Liġi ċivili

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tqiegħed għad-disponibbiltà materjal għat-taħriġ li jkun utli kemm għall-ġuristi għall-użu proprju kif ukoll għal min iħarreġ lill-ġuristi bħala riżorsa għall-ħidma tagħhom fil-qasam tal-liġi ċivili.

Moduli ta’ taħriġ (materjal għall-għalliema u l-organizzaturi tal-korsijiet)

Id-divorzju u l-manteniment transfruntiera: il-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri f'kuntest transfruntier, inkluż is-sekwestru tat-tfal

Il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar

Materjal ta’ taħriġ (dokumenti b'test)

Introduzzjoni għall-medjazzjoni fl-UE (il-Kummissjoni Ewropea)

Korsijiet ta' tagħlim elettroniku

Cross-border divorce and maintenance: il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli (il-Kummissjoni Ewropea)

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri f'kuntest transfruntier, inkluż is-sekwestru tat-tfal (il-Kummissjoni Ewropea)

L-aspetti tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-ġustizzja ċivili (In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN)

L-imħallef fil-qasam ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (L-iskola Spanjola tat-taħriġ ġudizzjarju)

Kurrikula ta' taħriġ

Kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili rakkomandati min-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN

Taħriġ tal-lingwa

Manwal dwar it-"taħriġ fil-lingwi fuq il-vokabularju tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili" (In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN)

Il-moduli ta' taħriġ jinkludu:

  • gwida għall-ħarrieġa u l-fornituri tat-taħriġ, li tinkludi informazzjoni u pariri dwar kif għandu jiġi organizzat workshop biex jitwassal il-modulu ta' taħriġ, informazzjoni dwar il-programm u l-metodi tat-tagħlim li għandhom jintużaw, il-materjal ta' taħriġ, leġiżlazzjoni u ġurisprudenza tal-UE relatata, Konvenzjonijiet internazzjonali relatati, materjali oħra relatati (pereżempju rapporti, noti ta' informazzjoni), bibljografija ġenerali u taqsima nazzjonali b'informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u ġurisprudenza tal-Istati Membri relevanti; eżerċizzji prattiċi (studji ta' każijiet) b'soluzzjonijiet suġġeriti (għall-użu fil-workshops) u eżempji ta' preżentazzjonijiet bil-PowerPoint;
  • pakkett għall-utent għall-professjonisti legali, li jinkludi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, preżentazzjoni qasira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u bibljografija; kif ukoll
  • kors ta' tagħlim elettroniku għall-professjonisti legali.

Moduli ta’ taħriġ (materjal għall-għalliema u l-organizzaturi tal-korsijiet)

Id-divorzju u l-manteniment transfruntiera: il-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli

Il-modulu ta’ taħriġ huwa strutturat bħala “pakkett ta’ taħriġ” u jinkludi l-materjal meħtieġ għat-tmexxija ta’ workshop dwar id-divorzju u l-manteniment transfruntiera tal-UE, b’taqsimiet tematiċi fuq: il-ġurisdizzjoni u l-proċedura ta’ divorzju transfruntier, il-liġi applikabbli għal divorzju transfruntier, il-manteniment transfruntier — il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u l-proċeduri tal-irkupru tal-manteniment u inizjattivi tal-UE fil-qasam tar-reġimi ta’ proprjetà matrimonjali.

Il-gwida għall-ħarrieġa tinsab bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan.

Il-pakkett tal-utent jinkludi preżentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE PDF (217 Kb) en, preżentazzjoni qasira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-UE PDF (5728 Kb) en, bibljografija PDF (7688 Kb) en u kors tat-tagħlim elettroniku.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri f'kuntest transfruntier, inkluż is-sekwestru tat-tfal

Il-modulu ta’ taħriġ huwa strutturat bħala “pakkett ta’ taħriġ” u jinkludi l-materjal meħtieġ għat-tmexxija ta’ workshop dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, b’taqsimiet tematiċi fuq: ir-responsabbiltà tal-ġenituri transfruntiera, il-proċedura fi kwistjonijiet familjari, il-proċedura għal deċiżjoni preliminari fi kwistjonijiet familjari u l-medjazzjoni tal-familja.

Il-gwida għall-ħarrieġa tinsabfl-Ingliż, fit-Taljan, fil-Grieg, fil-Ġermaniż, fl-Ispanjol u fil-Franċiż.

Il-pakkett tal-utent jinkludi preżentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE PDF (420 Kb) en, preżentazzjoni qasira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-UE PDF (5239 Kb) en, bibljografija PDF (7535 Kb) en u kors tat-tagħlim elettroniku.

Il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar

Il-modulu ta’ taħriġ huwa strutturat bħala “pakkett ta’ taħriġ” u jinkludi l-materjal meħtieġ għat-tmexxija ta’ workshop dwar il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, b’taqsimiet tematiċi fuq: il-qafas ġuridiku tal-UE dwar talbiet żgħar, l-ESCP: tniedi t-talba u d-difiża u s-sentenza u studju tal-każ ikkonsolidat.

Il-gwida għall-ħarrieġa tinsab bl-Ingliż, bil-Ġermaniż ubil-Franċiż.

Materjal ta’ taħriġ (dokumenti b'test)

Introduzzjoni għall-medjazzjoni fl-UE (il-Kummissjoni Ewropea)

Din l-introduzzjoni għall-aspetti ewlenin tal-medjazzjoni fl-UE PDF (238 Kb) en ġiet prodotta għall-Kummissjoni bħala parti minn serje ta' workshops ta' taħriġ dwar il-medjazzjoni mmirata għall-ġuristi.

Korsijiet ta' tagħlim elettroniku

Cross-border divorce and maintenance: il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli (il-Kummissjoni Ewropea)

Dan il-kors ta' tagħlim elettroniku jikkumplimenta l-modulu ta' taħriġ dwar "id-divorzju u l-manteniment transfruntiera: il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli". Dan jinsab bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri f'kuntest transfruntier, inkluż is-sekwestru tat-tfal (il-Kummissjoni Ewropea)

Dan il-kors ta' tagħlim elettroniku jikkumplimenta l-modulu ta' taħriġ dwar "ir-responsabbiltà tal-ġenituri f'kuntest transfruntier". Dan jinsab bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bil-Grieg.

L-aspetti tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-ġustizzja ċivili (In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN)

In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) ħoloq moduli ta' taħriġ onlajn bl-Ingliż li huma aċċessibbli għall-ġuristi interessati kollha fuq is-sit web tiegħu. L-oqsma koperti jinkludu:

  • ir-responsabbiltà tal-ġenituri u r-Regolament Brussell IIa;
  • il-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea; kif ukoll
  • il-ħolqien ta' ordni Ewropea għal talbiet mhux kontestati.

L-uniku rekwiżit għall-aċċess huwa l-ħolqien ta' kont tal-utent.

L-imħallef fil-qasam ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (L-iskola Spanjola tat-taħriġ ġudizzjarju)

Il-kors ta' tagħlim elettroniku fuq "l-imħallef fil-qasam ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali" elaborat mill-iskola Spanjola tat-taħriġ ġudizzjarju fl-2011-2012 huwa disponibbli bl-Ispanjol u bil-Ġermaniż.

Kurrikula ta' taħriġ

Kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili rakkomandati min-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN

In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) żviluppa kurrikula ta' taħriġ fi kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili li jservu bħala dokumenti ta' referenza bażiċi għad-disinn u l-ippjanar ta' attivitajiet ta' taħriġ kif ukoll jgħinu biex jirregolawhom għall-membri tal-EJTN.

Il-kurrikula jkopru l-liġi ċivili u proċedurali, il-liġi dwar ix-xogħol, il-liġi kummerċjali u dik tal-konsumatur fl-Ewropa. Dawn mhumiex intiżi biex jiddettaw dwar is-suġġetti koperti iżda huma ddisinjati bħala gwida prattika u li tista' tintuża għall-applikazzjoni u t-taħriġ immedjati. Dawn huma aġġornati regolarment.

Il-kurrikula huma disponibbli għall-ħarrieġa u għall-fornituri ta' taħriġ ġudizzjarju kollha interessati fuq is-sit web tal-EJTN flimkien ma' Manwal dwar il-Forum Ċivili Ewropew għall-ħarrieġa.

Taħriġ tal-lingwa

Manwal dwar it-"taħriġ fil-lingwi fuq il-vokabularju tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili" (In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN)

In-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) żviluppa manwal prattiku dwar it-taħriġ fil-lingwi għall-vokabularju fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Din hija ġabra tal-iktar materjali ta' taħriġ rilevanti użati matul serje ta' tliet seminars organizzati fuq dan is-suġġett fl-2013. Huwa mmirat għall-imħallfin jew il-prosekuturi pubbliċi li jixtiequ jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi tagħhom f'dan il-qasam. Il-manwal huwa disponibbli bl-Ingliż (l-1 parti tad-dokument) u bil-Franċiż (it-2 parti tad-dokument) hawnhekk.

Link relatat

Network Ewropew tat-Taħriġ ġudizzjarju (EJTN)

L-aħħar aġġornament: 25/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.