Bezárás

MÁR ELÉRHETŐ A PORTÁL BÉTA VERZIÓJA!

Látogasson el az európai igazságügyi portál béta verziójának felületére, és mondja el nekünk, milyennek találja!

 
 

Navigációs útvonal

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Rumanija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-Reġistru tan-Negozju Rumen, miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju.


X'informazzjoni fih is-sit uffiċjali tar-Reġistru tan-Negozju Rumen?

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija huwa korp pubbliku b'personalità ġuridika, taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-Uffiċċju huwa responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistru tan-negozju kompjuterizzat ċentrali.

Hemm għadd ta' uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju taħt l-awtorità tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, f'Bukarest u f'kull wieħed mill-41 kontea fir-Rumanija. Dawn huma responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistri tan-negozju lokali.

Skont il-Liġi Nru 26/1990, ir-Reġistru tan-Negozju fih informazzjoni relatata mal-professjonisti mdaħħla fir-reġistru, kif ġej:

  • kumpaniji;
  • kumpaniji nazzjonali;
  • intrapriżi nazzjonali;
  • korporazzjonijiet pubbliċi;
  • kumpaniji kooperattivi;
  • organizzazzjonijiet kooperattivi;
  • gruppi b'interess ekonomiku;
  • gruppi Ewropej b'interess ekonomiku;
  • kumpaniji Ewropej;
  • kumpaniji kooperattivi Ewropej;
  • kummerċjanti waħdiena;
  • impriżi individwali;
  • negozji tal-familja, u
  • persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn previsti mil-liġi.

Ir-Reġistru tan-Negozju jirreġistra d-dokumenti, l-atti u r-referenzi kollha l-identità tal-professjonisti kkonċernati, li r-reġistrazzjoni tagħhom hija meħtieġa mil-liġi, u kull att jew dokument ieħor stipulat espressament mil-liġi.

Is-sit tar-Reġistru tan-Negozju (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/) jipprovdi dan li ġej:

1. dokumenti;
2. informazzjoni u servizzi organizzati skont it-taqsimiet u s-servizzi;
3. informazzjoni relatata mal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju u l-uffiċċji tar-Reġistri tan-Negozju marbutin mat-tribunali;
4. diversi punti ta’ informazzjoni pubblika – aċċess bla ħlas;
5. formoli użati mill-istituzzjoni;
6. formalitajiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju għal kull kategorija ta’ professjonisti u operazzjonijiet;
7. data statistika dwar l-operazzjonijiet irreġistrati.

  • l-istorja tal-istituzzjoni
  • In-netwerk tal-ORC [l-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju]
  • formoli (għall-professjonisti, eċċ.) u formalitajiet
  • tariffi u ħlasijiet oħra għas-servizzi tal-ONRC [l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju]
  • servizzi
  • leġiżlazzjoni
  • data statistika
  • mezzi tax-xandir

Is-servizzi online pprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju jinsabu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi elettroniċi tiegħu, li ġie żviluppat permezz tal-Programm Operazzjonali Settorjali “Inżidu l-Kompetittività Ekonomika, “Investimenti fil-futur tiegħek!” taħt il-proġett “Servizzi online (Gvern elettroniku) ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju liċ-ċrieki kummerċjali permezz ta’ portal apposta”.

Is-servizzi online ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi jinkludu dan li ġej:

  • InfoCert
  • Recom online;
  • Verifika tad-disponibbiltà tal-isem tal-kumpanija u prenotazzjoni online tal-isem tal-kumpanija;
  • Kontrolli preliminari (disponibbiltà u/jew prenotazzjoni ta' isem/logo għal persuni ġuridiċi/fiżiċi, kummerċjanti waħdiena/negozji tal-familja);
  • Reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju u l-awtorizzazzjoni tal-persuni ġuridiċi;
  • Aġġornament tad-dettalji ta' kuntatt tal-kumpaniji rreġistrati fir-Reġistru tan-Negozju;
  • Ksib ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet tal-kumpanija fil-passat, data statistika;
  • Ħruġ ta' dokumenti (ċertifikati);
  • Stat tal-każ;
  • Notifika tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • Deċiżjonijiet ta’ posponiment tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar id-diversi sitwazzjonijiet ta’ persuni ġuridiċi;
  • Data statistika (operazzjonijiet fir-reġistru tan-negozju ċentrali, kumpaniji b'kapital barrani);
  • Formola offline tar-Reġistru tan-Negozju.

Is-servizz "Recom online" jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-professjonisti:

  • l-isem u l-forma tal-organizzazzjoni;
  • informazzjoni ta’ identifikazzjoni (in-numru tal-ordni fir-Reġistru tan-Negozju, l-Identifikatur Uniku Ewropew, il-Kodiċi ta’ Reġistrazzjoni Uniku, l-uffiċċju rreġistrat, id-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpanija (telefown, faks);
  • l-uffiċċju rreġistrat (dokument ta’ prova tal-uffiċċju rreġistrat, id-data minn meta l-prova tal-uffiċċju rreġistrat hija valida, id-data tal-iskadenza tal-prova tal-uffiċċju rreġistrat, it-tul taż-żmien tal-uffiċċju rreġistrat);
  • il-kapital imħallas u abbonat;
  • l-attività ewlenija tal-professjonist iddikjarat/awtorizzat;
  • l-attivitajiet sekondarji tal-professjonist iddikjarat/awtorizzat;
  • data li tirrigwarda l-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi assoċjati;
  • data li tirrigwarda l-identifikazzjoni tad-diretturi;
  • data li tirrigwarda l-logos:
  • data li tirrigwarda l-fergħat/is-sussidjarji/is-sottodiviżjonijiet (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • data li tirrigwarda l-uffiċċji sekondarji/il-postijiet tax-xogħol (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • data li tirrigwarda uffiċċji rreġistrati u/jew attivitajiet awtorizzati skont l-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 359/2004;
  • data li tirrigwarda d-drittijiet tal-proprjetà;
  • data li tirrigwarda arranġamenti mal-kredituri;
  • data li tirrigwarda fatti koperti mill-Artikolu 21(e) sa (h) tal-Liġi 26/1990;
  • data li tirrigwarda r-referenzi l-oħrajn;
  • data dwar il-karta tal-bilanċi (fatturat, l-għadd medju ta’ impjegati, profitt gross), meta din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi.

L-aċċess tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija huwa bla ħlas?

L-informazzjoni mogħtija mir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju. L-aċċess għall-informazzjoni jkun jista’ jingħata wara r-reġistrazzjoni bħala utent (billi jinħolqu identifikatur tal-utent u password) u jkun mingħajr ħlas.

L-informazzjoni fil-portal tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju hija strutturata mis-servizzi pprovduti. Xi informazzjoni tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas, u xi informazzjoni oħra bi ħlas, f'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

L-informazzjoni disponibbli tinkludi dan li ġej:

  • L-informazzjoni ġenerali għal persuni interessati li jwettqu ċerti attivitajiet irregolati, kif applikabbli (professjonisti, persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet, eċċ), tista' tiġi aċċessata minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/).
  • Il-komponent ibbażat fuq l-abbonament mas-servizz “Recom online” jista’ jiġi aċċessat wara l-konklużjoni ta’ kuntratt mal-benefiċjarju. Huwa assigurat li wieħed ikollu aċċess 24 siegħa kuljum.
  • Formoli elettroniċi.
  • L-istat tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju jista’ jiġi aċċessat mingħajr ħlas.
  • It-taqsima dwar id-deċiżjonijiet li jipposponu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ppreżentati lir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas.
  • Ċerta informazzjoni pubblika (dikjarazzjonijiet finanzjarji, stralċ volontarju, stralċ statutorju, eċċ.) tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas.

It-taqsimiet kollha tas-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/ jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas u huma disponibbli 24 siegħa kuljum.

Kif tfittex fir-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Wieħed jista’ jfittex l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-servizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRecom online billi juża l-kriterji li ġejjin:

  • isem il-professjonist;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju;
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
  • il-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat;

L-informazzjoni ġenerali għall-persuni interessati disponibbli bla ħlas mis-servizz Recom online tinkludi:

  • isem il-professjonist irreġistrat fir-Reġistru tan-Negozju;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju;
  • L-Identifikatur Uniku Ewropew (EUID);
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
  • l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat/tal-professjonist;
  • l-istatus ta’ kumpanija (eż. il-funzjoni, ix-xoljiment, il-likwidazzjoni, il-falliment, id-dereġistrazzjoni);

L-Istorja tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Ir-Reġistru tan-Negozju twaqqaf fl-1990, permezz tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju.

Fit-tieni nofs tal-2011 ġie varat portal iddedikat li jipprovdi servizzi ġodda online liċ-ċrieki kummerċjali u lil persuni interessati oħrajn.

L-għanijiet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju:

  • li jinforma ċ-ċrieki kummerċjali, il-korpi pubbliċi, il-mezzi tax-xandir u persuni interessati oħrajn b'operazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ għall-aċċess tal-informazzjoni;
  • li jnaqqas il-konġestjoni fl-uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ biex jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' reġistrazzjoni lir-Reġistru tan-Negozju;
  • li jissemplifika l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' professjonisti, għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja, u għal talbiet għal informazzjoni u dokumenti;
  • li jipprovdi lill-applikanti online b'informazzjoni f'ħin reali dwar data fir-Reġistru tan-Negozju.

Kemm jista' wieħed iserraħ fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Ir-Reġistru tan-Negozju Rumen twaqqaf u jopera skont il-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata. Awtorizzazzjoni għat-twaqqif ta' entitajiet suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju, l-operazzjoni tagħhom u r-reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju, u r-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe emenda għad-dokumenti fundaturi, jew aspetti oħrajn stipulati espressament, jinħarġu skont il-Liġi Nru 26/1990, l-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, il-Liġi Nru 359/2004, u r-regoli ta' implimentazzjoni għaż-żamma tar-reġistri tan-negozju, ir-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet u l-forniment ta' informazzjoni, approvati mill-Ordni Nru 2594/C/2008 tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-aspetti speċifiċi ta' kull tip ta' attività li tkun suġġetta għall-obbligu li tiddaħħal fir-Reġistru tan-Negozju huma rregolati minn atti leġiżlattivi speċifiċi. L-aktar importanti huma l-Liġi dwar il-Kumpaniji Nru 31/1990, il-Liġi Nru 1/2005 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-kooperattivi, il-Liġi 566/2004 dwar il-Kooperattivi Agrikoli, l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 44/2008 dwar it-twettiq tal-attivitajiet tan-negozju minn kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali, u negozji tal-familja, u l-Liġi Nru 161/2003 dwar ċerti miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rwol tal-uffiċjali pubbliċi, li jeżerċitaw funzjonijiet pubbliċi jew imexxu negozju, u biex jipprevjenu u jippenalizzaw il-korruzzjoni.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ hawn taħt jiddikjaraw li terzi jistgħu joqogħdu fuq l-informazzjoni u d-dokumenti fir-Reġistru tan-Negozju, f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji.

  1. L-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata, jgħid li "qabel ma jibdew attività ekonomika, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li ġejjin għandhom japplikaw biex ikunu rreġistrati jew jiddaħħlu, kif applikabbli, fir-Reġistru tan-Negozju: kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja, kumpaniji, intrapriżi nazzjonali u kumpaniji nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, raggruppamenti b’interess ekonomiku, kumpaniji kooperattivi, għaqdiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, kumpaniji kooperattivi Ewropej, raggruppamenti Ewropej b’interess ekonomiku bl-uffiċċji prinċipali fir-Rumanija, u kull persuna fiżika jew ġuridika kif stipulat fil-liġi."

    Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) tal-Liġi msemmija iktar ’il fuq tgħid li "tul l-attività tagħhom jew fi tmiemha, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jitolbu li fl-istess reġistru jiddaħħlu referenzi relatati mad-dokumenti u l-atti suġġetti għal reġistrazzjoni statutorja."
  1. L-għoti ta' informazzjoni mdaħħla fir-Reġistru tan-Negozju u l-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti relatati jsiru b'konformità mal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata

(1) Ir-Reġistru tan-Negozju huwa aċċessibbli għall-pubbliku.

(2) L-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju għandu jipprovdi, a spejjeż tal-persuna li tkun qed tirreġistra t-talba, informazzjoni, siltiet mir-reġistru u ċertifikati li jirrigwardaw id-data rreġistrata fir-Reġistru tan-Negozju u ċertifikati li jikkonfermaw jekk dokument jew att partikolari ġiex irreġistrat jew le, kopji u kopji ċċertifikati tar-reġistrazzjonijiet fir-reġistru u d-dokumenti ppreżentati, li għalihom se jintalab ħlas.

(3) Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (2) jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.

(4) Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (2), f’format elettroniku, b’firma elettronika estiża inkluża, mehmuża jew marbuta, jistgħu jintalbu u jinħarġu b’mezzi elettroniċi permezz tal-portal tas-servizzi online tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju. Jistgħu jintalbu wkoll permezz tal-Punt ta’ Kuntatt Uniku (PSC), f’konformità mal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 49/2009 dwar il-libertà tal-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-Rumanija, kif emendat bil-Liġi Nru 68/2010.

(5) Il-ħlas għall-forniment ta' kopji u/jew informazzjoni, irrispettivament mill-metodu ta' konsenja, ma jistax ikun ogħla mill-ispejjeż amministrattivi mġarrba għall-forniment tagħhom.

Art. 41

(1) Kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-pubbliku permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali, a spejjeż tal-applikant.

(2) It-tariffi imposti biex jiġu pprovduti kopji u/jew informazzjoni mir-Reġistru tan-Negozju permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali m’għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi assoċjati.

L-eżekutorjetà tad-dokumenti u l-atti ta' persuni suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju hija stipulata fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata:
(1) Ir-reġistrazzjoni u r-referenzi jistgħu jiġu eżegwiti kontra terzi minn dakinhar li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju, jew jiġu ppubblikati fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew f'pubblikazzjoni oħra, kif stipulat mil-liġi.
(2) Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżekutorjetà kontra terzi ta' dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk it-terzi kienu jafu b'dawk id-dokumenti u atti.
(3) L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju għandu jippubblika fuq is-sit tiegħu u fil-portal tas-servizzi online u jippreżenta għall-pubblikazzjoni fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika informazzjoni aġġornata dwar il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-pubblikazzjoni u l-eżekutorjetà kontra terzi ta’ dokumenti, atti u referenzi ta’ persuni li meħtieġa jirreġistraw fir-reġistru kummerċjali.”

Barra minn hekk, kumpaniji suġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali f'dan ir-rigward, jiġifieri l-Artikoli 50-53 tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-Kumpaniji, ippubblikata mill-ġdid kif emendata:

L-Artikolu 50
(1) Dokumenti jew atti li ma ġewx ippubblikati kif stipulat mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra terzi, sakemm il-kumpanija ma tippreżentax provi li dawk it-terzi kienu jafu bihom.

(2) Kull operazzjoni mwettqa minn kumpanija qabel is-16-il jum mill-pubblikazzjoni fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija tar-rapport tal-imħallef li jkun qed jippresjedi (bħalissa, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mid-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, b'konformità mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, kif emendat) ma tistax tiġi eżegwita kontra terzi, jekk dawk it-terzi jistgħu juru li kien impossibbli li jkunu jafu b'dawk l-operazzjonijiet.

L-Artikolu 51
Madankollu, it-terzi jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li għadhom ma ġewx ippubbliċizzati, sakemm dak in-nuqqas ta’ pubbliċità ma tkunx tipprevjeni li jidħlu fis-seħħ.
L-Artikolu 52
(1) F’każ ta' inkonsistenza bejn it-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju u t-test ippubblikat fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-gazzetti, il-kumpanija ma tkunx tista' teżegwixxi t-test ippubblikat kontra terzi. Terzi jistgħu jeżegwixxu t-test ippubblikat kontra l-kumpanija, sakemm il-kumpanija ma turix li kienu jafu bit-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju.

L-Artikolu 12(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata, jgħid:

(1) Ir-Reġistru tan-Negozju għandu jikkonsisti minn reġistru għar-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi li jkunu kumpaniji, kumpaniji nazzjonali jew intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, raggruppamenti b’interess ekonomiku, għaqdiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, raggruppamenti Ewropej b’interess ekonomiku, jew persuni ġuridiċi oħrajn kif stipulat espressament mil-liġi bl-uffiċċji prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija, reġistru għar-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi li huma kumpaniji kooperattivi jew kumpaniji kooperattivi Ewropej bl-uffiċċji prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija u reġistru għar-reġistrazzjoni ta' kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja b'uffiċċji professjonali jew sekondarji fir-Rumanija. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu f’sistema kompjuterizzata.

  1. L-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata, flimkien mal-Artikolu 1 tal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 dwar l-introduzzjoni ta' ċerti miżuri relatati mar-reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 84/2010, jgħid li "reġistrazzjonijiet li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju bbażati fuq id-deċiżjoni tad-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju jew, meta applikabbli, sentenza finali tal-qorti, ħlief fejn il-liġi tistipula mod ieħor.”
    L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata, jistipula li "d-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju hija d-data meta tkun effettivament iddaħħlet ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru."
    L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata, tgħid li "reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju jiddaħħlu fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni maħruġa mid-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, u f'każ ta' reġistrazzjoni ta' professjonist fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni li tawtorizza r-reġistrazzjoni."

L-Artikolu 51(2) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata, jistipula li "reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju jiddaħħlu elettronikament, kemm fl-uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju annessi ma' tribunali u kemm fir-reġistru kompjuterizzat ċentrali.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHawnhekk issib iktar informazzjoni.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit uffiċjali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Dokumenti relatati

Il-Liġi Nru 26/1990 PDF(669 Kb)ro

L-ORDNI TA' EMERĠENZA TAL-GVERN Nru 116/2009PDF(255 Kb)ro

IR-REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI tal-10 ta' Ottubru 2008 dwar iż-żamma ta' reġistri tan-negozju PDF(1034 Kb)ro

IL-LIĠI Nru 359/2004 PDF(527 Kb)ro


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/11/2019