Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward id-Direttiva 2004/80/KE


Informazzjoni ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti

Id-direttiva tapplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Id-direttiva tirrikjedi li kull Stat Membru tal-UE jistabbilixxi skema nazzjonali ta' kumpens għall-vittmi kollha ta' delitti vjolenti u intenzjonali. Skont din il-liġi, il-vittmi kollha tad-delitti vjolenti u intenzjonali għandhom aċċess għal skema ta’ kumpens nazzjonali fl-Istat Membru li d-delitt ikun sar fit-territorju tiegħu.

Biex il-vittmi ta' delitti vjolenti u intenzjonali jkunu megħjuna jkollhom aċċess għal kumpens f'kawżi transfruntiera, id-direttiva tistabbilixxi sistema ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali:

  • Il-persuni li jkunu vittma ta' delitt waqt li jkunu barra pajjiżhom ( fi Stat Membru tal-UE li ma jkunux jgħixu fih) jistgħu jibagħtu l-applikazzjoni lill-awtorità ta’ assistenza fl-Istat fejn jgħixu (Jekk jogħġbok agħżel "l-Awtoritajiet ta' assistenza fl-għodda tat-tiftix iktar 'l isfel).
  • L-awtorità ta' assistenza tittraduċi u tittrażmetti l-applikazzjoni lill-awtorità li tiddeċiedi fl-Istat Membru fejn twettaq id-delitt (Jekk jogħġbok agħżel "l-Awtoritajiet li jiddeċiedu" fl-għodda tat-tiftix iktar 'l isfel). L-awtorità li tiddeċiedi hija responsabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni u għall-ħlas ta' kumpens.

L-awtoritajiet ta' assistenza u li jiddeċiedu jikkomunikaw ma' xulxin fil-lingwi li jkunu aċċettaw. Biex issib informazzjoni dwar il-lingwa/i aċċettata/i għandek tara liem hu l-Istat Membru tal-awtorità li jkun intbagħtitilha l-informazzjoni rilevanti għall-każ (eż. l-applikazzjoni, id-deċiżjoni u komunikazzjoni oħra).

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-awtoritajiet ta' assistenza u li jiddeċiedu jkunu megħjuna mill-Punti ta' Kuntatt Ċentrali (Jekk jogħġbok agħżel "Punt ta' kuntatt ċentrali" fl-għodda tat-tiftix iktar 'l isfel) li hu rwolhom li jippromwovu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, joffru assistenza u jfittxu soluzzjonijiet f'sitwazzjonijiet transfruntiera.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdilek informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni tad-direttiva u għodda faċli biex tużaha biex timla l-formoli.

Links relatati

Kumpens għall-vittmi ta' delitti fl-Unjoni Ewropea

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Kumpens għall-Vittmi ta' Reati


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 30/04/2018