Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kooperazzjoni fi kwistjonijiet ċivili


Bejn il-pajjiżi tal-UE teżisti l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili sabiex tittejjeb l-interoperabilità fost is-sistemi ġudizzjarji


Kooperazzjoni fi kwistjonijiet ċivili

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili għandha l-għan li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex jiġi eliminat kull ostaklu li jirriżulta mill-inkompatibilitajiet bejn id-diversi ordinamenti ġuridiċi u amministrattivi.

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, li inizjalment kienet regolata minn konvenzjonijiet internazzjonali, kienet inkluża fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTrattat ta' Maastricht bħala "kwistjoni ta' interess komuni", u sussegwentement fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTrattat ta' Amsterdam (1997), li jqiegħed il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili fuq livell Komunitarju billi jassoċjaha mal-moviment liberu tal-persuni.

Fil-konklużjonijiet tiegħu f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTampere tal-1999, il-Kunsill Ewropew stqarr li "f’żona Ewropea tal-ġustizzja ġenwina, individwi u negozji m’għandhomx jiġu mwaqqfa jew skoraġġuti milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba l-inkompatibbiltà jew il-kumplessità tal-ordinamenti ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri''. Dan ikkonferma l-impenn tiegħu li jistabbilixxi żona ta' ġustizzja ġenwina "fejn il-persuni jistgħu javviċinaw il-qrati u l-awtoritajiet fi kwalunkwe Stat Membru bl-istess faċilità bħal f'pajjiżhom''. Dan reġa' ġie kkonfermat fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProgramm tal-Aja tal-2004 sabiex tissaħħaħ il-ġustizzja kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea fl-hekk imsejjaħ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProgramm ta' Stokkolma tal-2009.

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku hu l-pedament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja. L-għan hu li deċiżjonijiet ġudizzjarji għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti fi Stat Membru ieħor mingħajr xi pass intermedju addizzjonali, fi kliem ieħor, it-trażżin ta' exequatur.

Jekk jogħġbok ikkonsulta s-subpaġni rilevanti sabiex issib aktar informazzjoni dwar:

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri huwa prinċipju tal-Gwida Ewropea għall-Kompetenzi Ġuridiċi li hija r-riżultat ta' ħidma ta' bosta snin minn imħallfin, avukati, akkademiċi u esperti mmexxija mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut Ewropew tal-Kompetenzi u l-Esperti (EEEI).

Il-Gwida tipprovdi rakkomandazzjonijiet qafas li jistgħu jkunu adattati minn kull Stat Membru u kull sistema ġudizzjarja, u b'hekk tiżgura l-kwalità u prattiki utilizzabbli fil-kompetenza ġudizzjarja. Hija fiha rakkomandazzjonijiet tal-aħjar prattika dwar proċedimenti esperti, dwar ċertifikazzjoni, dwar l-etika u l-istatus, u dwar il-ħolqien ta' lista Ewropea ta' esperti. Parti minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet diġà jistgħu jiġu applikati mill-esperti, b'mod partikolari: id-dikjarazzjoni tal-indipendenza fil-bidu ta' kull valutazzjoni esperta, ix-xiri ta' assigurazzjoni, il-prattika ta' abbozzar ta' rapport preliminari, u l-kitba ta' rapport strutturat.

Hemm verżjoni PDF tal-gwida fil-lingwi li ġejjin: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ingliż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-FranċiżIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabit-TaljanIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Ġermaniż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-BulgaruIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-PortugiżIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabir-Rumen.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 27/11/2017