Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġurisprudenza


It-terminu “ġurisprudenza” jirreferi għar-regoli u għall-prinċipji li jiġu żviluppati f’sentenzi u f’opinjonijiet ġudizzjarji mill-qrati tal-liġi. Meta jiddeċiedu kawża, il-qrati jagħtu interpretazzjonijiet tal-liġi, li huma kontributi għall-ġurisprudenza. Il-ġurisprudenza tiġi ppubblikata f’diversi modi (rapporti u ġurnali legali, siti elettroniċi tal-qrati, bażijiet tad-dejta legali).


Ġurisprudenza

Is-sentenzi u l-opinjonijiet tal-qrati jipprovdulna l-interpretazzjonijiet tal-liġi. Dawn l-interpretazzjonijiet imbagħad jistgħu jiġu ċċitati minn qrati jew minn awtoritajiet oħrajn bħala “preċedenti” u/jew ġurisprudenza. L-influwenza tal-ġurisprudenza tista’ tkun partikolarment importanti f’oqsma li mhumiex koperti jew huma koperti biss parzjalment minn dak li jissejjaħ id-dritt statutorju, jiġifieri l-liġi miktuba stabbilita minn leġiżlatura (bħall-Parlament). Dan ifisser li f’ċerti ċirkustanzi, d-dritt jista’ anki joriġina mill-qrati.

Għal uħud mill-pajjiżi l-ġurisprudenza hija sors prinċipali tal-liġi u d-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri tal-appell jitqiesu bħala normattivi – jiġifieri li jistabbilixxi r-regoli li għandhom, jew f’uħud mill-każijiet iridu, jintużaw sabiex ikun deċiż tilwim legali simili (imsejjaħ “preċedent vinkolanti”, partikolarment f’pajjiżi b’sistema legali bbażata fuq il-common law, bħal fir-Renju Unit). F’bosta pajjiżi oħrajn (partikolarment fost dawk li jsegwu t-tradizzjoni tad-dritt ċivili derivata mid-dritt Ruman), il-qrati mhumiex marbuta strettament bir-regoli u bil-prinċipji tal-ġurisprudenza.

Parti kbira minn:

hija aċċessibbli permezz ta’ numru konsiderevoli ta’ bażijiet tad-dejta. Il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika (e-Justice) anki jekk mhux maħsub li jkun eżawrjenti, jagħtik punt ta’ dħul ċentrali għal bażijiet tad-dejta bħal dawn. Il-parti l-kbira tagħhom huma mingħajr ħlas, iżda biex ikollok aċċess għal oħrajn trid tħallas.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2016