Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali hija ffaċilitata bejn il-ġuristi tal-pajjiżi membri tal-UE..
Il-Programm ta' Stokkolma jistabbilixxi lista ġdida ta' għanijiet għall-perjodu 2010-2014:
- għall-iżvilupp ta' strumenti li jimplementaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f'kull fażi tal-proċedimenti kriminali;
- għall-approssimazzjoni tal-liġi proċedurali nazzjonali u l-liġi sostantiva fejn meħtieġ biex jitjiebu l-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku;
- għall-iżvilupp ta' standards minimi komuni biex ikun żgurat li l-proċessi kriminali jkunu ġusti madwar l-UE;
- għall-iżvilupp u l-għajnuna lill-korpi jew lill-istrumenti tal-UE tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bħal EUROJUST u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali;
- għat-titjib ta' fiduċja reċiproka bejn is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tal-UE permezz tal-iżvilupp ta' kultura ġudizzjarja Ewropea permezz tat-taħriġ u n-netwerking ta' ġuristi;
- għall-monitoraġġ tal-implementazzjoni tal-liġijiet tal-UE li jkunu diġà ġew adottati;
- għall-kunsiderazzjoni ta' aspetti esterni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE) pereżempju n-negozjar ta' ftehimiet ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, il-valutazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji ta' pajjiżi li japplikaw - jew li qed jaħsbuha biex japplikaw - għas-sħubija fl-UE)
L-UE adottat diversi strumenti leġiżlattivi skont il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku - jekk jogħġbok ikkonsulta s-sottopaġni rilevanti biex tikseb aktar tagħrif dwar:
- il-Mandat ta' Arrest Ewropew,
- il-Mandat Ewropew għal Provi,
- l-iffriżar tal-assi u l-evidenza,
- ordnijiet ta' konfiska,
- skambju ta' tagħrif dwar kundanni/rekords kriminali,
- Detenzjoni u trasferiment ta’ priġunieri,
- Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni,
- Rikonoxximent reċiproku tal-penalitajiet finanzjarji.
Ġew adottati tliet direttivi għall-iżvilupp ta' standards minimi komuni biex jiżguraw id-drittijiet ta' proċess ġust:
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament: 22/01/2019