Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri kummerċjali fl-Istati Membri - Rumanija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-Reġistru tan-Negozju Rumen, miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju


X'informazzjoni fih is-sit uffiċjali tar-Reġistru tan-Negozju Rumen?

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija huwa korp pubbliku b'personalità ġuridika, taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-Uffiċċju huwa responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistru tan-negozju kompjuterizzat ċentrali.

Hemm għadd ta' uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju taħt l-awtorità tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, f'Bukarest u f'kull wieħed mill-41 kontea fir-Rumanija. Dawn huma responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistri tan-negozju lokali.

Skont il-Liġi Nru 26/1990, ir-Reġistru tan-Negozju fih informazzjoni relatata mal-professjonisti mdaħħla fir-reġistru, kif ġej:

  • kumpaniji;
  • intrapriżi nazzjonali;
  • kumpaniji nazzjonali;
  • korporazzjonijiet pubbliċi;
  • kumpaniji kooperattivi;
  • organizzazzjonijiet kooperattivi;
  • istituzzjonijiet finanzjarji;
  • gruppi b'interess ekonomiku;
  • gruppi Ewropej b'interess ekonomiku;
  • kumpaniji Ewropej;
  • kumpaniji kooperattivi Ewropej;
  • kummerċjanti waħdiena;
  • impriżi individwali;
  • negozji tal-familja, u
  • persuni oħrajn kif stipulat espressament mil-liġi.

Ir-Reġistru tan-Negozju jirreġistra d-dokumenti u l-atti kollha, l-identità tal-professjonisti kkonċernati u kull fejn jissemmew, li r-reġistrazzjoni tagħhom hija meħtieġa mil-liġi, u kull att u dokument ieħor stipulat espressament mil-liġi.

Is-sit tar-Reġistru tan-Negozju (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/) jipprovdi dan li ġej:

1. dokumenti;
2. informazzjoni u servizzi organizzati skont it-taqsimiet u s-servizzi;
3. informazzjoni relatata mal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju u l-uffiċċji tar-Reġistri tan-Negozju marbutin mat-tribunali;
4. diversi punti ta’ informazzjoni pubblika – aċċess bla ħlas;
5. formoli użati mill-istituzzjoni;
6. formalitajiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju għal kull kategorija ta’ kumpaniji u operazzjonijiet;
7. dejta statistika dwar l-operazzjonijiet irreġistrati.

  • L-istorja tal-istituzzjoni
  • In-netwerk tal-ORC [l-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju]
  • Formoli (għall-professjonisti, eċċ.) u formalitajiet
  • Tariffi u ħlasijiet oħra għas-servizzi tal-ONRC [l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju]
  • Servizzi
  • Leġiżlazzjoni
  • Dejta statistika
  • Mezzi tax-xandir

Is-servizzi onlajn ipprovduti mir-Reġistru tan-Negozju jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, li ġie żviluppat permezz tal-Programm Operattiv Settorjali "Inżidu l-Kompetittività Ekonomika", "Investimenti għall-futur tiegħek!", taħt il-proġett "Servizzi onlajn (e-Government) ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju lill-komunità tan-negozju permezz ta' portal iddedikat".

Is-servizzi onlajn ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi jinkludu dan li ġej:

  • Recom onlajn;
  • kontrolli preliminari (disponibbiltà u/jew prenotazzjoni ta' isem/logo għal persuni ġuridiċi/fiżiċi, kummerċjanti waħdiena/negozji tal-familja);
  • reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju;
  • aġġornament tad-dettalji ta' kuntatt tal-kumpaniji rreġistrati fir-Reġistru tan-Negozju;
  • aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet ta' kumpanija fil-passat, dejta statistika;
  • ħruġ ta' dokumenti (ċertifikati);
  • stat tal-każ;
  • notifika tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • deċiżjonijiet ta’ posponiment tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • dejta statistika (operazzjonijiet fir-reġistru tan-negozju ċentrali, kumpaniji b'kapital barrani).

Is-servizz "Recom onlajn" jipprovdi din l-informazzjoni:

  • l-isem;
  • l-uffiċċju rreġistrat:
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju;
  • l-istatus tal-kumpanija;
  • it-telefown;
  • it-telex;
  • il-faks;
  • il-kapital imħallas u abbonat;
  • l-attività ewlenija ddikjarata mill-professjonist;
  • l-attività sekondarja ddikjarata mill-professjonist;
  • dejta li tirrigwarda l-membri, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi (l-indirizz/l-uffiċċju rreġistrat, il-kapital, l-għadd u t-tip ta' ishma miżmuma, id-data u l-post tat-twelid għall-membri li huma persuni fiżiċi, in-numri tal-identità personali / in-numri ta’ reġistrazzjoni uniċi);
  • dejta li tirrigwarda l-amministraturi (l-indirizz/uffiċċju rreġistrat, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid, is-setgħat);
  • dejta li tirrigwarda l-fergħat u sottodiviżjonijiet (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • dejta li tirrigwarda l-uffiċċji sekondarji (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • dejta li tirrigwarda l-karta tal-bilanċ (il-fatturat, l-għadd medju ta' impjegati, il-profitt gross), meta din l-informazzjoni tkun disponibbli.

L-aċċess tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija huwa bla ħlas?

L-informazzjoni mogħtija mir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonlajn permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju. L-aċċess ikun possibbli wara li wieħed jirreġistra bħala utent (billi joħloq username u password), wara l-konklużjoni ta’ ftehim mal-klijenti, wara applikazzjoni bi ħlas.

  • L-informazzjoni ġenerali għal persuni interessati li jwettqu ċerti attivitajiet irregolati, kif applikabbli (professjonisti, persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, korpi pubbliċi u awtoritajiet, eċċ), tista' tiġi aċċessata minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/;
  • Il-komponent bi ħlas tas-servizz “Recom onlajn” huwa disponibbli wkoll wara li wieħed jirreġistra bħala utent. Huwa żgurat li wieħed ikollu aċċess 24 siegħa kuljum;
  • Il-formoli elettroniċi jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju biss, wara li wieħed ikun irreġistra bħala utent (billi joħloq username u password);
  • It-taqsima dwar l-istat tal-applikazzjonijiet biex jiddaħħlu reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas;
  • It-taqsima dwar id-deċiżjonijiet li jipposponu l-applikazzjonijiet biex jiddaħħlu atti fir-Reġistru tan-Negozju tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas;
  • Ċerta informazzjoni pubblika (dikjarazzjonijiet finanzjarji, stralċ volontarju, stralċ statutorju, eċċ.) tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas;
  • It-taqsimiet kollha tas-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/en/ jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas u huma disponibbli 24 siegħa kuljum.
  • Is-servizzi disponibbli fuq il-portal tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju huma parzjalment mingħajr ħlas, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ;
  • L-aċċess għal kwalunkwe servizz permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tar-Reġistru tan-Negozju Nazzjonali jirrikjedi awtentikazzjoni.

Kif tfittex fir-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Wieħed jista’ jfittex l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-servizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRecom onlajn billi juża l-kriterji li ġejjin:

  • isem il-kumpanija;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju;
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
  • il-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat;

L-informazzjoni ġenerali għall-persuni interessati disponibbli bla ħlas tinkludi:

  • isem il-kumpanija;
  • il-belt u l-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija;
  • in-numru tar-Reġistru tan-Negozju (maħruġ mir-reġistru tan-negozju kompjuterizzat);
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku (maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi);
  • l-istatut ta' assoċjazzjoni;
  • l-uffiċċju rreġistrat preċedenti;
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mhux skambjat;
  • il-kapital sottoskritt skont il-limitu statutorju;
  • stralċ;
  • falliment;
  • in-nuqqas ta' karta tal-bilanċ annwali fir-Reġistru tan-Negozju;
  • id-data tal-aħħar reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju.

L-Istorja tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Ir-Reġistru tan-Negozju twaqqaf fl-1990, permezz tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju.

Fit-tieni nofs tal-2011 ġie varat portal iddedikat li jipprovdi servizzi ġodda onlajn liċ-ċrieki kummerċjali u lil persuni interessati oħrajn.

L-għanijiet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju:

  • li jinforma ċ-ċrieki kummerċjali, il-korpi pubbliċi, il-mezzi tax-xandir u persuni interessati oħrajn b'operazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ għall-aċċess tal-informazzjoni;
  • li jnaqqas il-konġestjoni fl-uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ biex jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' reġistrazzjoni lir-Reġistru tan-Negozju;
  • li jissemplifika l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' professjonisti, għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja, u għal talbiet għal informazzjoni u dokumenti;
  • li jipprovdi lill-applikanti onlajn b'informazzjoni f'ħin reali dwar dejta fir-Reġistru tan-Negozju.

Kemm jista' wieħed iserraħ fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Ir-Reġistru tan-Negozju Rumen twaqqaf u jopera skont il-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat. Awtorizzazzjoni għat-twaqqif ta' entitajiet suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju, l-operazzjoni tagħhom u r-reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju, u r-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe emenda għad-dokumenti fundaturi, jew aspetti oħrajn stipulati espressament, jinħarġu skont il-Liġi Nru 26/1990, l-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, il-Liġi Nru 359/2004, u r-regoli ta' implimentazzjoni għaż-żamma tar-reġistri tan-negozju, ir-reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet u l-forniment ta' informazzjoni. L-aspetti speċifiċi ta' kull tip ta' attività li tkun suġġetta għall-obbligu li tiddaħħal fir-Reġistru tan-Negozju huma rregolati minn atti leġiżlattivi speċifiċi. L-iktar importanti huma l-Liġi Nru 31/1990, il-Liġi Nru 1/2005, il-Liġi Nru 566/2004, l-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 44/2008, u l-Liġi Nru 161/2003.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' hawn isfel jgħidu li partijiet terzi jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni u d-dokumenti fir-Reġistru tan-Negozju, b'konformità mal-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE, kif introdott mid-Direttiva 2012/17/UE.

  1. L-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jistipula li "qabel ma jibdew attività ekonomika, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li ġejjin għandhom japplikaw biex ikunu rreġistrati jew jiddaħħlu, kif applikabbli, fir-Reġistru tan-Negozju: kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja, kumpaniji, kumpaniji nazzjonali u intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, raggruppamenti ta' interess ekonomiku, kumpaniji kooperattivi, għaqdiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, kumpaniji kooperattivi Ewropej, raggruppamenti Ewropej ta' interess ekonomiku bl-uffiċċji prinċipali fir-Rumanija, u kull persuna fiżika jew ġuridika kif stipulat fil-liġi."


    Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) tal-Liġi msemmija iktar 'il fuq tgħid li "tul l-attività tagħhom jew fi tmiemha, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jitolbu li fl-istess reġistru jiddaħħlu annotazzjonijiet relatati mad-dokumenti u l-atti suġġetti għal reġistrazzjoni statutorja".
  1. L-għoti ta' informazzjoni mdaħħla fir-Reġistru tan-Negozju u l-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti relatati jsiru b'konformità mal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat:

(1) Ir-Reġistru tan-Negozju huwa aċċessibbli għall-pubbliku.

(2) L-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju għandu jipprovdi, bl-ispejjeż imħallsa mill-persuna li tippreżenta t-talba, kopji ċċertifikati tal-atti fir-reġistru u d-dokumenti ppreżentati, informazzjoni dwar id-dejta fir-Reġistru tan-Negozju u ċertifikati li jikkonfermaw jekk kienx irreġistrat dokument jew att partikolari.

(3) Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (2) jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.
(4) Jekk jintalab hekk, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (1) jistgħu jinħarġu f'forma elettronika, jintbagħtu onlajn, b'firma elettronika estiża inkluża, mehmuża jew b'ħolqa għaliha.

(5) Il-ħlas għall-forniment ta' kopji u/jew informazzjoni, irrispettivament mill-metodu ta' konsenja, ma jistax ikun ogħla mill-ispejjeż amministrattivi mġarrba għall-forniment tagħhom."

L-eżekutorjetà tad-dokumenti u l-atti ta' persuni suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju hija stipulata fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat:

(1) Ir-reġistrazzjoni u l-annotazzjonijiet għandhom effetti fuq partijiet terzi minn dakinhar li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju, jew jiġu ppubblikati fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew f'pubblikazzjoni oħra, kif stipulat mil-liġi.
(2) Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżekutorjetà kontra partijiet terzi ta' dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk il-partijiet terzi kienu jafu b'dawk id-dokumenti u atti.
"

Barra minn hekk, kumpaniji suġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali f'dan ir-rigward, jiġifieri l-Artikoli 50-53 tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji, ippubblikat mill-ġdid kif emendat:

L-Artikolu 50(1) Dokumenti jew atti li ma ġewx ippubblikati kif stipulat mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi, sakemm il-kumpanija ma tippruvax li dawk il-partijiet terzi kienu jafu bihom.

(2) Kull operazzjoni mwettqa minn kumpanija qabel is-16-il jum mill-pubblikazzjoni fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija tar-rapport tal-imħallef (bħalissa, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-kap tal-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju, b'konformità mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, kif emendat) ma tistax tiġi eżegwita kontra partijiet terzi, jekk dawk il-partijiet terzi jistgħujuru li kien impossibbli li jkunu jafu b'dawk l-operazzjonijiet.

L-Artikolu 51 Madankollu, partijiet terzi jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma ġewx ippubblikati, sakemm il-fatt li ma ġewx ippubblikati ma jħassarx l-effett tagħhom.

L-Artikolu 52(1) Fil-każ ta' inkonsistenza bejn it-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju u t-test ippubblikat fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-gazzetti, il-kumpanija ma tkunx tista' teżegwixxi t-test ippubblikat kontra partijiet terzi. Partijiet terzi jistgħu jeżegwixxu t-test ippubblikat kontra l-kumpanija, sakemm il-kumpanija ma tipprovax li kienu jafu bit-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju. (L-Artikolu 52 fil-Kapitolu IV taħt it-Titolu II kien emendat bl-Artikolu I(31) tal-Liġi Nru 441/2006 tal-1 ta' Diċembru 2006)

L-Artikolu 12(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jgħid:

(1) Ir-Reġistru tan-Negozju għandu jikkonsisti minn reġistru għar-reġistrazzjoni ta' persuni ġuridiċi li jkunu kumpaniji, kumpaniji nazzjonali jew intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, raggruppamenti ta' interess ekonomiku, għaqdiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, raggruppamenti Ewropej ta' interess ekonomiku, jew persuni ġuridiċi oħrajn kif stipulat espressament mil-liġi bl-uffiċċji prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija, reġistru għar-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi li huma kumpaniji kooperattivi jew kumpaniji kooperattivi Ewropej bl-uffiċċji prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija u reġistru għar-reġistrazzjoni ta' kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja b'uffiċċji professjonali jew sekondarji fir-Rumanija. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu f'sistema kompjuterizzata (l-Artikolu 12(1) fil-Kapitolu II kien emendat bl-Artikolu I(5) tal-Liġi Nru 152/2015 tas-16 ta' Lulju 2015).

  1. L-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, flimkien mal-Artikolu 1 tal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 dwar l-introduzzjoni ta' ċerti miżuri relatati mad-dħul ta' reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 84/2010, jistipula li "reġistrazzjonijiet li jiddaħħlu fir-Reġistru tan-Negozju bbażati fuq id-deċiżjoni tal-kap tal-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju jew, meta applikabbli, sentenza finali tal-qorti, ħlief fejn il-liġi tistipula mod ieħor".


    L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jistipula li "d-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tan-Negozju hija d-data meta tkun effettivament iddaħħlet ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru".


    Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) tal-att leġiżlattiv imsemmi fuq, flimkien mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 jistipula li "reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju jiddaħħlu fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni maħruġa mill-kap tal-uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju / persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju, u f'każ ta' reġistrazzjoni ta' professjonist fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni li tawtorizza r-reġistrazzjoni".


    L-Artikolu 51(2) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, jistipula li "reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju jiddaħħlu elettronikament, kemm fl-uffiċċji tar-Reġistru tan-Negozju annessi ma' tribunali u kemm fir-reġistru kompjuterizzat ċentrali".


    Tista' ssib iktar informazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Ħoloq relatati

Is-sit uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju tar-Rumanija

Dokumenti relatati

Il-Liġi Nru 26/2012PDF(669 Kb)ro

L-Ordni ta' Emerġenza Nru 116/2009PDF(255 Kb)ro

Ir-Regoli ta' implimentazzjoni tal-10 ta' Ottubru 2008 dwar iż-żamma ta' reġistri tan-negozjuPDF(1034 Kb)ro

Il-Liġi Nru 359/2004PDF(527 Kb)ro


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2016