Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Lussemburgu

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu.


X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru kummerċjali (Registre de Commerce et des Sociétés (RCS)) huwa direttorju uffiċċjali tal- persuni fiżici u ġuridiċi kollha fin-negozjuu korpi oħra msemmija mill-Att emendat tad-19 ta' Diċembru 2002.

Ir-reġistru kummerċjali jopera taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja. Il-kompitu tal-ġestjoni tar-reġistru tal-kummerċ huwa fdat mill-Ministru għall-Ġustizzja lil grupp ewropew b'interess ekonomiku ir-Reġistri kummerċjali tal-Lussemburgu (li qabel kienu magħrufa bħala GIE RCSL), li jinkludi l-Istat, il-Kamra tal-Kummerċ (Chambre de Commerce) u l-Kamra tas-Snajja' (Chambre des Métiers).

L-għan tar-reġistru kummerċjali huwa li:

  • jassigura illi l-persuni li għalihom hija meħtieġa r- reġistrazzjoni jew elenkar bil-liġi jistgħu jiġu identifikati, permezz ta' inventarju permanenti,
  • jipprovdi aktar siġurtà għat-tranżazzjonijiet,
  • jipprovdi informazzjoni lil partijiet terzi.

Ir-reġistru kummerċjali jiġbor żewġ tipi ta' data:

  • data ta' identifikazzjoni u legali, bħal l-isem tan-negozju jew tal-kumpanija, l-attivitajiet kummerċjali tagħha, il-kapital reġistrat tagħha, il-kompożizzjoni tal-bord, l-awdituri, is-setgħa tal-firma u data oħra ta' din ix-xorti.
  • il-kontijiet annwali.

Kuntatt

Indirizz tal-uffiċċju

Indirizz postali

Ħinijiet ta' ftuħ

14, rue Erasme
L-1468 Luxembourg - Kirchberg

Tel: (352) 26 428 -1

Faks: (+352) 26 42 85 55

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahelpdesk@lbr.lu

IR-REĠISTRI KUMMERĊJALI TAL-LUSSEMBURGU
L-2961 Luxembourg

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 9.00 sa 12.00 u 13.30 sa 16.00


L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa mingħajr ħlas?

Il-fajls jistgħu jiġu konsultati fl-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali mingħajr ħlas.

Xi informazzjoni bażika hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-sit elettroniku TAR-REĠISTRI KUMMERĊJALI TAL-LUSSEMBURGU:

  • Numru RCS,
  • data ta' reġistrazzjoni,
  • isem,
  • forma ġuridika,
  • indirizz tal-uffiċċju reġistrat,
  • lista tad-dokumenti ippreżentati mill-2006.

Bi ħlas ta' tariffa, jistgħu jinkisbu:

  • estratt li jipprovdi taqsira aġġornata tad-data li persuna fir-reġistru kummerċjali trid tippreżenta
  • kopja elettronika ċċertifikata tad-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali.

It- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatabella tal-prezzijiet hija disponibbli taħt l-intestatura ‘informazzjoni ġenerali-Tariffi’ (General information - Prices).

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu

Tista’ tfittex fil-paġni tar-reġistru kummerċjali fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistri kummerċjali tal-Lussemburgu billi:

  • isem (jew parti mill-isem) jew
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna fir-reġistru.

Il-magna tat-tiftix tas-sit imbagħad itella' lista ta' ismijiet li jaqblu mal-kriterji tat-tiftixa.

Kif tikklikkja fuq l-isem tal-persuni fuq il-lista, tidher l-informazzjoni li ġejja mingħajr ħlas:

  • Numru RCS,
  • data ta' reġistrazzjoni,
  • isem,
  • forma ġuridika,
  • l-iindirizz tal-uffiċċju reġistrat.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

Skont l-Artikoli 19-3 tal-Att emendat dwar ir-reġistru tan-negozji u kumpaniji u dwar il-kontijiet tal-kumpanija u d-dikjarazzjonijiet annwali finanzjarji tad-19 ta’ Diċembru 2002 (loi modifiée du 19 décembre 2002 concernant le registre de commerce et des sociétés ainsi que la comptabilité et les comptes annuels des entreprises), id-dokumenti u l-estratti tad-dokumenti huma eżegwibbli vis-à-vis terzi biss mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Kompendju Online ta’ Kumpaniji u Assoċjazzjonijiet (Ġabra elettronika tal-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet – RESA), ħlief jekk il-kumpanija tista’ turi li t-terzi kkonċernati kienu jafu bihom minn qabel. Il-partijiet terzi jistgħu, madanakollu, jistrieħu fuq id-dokumenti u l-estratti li ma ġewx ippubblikati.

Fejn tranżazzjoni tkun seħħet qabel is-16-il jum wara d-data ta' pubblikazzjoni, dawn id-dokumenti u estratti ma jkollhomx effett vis-à-vis terzi li jistgħu juru illi ma setgħux ikunu jafu bihom.

F'każ ta' diskrepanza bejn it-test li ġie ppreżentat u t-test li ġie ppubblikat mir-RESA, it-test pubblikat ma jistax jintuża kontra terzi. Madanakollu, it-terzi nfushom jistgħu jinvokawhom, sakemm il-kumpanija ma turix illi huma kienu fil-fatt jafu li t-test kien ġie ppreżentat.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu

Ir-reġistru kummerċjali ilu jeżistu sa mill-1909.

Mill-2003, huwa jopera taħt l-awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-ġestjoni tiegħu ġiet fdata lil grupp ta' interess ekonomiku, Ir-Reġistri kummerċjali tal-Lussemburgu. Minn dakinhar, huwa sar kompletament kompjuterizzat.

Id-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali mill-1 ta' Jannar 2006 jiġu diġitalizzati awtomatikament u huma disponibbli f'forma elettronika għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku.

Id-dokumenti ppreżentati mill-bidu tal-ħolqien tar-reġistru kummerċjali fl-1909 huma fil-proċess li jiġu diġitalizzati u jsiru disponibbli għall-pubbliku meta jkunu lesti.

Ir-reġistru kummerċjali mbagħad isir disponibbli kollhu kemm hu għal konsultazzjoni f'format elettroniku.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistri kummerċjali tal-Lussemburgu


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 10/01/2020