kumpanija (inklużi membri tal-bord)
  • kontijiet annwali
  • statuti ta' assoċjazzjoni
  • ċertifikati ta' reġistrazzjoni
  • falliment.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi huwa s-sid tar-reġistru u jimmaniġġjah hu.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozji Żvediż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni fir-reġistru tan-negozji Żvediżi tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas billi jsir kuntatt mal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi b'telefonata. It-talbiet għal estratt miktub mir-reġistru huma ġeneralment soġġetti għal tariffa.

Il-magna tat-tiftix tipprovdi aċċess liberu għal informazzjoni dwar isem ta' kumpanija, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-istatus. Is-servizzi addizjonali li ġejjin huma disponibbli biss għal utenti reġistrati u li jħallsu:

  • uffiċjali tal-kumpanija (inklużi membri tal-bord)
  • kontijiet annwali
  • statuti ta' assoċjazzjoni
  • ċertifikati ta' reġistrazzjoni
  • informazzjoni iktar dettaljata dwar il-falliment u l-likwidazzjoni.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-informazzjoni dwar il-kumpaniji b'reponsabbiltà limitata Żvediżi hija divulgata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Kumpaniji b'responsabbiltà limitata li għadhom kemm ġew reġistrati, u kull tibdila fihom, jiġu reġistrati mal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi.

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jiddivulgaw ċerti dokumenti u dettalji. L-Artikolu 3a(2) jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprovdu din l-informazzjoni għall-pubblikazzjoni fil-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Fil-każ tal-Iżvezja l-informazzjoni reġistrata tiġi ppublikata fil-Gazzetta Uffiċjali Żvediża (Post- och Inrikes Tidningar).

Iktar informazzjoni dwar kumpaniji Żvediżi tista' tinstab fuq is-sit web tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bolagsverket.se/en.

Il-Gazzetta Uffiċjali Żvediża tista' tiġi kkonsultata permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bolagsverket.se/en.

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Żvediż

Kull min irid jikseb l-informazzjoni mir-reġistru jista' jagħmel dan billi jikkuntattja l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi bil-posta, bil-posta elettronika, jew bit-telefon.

It-tiftix jista' jsir permezz tal-magna tat-tiftix billi jiddaħħal isem ta' kumpanija u numru ta’ reġistrazzjoni. L-informazzjoni mniżżla hawn taħt hija disponibbli biss għal utenti reġistrati u li jħallsu:

  • uffiċjali tal-kumpanija (inklużi membri tal-bord)
  • kontijiet annwali
  • statuti ta' assoċjazzjoni
  • ċertifikati ta' reġistrazzjoni
  • informazzjoni iktar dettaljata dwar il-falliment u l-likwidazzjoni.

L-istorja tar-reġistru tan-negozji Żvediż

L-informazzjoni ilha tinżamm fir-reġistru mill-1897. Skont it-tip ta' dejta, l-informazzjoni ilha tiġi kompjuterizzata mill-1982. Mill-2002 kull informazzjoni dieħla għar-reġistru ġiet ikkonvertita f'format diġitali.

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew (EBR)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/11/2016

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Renju Unit

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tar-Renju Unit:


Min iżomm ir-reġistru kummerċjali fir-Renju Unit:

Companies House hija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-reġistru kummerċjali għar-Renju Unit inklużi l-Ingilterra u Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja.

X’informazzjoni żżomm Companies House?

Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni ppreżentata minn kumpaniji, soċjetajiet b 'responsabbiltà limitata, soċjetajiet limitati, kumpaniji barra l-pajjiż, raggruppamenti ta’ interess Ekonomiku Ewropew (EEIGs - European Economic interest groupings), fużjonijiet transfruntieri u SEs (Societas Europaea, Kumpanija Ewropea). Tista’ tfittex aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ ffajljar fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCompanies House. Ir-reġistru ma jżommx informazzjoni dwar kummerċjanti waħdiena, soċjetajiet ġenerali u ismijiet kummerċjali.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali fl-Iskozja huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa bla ħlas, bħall-aċċess għall-informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fir-Renju Unit

L-informazzjoni dwar il-kumpaniji fir-reġistru tan-negozji tar-Renju Unit tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCompanies House, permezz tas-servizz "WebCHeck".

Sa liema punt jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Ir-reġistratur tal-kumpaniji

Din it-taqsima tiddeskrivi l-pożizzjoni fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kumpanija minħabba li tirrappreżenta l-parti l-kbira tal-materjal fuq ir-reġistru.

Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola l-operat tar-reġistru tar-Renju Unit hija l-Att tal-Kumpaniji tal-2006. Skont dak l-Att, l-informazzjoni tingħata, għar-reġistrazzjoni, lir-reġistratur tal-kumpaniji (“ir-Reġistratur”) minn kumpanija, jew l-aġenti li jaġixxu f’isimha. Meta tingħata, il-formola ta’ informazzjoni tiġi kkontrollata sabiex jiġi assigurat li tkun kompluta. Ir-Reġistratur jaċċetta din l-informazzjoni in bona fede. Ma ssir l-ebda validazzjoni jew verifika tal-preċiżjoni tal-informazzjoni. Jekk tkun aċċettabbli, l-informazzjoni tiġi rreġistrata sabiex jinżamm rendikont u jkun disponibbli għall-ispezzjoni pubblika. Ir-riċerkaturi jistgħu joqogħdu fuqu, ħlief għal klassi limitata ta’ informazzjoni, iżda biss sa fejn l-informazzjoni mogħtija lir-Reġistratur tkun preċiża.

Klassi limitata ta’ informazzjoni dwar ir-reġistru jkollha konsegwenzi legali bħala riżultat tar-reġistrazzjoni tagħha. Ir-riċerkaturi jistgħu joqogħdu fuq din l-informazzjoni kif tidher fuq ir-reġistru. Din il-klassi tinkludi,

  • l-inklużjoni ta' kumpaniji (it-Taqsima 16 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006)
  • l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat u l-bidla tiegħu skont it-Taqsima 87
  • l-isem tal-kumpanija u l-bidla tiegħu skont it-Taqsima 81
  • ir-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ kumpanija biex tbiddel l-istatus tagħha, pereżempju minn kumpanija privata għal kumpanija pubblika, eċċ. (it-Taqsimiet 96, 101,104, 107 u 111)
  • it-tnaqqis tal-kapital ta’ kumpanija (it-Taqsimiet 651 u 665)

Is-sanzjonijiet kriminali jistgħu jiġi infurzati għal ineżattezzi serji fl-informazzjoni mogħtija lir-Reġistratur. It-Taqsima 1112 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006 tagħmilha reat kriminali li, konxjament jew bi traskuraġni, tagħti informazzjoni falza jew qarrieqa lir-Reġistratur.

Kumpanija ma tistax tibbaża ruħha kontra parti terza fuq avvenimenti speċifiċi li jkunu seħħew sakemm ma tkunx ġiet innotifikata uffiċjalment, jew ikun jista’ jintwera li l-parti terza kienet taf bl-avveniment (it-Taqsima 1079 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006).

L-avvenimenti speċifiċi huma:

  • emenda tal-artikoli tal-kumpanija
  • bidla fost id-diretturi tal-kumpanija
  • bidla fl-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija
  • ordni ta’ stralċ fir-rigward tal-kumpanija
  • ħatra ta’ likwidatur fi stralċ volontarju tal-kumpanija

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCompanies House


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/07/2017