Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Ungerija

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Ungerija.


X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Ungerija?

Ir-reġistru kummerċjali fih dejta dwar il-kumpaniji reġistrati u d-dokumenti statutorji, li jservu bħala bażi għar-reġistrazzjoni. Id-dejta fir-reġistru kummerċjali (tal-kumpaniji reġistrati fih) hija ġestita mill-qrati bħala qrati ta' reġistrazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kumpanija u d-dokumenti statutorji huma maħżuna elettronikament. Id-dejta tal-kumpaniji reġistrati f'kull qorti ta' reġistrazzjoni fl-Ungerija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/).

Tista taċċessa l-informazzjoni li ġejja ( jekk għadha valida jew le) li qiegħda fir-reġistru kummerċjali dakinhar tat-talba tiegħek:

  • in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija (cégjegyzékszám);
  • l-isem tal-kumpanija;
  • is-sede prinċipali (székhely);
  • il-faċilitajiet tan-negozju (telephelyek);
  • il-fergħa(t) (fióktelepek);
  • l-attività(ajiet);
  • kapital azzjonarju maħruġ;
  • in-numru tat-taxxa;
  • jekk sarux proċedimenti ta' insolvenza, likwidazzjoni jew ta' ftehim finali;
  • jekk (eks) uffiċċjal eżekuttiv jew maniġer ta' assoċjazzjoni tan-negozji, skont l-Artikolu 3:22 tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili jistax ikun uffiċċjal eżekuttiv jew maniġer ta' assoċjazzjoni tan-negozji oħra.

Fl-ewwel ġurnata ta' kull ġimgħa, tiġi aġġornata l-informazzjoni li ġejja:

  1. Id-dejta kollha tal-kumpanija fir-reġistru kummerċjali (estratt maħżun tal-kumpanija) (tárolt cégkivonat), flimkien ma' dejta dwar talbiet għar-reġistrazzjoni jew bidliet fir-reġistrazzjoni li għadhom ma ġewx inkorporati fir-reġistru.
  2. L-informazzjoni dwar il-kumpanija tinkludi:
  • l-istatus tas-sjieda (membri jew azzjonisti) u r-rappreżenanti legali tal-persuni fiżiċi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji mingħajr personalità ġuridika (jogi személyiség nélküli gazdasági társaság), jew assoċjazzjonijiet oħra;
  • setgħa ta' rappreżentazzjoni u l-membership tal-bord ta' superviżjoni, għall-persuni fiżiċi.

Fl-ewwel jum ta' kull ġimgħa, l-informazzjoni aġġornata tinsab ukoll permezz tal-magna tat-tiftix.

Ir-reġistru kummerċjali jaħżen l-informazzjoni dwar il-kumpanija abba'i ta' kriterji oħra (dejta li ma tibqax valida tista' tiġi aċċessata wkoll) u dokumenti statutorji jistgħu jiġu aċċessati flimkien mal-informazzjoni dwar il-kumpanija. Id-dejta tista' tiġi aċċessata fil-Qrati ta' Reġistrazzjoni u permezz tas-Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, filwaqt li kopji awtentiċi jew mhux ċertifikati ta' dokumenti statutorji u informazzjoni dwar il-kumpanija jistgħu jinksibu bi ħlas ta' tariffa amministrattiva.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Unġeriż huwa mingħajr ħlas?

Il-kontentut tar-reġistru kummerċjali Ungeriż huwa aċċessibbli sa fejn ġie deskritt aktar il-fuq, mingħajr ħlas, hawnhekk, <Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/?ceginformacio>. L-aċċess għal aktar kontenut isir bi ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali Ungeriż

L-informazzjoni dwar il-kumpanija tista' tinkiseb permezz ta' wieħed minn dawn il-kriterji:

- l-isem tal-kumpanija;

- in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija;

- in-numru tat-taxxa;

Kemm hija affidabbli l-informazzjoni fir-reġistru?

Id-dejta msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE hija aċċessibbli onlajn mingħajr ħlas, għall-kumpaniji rreġistrati fl-Ungerija.

Fl-Ungerija, l-informazzjoni pubblika dwar il-kumpaniji hija provduta mill-qorti ta' reġistrazzjoni, mis-Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji jew ippubblikata fil-Gazzetta tal-Kumpaniji. Il-Gazzetta tal-Kumpaniji hija l-ġurnal uffiċċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, u tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.e-cegkozlony.gov.hu/ Meta tippubblika dejta mir-reġistru kummerċjali marbuta ma' kumpanija b'kapital konġunt jew kumpanija b'responsabbiltà limitata, il-qorti ta' reġistrazzjoni tippubblika wkoll fil-Gazzetta tal-Kumpaniji l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpanija u xi emendi li jkunu saru fihom, li jġi aġġornati kuljum.

Id-dejta fir-reġistru kummerċjali hija ġestita mill-qrati bħala qrati ta' reġistrazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kumpanija u d-dokumenti statutorji huma maħżuna elettronikament. Id-dejta tal-kumpaniji reġistrati f'kull qorti ta' reġistrazzjoni fl-Ungerija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/).

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Ungeriż

Minn Lulju tal-1993, meta' s-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Országos Céginformációs és Cégnyilvántartási Rendszer), bdiet taħdem għal kollox, id-dejta tar-reġistru kummerċjali tiġi mdaħħla elettronikament mill-qrati.

Il-ħin ta' rispons tas-sistema bejn żewġ qrati jieħu biss ftit minuti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2016