Għodda li tagħti lil kulħadd aċċess faċli għar-regoli nazzjonali li jittrasponu d-direttivi ewlenin tal-UE dwar il-konsumaturi fl-Istati Membri tal-UE.
Għal min hi?
Għal kulħadd – mill-konsumaturi u n-negozji sal-ġuristi u l-awtoritajiet ta' infurzar.
Xi tkopri?
Hija tinkludi:
- direttivi ewlenin tal-UE dwar id-dritt tal-konsumatur
- miżuri biex jiġu inkorporati fil-liġijiet nazzjonali
- deċiżjonijiet ġuddizzjarji tal-passat minn pajjiżi tal-UE u mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea
- prattiki amministrattivi nazzjonali rilevanti.
Kif taħdem?
Hija tgħin lill-konsumaturi, lin-negozji, lill-avukati, lill-imħallfin eċċ. biex jaraw malajr id-drittijiet u l-obbligi li jiġu mil-liġijiet dwar il-konsumatur.
X'relazzjoni għandha mal-politika dwar il-konsumatur kumplessiva tal-UE?
Hija għandha l-għan li jkun hemm sensibilizzazzjoni tad-dritt tal-UE, li l-konformità tkun eħfef u li ssaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet tal-konsumatur.
Biex din il-bażi ta' data tkun kemm jista' jkun kompluta u faċli biex tintuża, uża din il-formola biex tibagħtilna l-kummenti tiegħek.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament: 08/10/2020