Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Svezja


Kif nista’ nressaq talba għad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur tar-reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

L-ewwel għandek tmur għand il-pulizija jew l-uffiċċju tal-prosekutur. Dawn għandhom ukoll l-obbligu li jinvestigaw it-talbiet għal ħsarat minn parti li sofriet dannu. Jekk ma jkollokx assistenza ta’ rappreżentant legali tiegħek stess waqt il-proċess, il-prosekutur għandu ġeneralment jgħin ukoll biex tittieħed azzjoni fuq it-talba tal-attur kontra l-awtur tar-reat jekk dan isir b’rabta ma’ każ kriminali.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Din għandha tiġi ppreżentata kmieni kemm jista’ jkun waqt l-investigazzjoni tal-pulizija sabiex tkun tista’ tiġi investigata t-talba u tinġabar l-evidenza. Madankollu, huwa possibbli, li tiġi ppreżentata talba eżatt qabel il-bidu tal-proċedimenti kriminali fi-każ kriminali.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħax)?

Il-liġi Żvediża dwar id-delitti hija bbażata fuq ir-reparazzjonijiet – kemm jista’ jkun, parti li sofriet dannu, għandha titqiegħed fl-istess sitwazzjoni finanzjarja daqslikieku l-ħsara jew id-dannu ma seħħx. Dan ifisser li tista’ ssir talba għad-danni għat-telf finanzjarju kollu kkawżat mill-ħsara jew dannu inkwistjoni. Madankollu, il-parti li sofriet dannu, għandha l-obbligu li tillimita l-ħsara fejn possibbli.

Jista' jingħata kumpens għal ħsarat għal:

  • korriment personali, li jinkludi spejjeż (għall-kura tas-saħħa, eċċ.), kumpens għal telf ta’ qligħ, tbatija fiżika u mentali ta’ natura temporanja (uġigħ u tbatija), kumpens għal deformitajiet permanenti (sfreġju) u diżabilitajiet permanenti (inkapaċità);
  • ksur tal-integrità personali, meta r-reat ijimmira l-persuna, il-libertà, il-paċi jew l-unur tal-vittma u l-ksur ikun serju;
  • dannu materjali, eż. minn proprjetà misruqa li jew jsirilha dannu;
  • ħsara purament finanzjarja, jiġifieri dannu purament finanzjarju li jirriżulta, pereżempju, fil-każ ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita.

It-talba għandha tiġi speċifikata taħt l-intestaturi rilevanti mbagħad għandu jiġi pprovdut sommarju tat-talba kollha. Ir-rikorrent huwa intitolat għal imgħax mill-jum tar-reat jew data sussegwenti oħra li fiha seħħ id-dannu. Talba għal imgħax għandha tiġi ppreżentata wkoll sabiex il-qorti tiddeċiedi dwarha.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Il-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur għandhom formoli speċifiċi għal talbiet ta’ delitt li tista’ tuża.

Liema evidenza jeħtieġ li nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Xi wħud mill-evidenza li hija meħtieġa biex jingħata kumpens għall-ħsarat normalment tiġi inkluża fl-investigazzjoni tal-pulizija u l-prosekutur jista’ joqgħod fuqha biex isostni l-allegazzjoni. Pereżempju, dan japplika għaċ-ċirkostanzi tar-reat u d-dannu kkawżat mir-reat.

L-attur jeħtieġ ikun jista’ jippreżenta evidenza li tkopri t-talbiet tiegħu/tagħha, pereżempju, evidenza ta’ spejjeż (irċevuti), telf ta’ qligħ (evidenza tal-korriment/liv minħabba mard u l-introjtu li ntilef), il-dannu materjali (dokumentazzjoni li turi l-valur tal-proprjetà li jsirilha dannu jew l-ispiża tat-tiswija/id-deprezzament tal-proprjetà li jsirilha dannu).

Fil-każ ta’ ħsarat għal vjolazzjoni, l-attur m’għandux bżonn jippreżenta xi evidenza speċjali. Il-kumpens għal vjolazzjoni ser ikun konformi mal-valutazzjoni tar-reat.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Le; m’hemm l-ebda tariffa meta talba għad-danni titressaq b’rabta ma’ każ kriminali.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Bħala l-attur/il-parti li sofriet dannu, inti intitolat għall-assistenza legali tiegħek stess waqt il-proċedimenti legali. Pereżempju, dan japplika fil-każ ta’ reat vjolenti serju, reat sesswali, abbuż domestiku, jew każijiet oħra meta jkun hemm ħtieġa ċara għall-assistenza. Jekk tixtieq tirċievi assistenza legali bħal din, tista’ tinnotifika l-pulizija jew l-uffiċċju tal-prosekutur, li mbagħad iressaq it-talba tiegħek quddiem il-qorti, li mbagħad tiddeċiedi jekk tiġix allokat jew le avukat għall-iskopijiet tal-attur. L-avukat għall-iskopijiet tal-attur jista’ jipprovdi għajnuna u appoġġ tul il-proċess kollu, u jħejji u jsegwi wkoll l-kawża għad-danni. Jekk tingħata avukat għall-iskopijiet tal-attur, l-Istat iħallas għalih.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Normalment mhuwiex normali li l-qorti tiċħad pretensjoni fuq delitt imressqa b’rabta ma’ każ kriminali, anki jekk formalment dan ikun possibbli.

Li jiġri xi drabi huwa li l-qorti tissepara l-ipproċessar tal-każ kriminali u l-każ tad-delitt. Dan jista’ jiġri jekk it-talba għad-danni tkun ikkumplikata jew ma tkunx ġiet ippreparata kif suppost u bħala riżultat ta’ dan, l-ipproċessar tal-każ kriminali jiġi ttardjat. Il-fatt li dawn is-suġġetti jiġu sseparati jfisser li l-ewwel tittieħed deċiżjoni dwar il-każ kriminali, imbagħad il-qorti tisma’ l-każ dwar id-delitt f'data aktar tard. Konsegwenza ta’ dan hija li l-prosekutur ma jkunx jista’ jibqa’ jgħin biex tiġi segwita l-pretensjoni li tirriżulta mid-delitt. Ġeneralment ikun aħjar għall-parti li sofriet dannu jekk il-każ dwar id-delitt jiġi mħejji b'mod suffiċjenti sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwaru b’rabta mal-każ kriminali.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Il-qorti dejjem għandha tipprovdi struzzjonijiet dwar kif tappella. Dawn l-istruzzjonijiet jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għal appell fis-sitwazzjoni rilevanti.

Kumpens tal-assigurazzjoni normalment ma jkunx soġġett għall-każ dwar delitt li jkun instema’ fil-qorti, li jfisser li l-ħsara jew id-dannu jista’ jiġi rrappurtat lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Dan li ġej japplika fir-rigward ta’ kumpens għal ħsara kriminali. Jekk l-awtur tar-reat jista’ jħallas id-danni, it-talba dejjem għandha ssir kontra l-awtur tar-reat l-ewwel. Jekk l-awtur tar-reat ma jistax iħallas, u l-parti li sofriet dannu ma tistax tiġi kkumpensata b’mod ieħor għall-ħsara jew għad-dannu li hija tkun sostniet, il-kumpens għal ħsara kriminali jista’ jitħallas anki jekk il-parti li sofriet dannu ma ħaditx azzjoni fuq pretensjoni ta’ delitt kontra l-attur tar-reat.

Jekk ningħata kumpens għall-ħsarat mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Ladarba s-sentenza tkun ħadet effett legali, il-qorti tibgħatha lill-Awtorità Żvediża għall-Infurzar (Kronofogden). L-Awtorità Żvediża għall-Infurzar imbagħad ser issaqsik jekk għandekx bżonn xi għajnuna biex tinforza t-talba tiegħek. Jekk int tgħid iva, l-Awtorità Żvediża għall-Infurzar tinvestiga l-assi tal-awtur tar-reat. Jekk huwa/hija j/tkun j/tista’ j/tħallas, it-talba titħallas. Jekk, madankollu, l-awtur tar-reat ma jkunx jista’ jħallas, int tiġi nnotifikat mill-uffiċjal tal-infurzar. Jekk il-ħsara jew id-dannu tiegħek ma ġiex ikkumpensat mill-assigurazzjoni tiegħek, int intitolat għal kumpens mill-Istat għal dannu kriminali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2019