Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Olanda

Din it-taqsima tipprovdik b'ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali Netherlandiż.


X'joffri r-reġistru kummerċjali Netherlandiż?

Ir-reġistru kummerċjali Netherlandiż huwa proprjetà u miżmum mill-Kamra tal-Kummerċ Netherlandiża (Kamer van Koophandel), kif awtorizzat mill-gvern permezz tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali.

Dan ir-reġistru joffri ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni (ġuridika) rilevanti kollha dwar l-entitajiet ekonomiċi rilevanti kollha fin-Netherlands. L-entitajiet kollha huma rreġistrati. Dan jinkludi:

  • Kumpaniji (privati u pubbliċi limitati: BVs u NVs)
  • Kummerċjanti waħedhom
  • Assoċjazzjonijiet
  • Fondazzjonijiet
  • Professjonisti (pereżempju avukati, tobba, artisti)
  • Assoċjazzjonijiet tas-sidien
  • Knejjes u
  • Uffiċċji tal-gvern.

L-ammont ta' dejta rreġistrata tvarja skont il-forma ġuridika tal-organizzazzjoni. L-aktar dejta rreġistrata importanti hija:

  • L-isem (irreġistrat legalment)
  • Ismijiet kummerċjali oħra
  • Is-sede
  • L-indirizzi
  • Il-kapital (ishma)
  • Id-diretturi
  • Persuni bi prokura
  • Fergħat
  • Dettalji ta' kuntatt
  • Attivitajiet (skont il-klassifikazzjoni NACE).

Ir-reġistru fih madwar 2.5 miljun entità.

Skont il-liġi Netherlandiża, l-informazzjoni fir-reġistru hija valida (u vinkolanti għall-partijiet terzi), sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. L-obbligu ta' reġistrazzjoni (u reġistrazzjoni ta' kull tibdil) huwa tal-organizzazzjonijiet infushom. Kull bidla trid tkun reġistrata fi żmien ġimgħa minn meta ssir.

Ir-reġistrazzjoni ma tiffurmax parti mill-proċess tat-twaqqif ta' kumpanija fin-Netherlands. Mill-perspettiva legali, kumpanija tista' teżisti fin-Netherlands mingħajr ma tkun ġiet irreġistrata. Għalhekk, għalkemm huwa illegali li ma tirreġistrax, kumpanija mhux reġistrata tista' teżisti u tista' taġixxi bħala kumpanija (kuntrarju għal, pereżempju, is-sitwazzjoni fir-Renju Unit).

Il-kumpaniji b'responsabbiltà (mhux) limitata għandhom ukoll jippreżentaw il-kont annwali tagħhom mar-reġistru kummerċjali. Dan japplika għal madwar 900,000 kumpanija. Il-maġġoranza għandhom jippreżentaw biss karta tal-bilanċ, filwaqt li kumpaniji kbar (ta' bejn wieħed u ieħor 20,000) għandhom jippreżentaw il-kont ta' profitt u telf tagħhom.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Netherlandiż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni bażika dwar ir-reġistru kummerċjali Netherlandiż hija disponibbli bla ħlas permezz tal-internet, iżda għal xi servizzi (pereżempju estratti uffiċjali) tkun meħtieġa miżata.

L-organizzazzjonijiet iħallsu darba biss biex jiġu rreġistrati fir-reġistru kummerċjali. Ma hemm l-ebda miżata annwali, u lanqas mhu dovut ħlas biex jippreżentaw bidliet.

Sa fejn jistgħu jiġu fdati d-dokumenti fir-reġistru?

Id-Direttiva 2012/17/ KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tikkonċerna l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji. Din tipprovdi għall-ħolqien ta' pjattaforma ċentrali Ewropea. Is-sistema ta' reġistri interkonnessi mbagħad tifforma din il-pjattaforma, ir-reġistri tal-Istati Membri u portal li jservi bħala l-punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

Id-Direttiva tistabbilixxi żewġ skadenzi għad-dħul fis-seħħ. Bl-eċċezzjoni ta' għadd żgħir ta' artikoli, l-Istati Membri kellhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva sas-7 ta' Lulju 2014. L-artikoli li jifdal iridu jiġu trasposta fi żmien sentejn minn meta l-Kummissjoni Ewropea tadotta l-atti ta' implimentazzjoni.

Il-leġiżlazzjoni Netherlandiża diġà tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-artikoli inkwistjoni. L-ebda emenda oħra għall-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali tal-2007 jew il-leġiżlazzjoni sekondarja bbażata fuq ma huma meħtieġa sabiex jissodisfaw iż-żewġ skadenzi għat-traspożizzjoni. Ġie ppubblikat avviż għal dan l-iskop fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta tal-Gvern tal-4 ta' Lulju 2014.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali Netherlandiż

Tista' tfittex fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali Netherlandiż hawnhekk:

  • (Parti mill-) isem tal-kumpanija
  • In-numru uffiċjali tar-reġistru kummerċjali
  • L-indirizz u
  • Il-firxa tal-kodiċi postali.

Storja tar-reġistru kummerċjali Netherlandiż

L-informazzjoni hija disponibbli sa mill-bidu tar-reġistru kurrenti (1920). Hemm ukoll dejta disponibbli għall-kumpaniji eqdem.

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Ewropew, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamer van Koophandel


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/10/2016