Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kumpens


Vittmi ta’ reat fl-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jieħdu kumpens għal kwalunkwe korriment u/jew danni li jkunu ġarrbu, irrilevantement minn fejn fit-territorju tal-UE ikun twettaq ir-reat.


Kull pajjiż tal-UE għandu s-sistema ta’ kumpens tiegħu biex jikkumpensa lill-vittmi għad-danni li jkunu ġarrbu minħabba li kienu vittmi ta’ reat.

Bħala vittma ta’ reat, għandek żewġ toroq għall-kumpens: Tista’ titlob kumpens mingħand l-awtur tar-reat matul il-proċedimenti kriminali jew tista’ titlob kumpens mingħand l-Istat (mill-awtorità ta’ kumpens jew minn kwalunkwe korp ieħor rilevanti fil-pajjiż).

It-talba għal kumpens mingħand l-awtur tar-reat

Agħfas fuq il-ħolqa għal aktar informazzjoni dwar kif titlob kumpens mingħand l-awtur tar-reat matul proċess (proċeduri kriminali).

Bħala vittma ta’ reat għandek ukoll drittijiet oħra waqt il-proċess (agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti elenkata xi mkien ieħor fuq il-paġna li titla’, imbagħad agħfas fuq “Id-Drittijiet tiegħi matul il-proċess”).

It-talba ta’ kumpens mingħand l-istat (L-awtorità ta’ kumpens jew kwalunkwe entità oħra)

L-istrument rilevanti tal-liġi tal-UE huwa d-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva tal-Kunsill 2004/80/KEtad-29 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ reati.

Id-Direttiva dwar il-kumpens teħtieġ li kull pajjiż tal-UE jwaqqaf skema nazzjonali ta’ kumpens lill-vittmi kollha ta’ reati vjolenti intenzjonati. Skont din il-liġi, il-vittmi kollha ta’ reati vjolenti intenzjonati għandhom aċċess għall-iskema ta’ kumpens nazzjonali fil-pajjiż li r-reat ikun sar fit-territorju tiegħu.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kumpens disponibbli f’kull pajjiż tal-UE. Agħfas fuq il-bandiera tal-pajjiż fejn ikun sar ir-reat. Tista’ titlob kumpens mingħand l-istat minn dan il-pajjiż jekk int resident tiegħu (każ nazzjonali) jew jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE (każ transfruntiera.)

Każijiet transfruntiera

Biex tgħin lill-vittmi ta’ reat vjolenti intenzjonat ikollhom aċċess għal kumpens fil-każijiet transfruntiera, il-liġi tal-UE waqqfet sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali:

  • Jekk kont vittma ta’ reat meta kont imsiefer (f’pajjiż tal-UE li ma tgħixx fih) tista’ tippreżenta l-applikazzjoni lill-awtorità li tassisti fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix (L-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili għandu għodda ta’ tiftix fil-qiegħ tal-paġna biex issib l-awtorità rilevanti f’kull pajjiż tal-UE. Agħżel “Awtorità ta’ Assistenza” għat-tip ta’ kompetenza).
    Għal aktar informazzjoni dwar il-passi li għandhom jittieħdu f’każijiet transfruntiera jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
  • L-awtorità ta’ assistenza tittraduċi u titrażmetti l-applikazzjoni lill-awtorità li tiddeċiedi fil-pajjiż tal-UE fejn ikun sar ir-reat (fl-Atlas Ġudizzjarju agħżel “Awtorità li tiddeċiedi” għat-tip ta’ kompetenza). L-awtorità li tiddeċiedi tkun responsabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni u l-ħlas tal-kumpens.
  • Ikklikkja fuq il-ħolqa għal aktar informazzjoni dwar kif se tiġi vvalutata l-applikazzjoni tiegħek mill-awtorità li tiddeċiedi fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat.
  • L-awtoritajiet ta’ assistenza u dawk li jiddeċiedu jikkomunikaw bejniethom bil-lingwi li jkunu aċċettaw (fil-paġna li tinfetaħ, ikklikkja fuq il-bandiera tal-pajjiż rilevanti għal informazzjoni dwar lingwi aċċettati mill-pajjiż)

L-awtoritajiet ta’ assistenza u dawk li jiddeċiedu huma megħjuna mill-Punti ta’ Kuntatt Ċentrali nazzjonali (Fl-Atlas Ġudizzjarju agħżel “Punt ta’ kuntatt ċentrali”), li r-rwol tiegħu huwa li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, jagħti assistenza u jsib soluzzjonijiet f’sitwazzjonijiet transfruntiera.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 03/10/2018