Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Lussemburgu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu.


X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru kummerċjali (Registre de Commerce et des Sociétés (RCS)) huwa direttorju uffiċċjali tal- persuni fiżici u ġuridiċi kollha fin-negozju u korpi oħra msemmija mill-Att emendat tad-19 ta' Diċembru 2002.

Ir-reġistru kummerċjali jopera taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja. L-obbligu tal-ġestjoni tar-reġistru tal-kummerċ huwa fdat mill-Ministru għall-Ġustizzja lil Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku GIE RCSL, li jinkludi l-Istat, il-Kamra tal-Kummerċ (Chambre de Commerce) u l-Kamra tas-Snajja' (Chambre des Métiers).

L-għan tar-reġistru kummerċjali huwa li:

  • jassigura illi l-persuni li għalihom hija meħtieġa reġistrazzjoni jew elenkar bil-liġi jistgħu jiġu identifikati, permezz ta' inventarju permanenti,
  • jipprovdi aktar siġurtà għat-tranżazzjonijiet,
  • jipprovdi informazzjoni lil partijiet terzi.

Ir-reġistru kummerċjali jiġbor żewġ tipi ta' dejta:

  • dejta ta' identifikazzjoni u legali, bħal n-numru tan-negozju jew tal-kumpanija, l-attivitajiet kummerċjali tagħha, il-kapital reġistrat tagħha, il-kompożizzjoni tal-bord, l-awdituri, is-setgħa tal-firma u dejta oħra ta' din ix-xorti.
  • il-kontijiet annwali.

Kuntatt

Indirizz tal-uffiċċju

Indirizz postali

Ħinijiet u ġranet ta' ftuħ

Centre administratif Pierre Werner Bâtiment F
13, rue Erasme
Luxembourg - Kirchberg

Tel: (+352) 26 428-1

Fax: (+352) 26 42 85 55

Posta elettronika: helpdesk@rcsl.lu

Registre de Commerce et des Sociétés
L-2961 Luxembourg

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 9.00 sa 12.00 u 13.30 sa 16.00

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa mingħajr ħlas?

Il-fajls jistgħu jiġu konsultati fl-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali mingħajr ħlas.

Xi informazzjoni bażika hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali

  • Numru RCS,
  • data ta' reġistrazzjoni,
  • isem,
  • forma ġuridika,
  • indirizz tal-uffiċċju reġistrat,
  • lista tad-dokumenti ippreżentati mill-2006.

Bi ħlas ta' tariffa, jistgħu jinkisbu:

  • estratt li jipprovdi taqsira aġġornata tad-dejta li persuna fir-reġistru kummerċjali trid tippreżenta
  • kopja elettronika tad-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali.

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatabella tat-tariffi li jridu jitħallsu hija disponibbli onlajn taħt l-intestatura ‘informations générales-Tarifs’ (informazzjoni ġenerali - Tariffi).

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu

Tista' ssir tiftixa fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali bl-:

  • isem (jew parti mill-isem) jew
  • bin- numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna reġistrata.

Il-magna tat-tiftix tas-sit imbagħad itella' lista ta' ismijiet li jaqblu mal-kriterji tat-tiftixa.

Kif tikklikkja fuq l- isem tal-persuni fuq il-lista, tidher l-informazzjoni li ġejja mingħajr ħlas:

  • Numru RCS,
  • data ta' reġistrazzjoni,
  • isem,
  • forma ġuridika,
  • indirizz tal-uffiċċju reġistrat,
  • lista tad-dokumenti ippreżentati mill-2006.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

Skont l-Artikolu 9(4) tal-Att dwar il-Kumpaniji Kummerċjali tal-10 ta' Awwissu 1915, id-dokumenti u l-estratti mid-dokumenti għandhom effetti vis-à-vis partijiet terzi biss mid-data li fiha jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċċjali tal-Lussemburgu (Mémorial C, Recueil des sociétés et associations), sakemm il-kumpanija ma turix illi dawk il-partijiet terzi kien jafu bihom minn qabel. Il-partijiet terzi jistgħu, madanakollu, jistrieħu fuq id-dokumenti u l-estratti li ma ġewx ippubblikati.

Fejn tranżazzjoni tkun seħħet qabel is-16-il jum wara d-data ta' pubblikazzjoni, dawn id-dokumenti u estratti ma jkollhomx effett vis-à-vis partijiet terzi li jistgħu juru illi ma setgħux ikunu jafu bihom.

F'każ ta' diskrepanza bejn it-test li ġie ppreżentat u t-test li ġie ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċċjali, it-test pubblikat ma jistax jintuża kontra partijiet terzi. Madanakollu, il-partijiet terzi nfushom jistgħu jinvokawhom, sakemm il-kumpanija tista' turi illi huma kien fil-fatt jafu li t-test kien ġie ppreżentat.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu

Ir-reġistru kummerċjali ilu jeżistu sa mill-1909.

Mill-2003, huwa jopera taħt l-Awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-ġestjoni tiegħu ġiet fdata lil grupp ta' interess ekonomiku, GIE RCSL. Minn dakinhar, għadda minn proċess sħiħ ta' kompjuterizzazzjoni.

Id-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali mill-1 ta' Jannar 2006 jiġu diġitalizzati awtomatikament u huma disponibbli f'forma elettronika għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku.

Id-dokumenti ppreżentati mill-bidu tal-ħolqien tar-reġistru kummerċjali fl-1090 huma fil-proċess li jiġu diġitalizzati u jsiru disponibbli għall-pubbliku meta jkunu lesti.

Ir-reġistru kummerċjali mbagħad isir disponibbli kollhu kemm hu għal konsultazzjoni f'format elettroniku.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru kummerċjali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/06/2016