Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Repubblika Ċeka


Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Għandek id-dritt li titlob li t-talba tiegħek għall-kumpens tingħaqad mal-prosekuzzjoni kriminali tal-awtur tar-reat. F’dan il-każ, fid-deċiżjoni finali tagħha l-qorti tista', minbarra l-piena, tobbliga wkoll lill-awtur tar-reat li jħallas id-danni. Barra minn hekk, tista’ wkoll tinvoka d-dritt tiegħek għall-kumpens b’mod separat f’litigazzjoni ċivili.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Fi kwalunkwe ħin qabel l-ewwel smigħ fil-qorti, qabel il-kumpilazzjoni tax-xhieda.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Jeħtieġ li t-talba tispeċifika fid-dettall x’qed titlob il-persuna bħala kumpens għad-danni li tkun ġarrbet flimkien ma’ dikjarazzjoni u evidenza tal-inġurji individwali.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Le.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Għandek diskrezzjoni assoluta fuq liema evidenza tippreżenta biex isostni t-talba tiegħek. Naturalment, sabiex id-deċiżjoni tinqata’ favur tiegħek hemm bżonn li l-evidenza ppreżentata tkun sħiħa u konvinċenti.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħrajn marbuta mat-talba tiegħi?

Le.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

iva, għas-spejjeż tiegħek.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra min wettaq ir-reat?

Jekk ma tkunx ipprovdejt evidenza tal-ammont tal-ħsara jew jekk il-kumpilazzjoni tax-xhieda ttawwal il-proċedimenti kriminali. F’dan il-każ, il-qorti tirrinvija t-talba għal kumpens għad-danni tiegħek għal rikors ċivili.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Għandek id-dritt li tappella sakemm tinqata’ s-sentenza dwar id-danni.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra min wettaq ir-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Jekk l-awtur tar-reat ma jagħmilx dak li jkun ġie ordnat jagħmel, tista’ tippreżenta rikors quddiem il-qorti sabiex id-deċiżjoni tiġi eżegwita minn uffiċjal ġudizzjarju.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019